Minn Steve Borg
Ftakart f’wahda mill-isbah kanzunetti miktuba bil-Malti li hija dik ta’ Gorg Cassola, li bhal bassar kien qed jara l-qerda tas-sbuhija ta’ Hondoq ir-Rummien. “Vum vum, il-kumpressuri jhambqu”.
Kellimtu jumejn ilu. Qalli li kitibha meta fil-bidu tas-Snin Sebghin il-Gvern kien ghamel impjant tad-desalinizazzjoni tal-ilma, biex izid il-provvista tal-ilma maz-zieda tat-turisti. Imbaghad gew l-impjanti tar-reverse osmosis u dan l-impjant ggantesk, li jostor lill-hondoq naturali ta’ warajh, spicca mhux mehtieg aktar. Ilu kwart ta’ seklu ma jintuza u qieghed hemm ghalxejn. zejjed.
Hafna mir-rapporti ambjentali mqanqla mill-applikazzjoni tal-marina tal-jottijiet u l-bini ta’ rahal gdid akbar mill-Ghasri quddiem il-MEPA rajthom. Fl-istess waqt il-Partit Nazzjonalista qed jghidilna bil-vizjoni ta’ Eko-Ghawdex li ghandu f’mohhu. Li kieku l-pjan ikun maqghud u komprensiv, mela jista’ jara nitfa’ tama li jirnexxi. Kemm smajna dwaru? Imbaghad bhalissa ghandek ukoll l-irdim illegali u sistemizzat f’Ta’ Lambert fejn hemm ix-xewqa li jikber il-helipad u jsir mitjar ghall-ajruplani. Sitwazzjoni li toqtol lill-Eko Ghawdex fil-guf t’omma.
Stramb ukoll ghaliex is-sit innifsu fejn qed jipproponu li ssir marina tal-jottijiet u tant bini sa minn Lulju 2002 kien ikklassifikat bhala ODZ – jigifieri barra z-zona tal-izvilupp. Imma ohrog il-ghageb li meta f’Awissu tal-2006 hareg il-pjan lokali ghall-Ghawdex, Hondoq ir-Rummien gie rivedut u qalu: “tourism and marine related development may be considered by MEPA in this area subject to sensitive landscaping.”
U l-bocca giet hdejn il-likk. Minghajr li l-MEPA lanqas indenjaw javzaw lill-Kunsill Lokali tal-Qala.
Wiehed japprezza li hemm negozjanti Ghawdxin li jixtiequ aktar kummerc u bini f’Ghawdex u li huma jistghanew. Imma jkun tajjeb li jigi esplorat il-possibbiltà li jsiru studji xjentifici jekk parti fuq barra mill-port ta’ Marsalforn jistghax jintuza ghal dan l-iskop.
Marsalforn mhuwiex gdid bhala post ta’ irmigg ghal opri gejjin mis-safar. Mitt sena ilu kien fir-rotta ghall-iskejjen u l-ixprunara li kienu nizlin lejn Lampedusa minn Gela, Licata u Sirakuza. Mhux il-port tal-Imgarr imma Marsalforn ghax eqreb l-Italja.
Hondoq hija kelma Maltija li tfisser wied fond, b’hitan naturali gholjin bhal irdum. Hondoq ir-Rummien ghandu l-potenzjal li jkunu gawhra mitlufa li tigi ekologikalment restawrata, ezercizzju li huwa komuni barra minn xtutna.
Ezempju ta’ attentat ta’ restawr ekologiku li sar f’pajjizna mitt sena ilu huwa dak tal-bajja tal-Mistra fejn kienu qed iqattghu l-blat u jiehduh biex jinbnew id-dirghajn tal-breakwater tal-Port il-Kbir. Sa anki binarji bhal tal-ferrovija kellhom minn fejn kienu jghaddu l-vaguni mimlija gebel. Ghattew il-barrieri bit-terrapien u l-hamrija u bnew il-hitan tas-sejjieh biex inbidel f’post agrikolu.
Sena u nofs ilu, meta kont fil-kampanja elettorali ghall-Parlament Ewropew, kont ghamilt kuntatt ma’ ghaqda Spanjola li kienet irrabilitat post naturali mitluq u li issa sar sit Natura 2000. Kienu lesti li jghinu lill-Moviment Hondoq, immexxija b’tant hegga mill-kunsillier Laburista Pawlu Buttigieg, dment li l-applikazzjoni pendenti tigi michuda mill-MEPA.
Il-holqien ta’ bijosfera naturali f’Hondoq ir-Rummien tinkludi l-barriera, ir-ramla u x-xtajta u l-hondoq innifsu li jibqa’ diehel lejn post maghruf bhala Wied Tas-Sultan. Post tassew sabih. Kulhadd qishu qed jinsih, ghaliex boghod mit-triq u ma jidhirx hlief mill-ajru. Hawn kien hemm maqghad tal-ilma li kien igelben mill-Qala. Mal-impjant kien hemm fost l-akbar komunitajiet tas-sigar rarissimi tal-ghadiba.
Gewwa Kreta hemm storja ta’ success bir-restawr tal-hondoq Samaria li kien mitluq u bhala park nazzjonali issa jzuruh hafna nies u jhalli qliegh fl-ekonomija tal-gzira. Huwa ezempju car li l-ambjent naturali ndokrat, jaf irendi l-flus u johloq l-impjiegi.
Jumejn ilu mort nixtri malja tal-ghawm. Warajha fuq skrin kbir kien hemm it-Tour de France. Ic-ciklisti kienu waslu hdejn Pau.
Is-salesgirl gharfitni u qaltli “Ara xi gmiel hemm. U ahna gharukaza, ghaliex anki lil Hondoq ir-Rummien se jfottuh. Allura Gonzi ma jista’ jaghmel xejn?” Nahseb it-twegiba hu biss jista’ jaghtiha. Nistennew.

| < Prev | Next > |
|---|








