Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Mal-hazin wehel it-tajjeb

E-mail Print PDF

Il-hlas ghall-blue sticker ghall-persuni b’dizabilità
disabled_parking_2
Persuni b’dizabilità li mis-sena li ghaddiet bdew jintalbu jhallsu biex jiksbu u/jew igeddu l-blue sticker jinsabu urtati ghax minhabba l-abbuzi li saru, spiccaw ihallsu ghal dak li hu bi dritt taghhom.

Fl-ahhar snin kull persuna b’dizabilità li bdiet tapplika ghas-servizz tal-blue sticker, bdiet tintalab thallas tariffa ta’ 11.50 ewro. Dan il-beneficcju jintitola persuni b’dizabilità b’nuqqas ta’ mobilità biex jipparkjaw f’postijiet riservati ghalihom f’parkeggipubblici.

“Jien persuna bi bzonnijiet specjali u wiehed mid-drittijiet tieghi hu li jkolli l-blue  sticker li lili u persuni f`kundizzjonijiet bhal tieghi taghtini fakultà li nqieghed il-vettura tieghi fil-parkeggi riservati appozitament ghal min hu intitolat ghaliha, sakemm ma jittiehidx minn xi persuna mhux intitolata li jipparkja f`dan il-parkegg,” qal ma’ KullHadd persuna li kien ghadu kif intalab ihallas ghat-tigdid taghha.

Qal li meta cempel lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b`Dizabilita (KNDP) biex igeddidha ntalab ihallas ghar-renewal. “Possibbli wasalna fi stat f`dan il-pajjiz li ghad-dritt tieghek trid thallas ukoll,” huwa staqsa waqt li sostna li hija ingustizzja li persuna li verament hija bi bzonnijiet specjali spiccat thallas ghal-drittijiet taghha.

B’rabta ma’ dan, KullHadd staqsa lil Joe Camilleri, ic-Chairman ta’ l-KNDP x’kienet ir-raguni li ghaliha ddahhal dan il-hlas. Bi twegiba, Camilleri qal li fid-dawl ta’ l-ammont qawwi ta’ talbiet li kien hemm ghall-hrug tal-blue sticker, il-KNDP kellha tirrevedi s-sistema biex jinqata’ l-abbuz billi kull min japplika ghaliha,  ried jigi ezaminat mit-tabib taghha u mhux jingieb certifikat mit-tabib personali ta’ l-individwu. Qal li ghal dan it-test mediku ddahhal hlas ekwivalenti ghal Lm5, jigifieri 11.50 ewro biex ikun jista’ jithallas it-tabib, ghax sostna li l-kummissjoni m’ghandhiex fondi ekstra fil-bagit taghha.

Madankollu sostna li l-KNDP ghamiltha cara li din it-tariffa tithallas darba. Dan ifisser li dawk kollha li ghandhom il-blue  sticker, izda qatt ma gew  mistharrga bis-sistema l-gdida fejn jarahom it-tabib tal-fiducja tal-KNDP, qeghdin jintalbu dan il-hlas ta’ darba biex igeddu l-blue  sticker.

Camilleri temm jghid li din it-tariffa ddahhlet biex jinqata’ l-abbuz li kien qieghed isir. “Fil-fatt ma’ l-ewwel tliet xhur li dahhalniha naqqasna dan l-abbuz b’25 fil-mija,” qal Camilleri waqt li sosnta li l-Kummissjoni mhux se taghmel affarijiet biex issallab lill-persuni b’dizabilità.

Fir-rapport annwali tal-kummissjoni ghas-sena 2008 jinghad li matul din is-sena kompliet ix-xejra li kien hemm fis-snin li ghaddew li jkun hemm zieda qawwija fl-ghadd ta’ applikazzjonijiet ghal dan is-servizz. Fil-fatt Iz-zieda fl-applikazzjonijiet ghall-2008 meta mqabbla ma’ l-2007 kienet ta’ 59 fil-mija. Dan irrifletta wkoll fl-ghadd ta’ blue  sticker godda li hargu, li kien ukoll ferm oghla minn dak tas-sena ta’ qabel (68 fil-mija blue  sticker permanenti u 27 fil-mija dawk temporanji). Fir-rapport annwali jinghad ukoll li l-ghadd ta’ applikazzjonijiet li ma gewx milqugha jew li ma attendewx ghall-vizta tat-tabib zdied b’mod qawwi, ta’ l-ewwel b’50 fil-mija u tat-tieni b’57 fil-mija.

 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo