Hu mill-affari tal-privatizzazzjoni tal-facilità tas-super-jotts fit-Tarzna ta’ Malta.
Filwaqt li ghadhom ghaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, investigazzjonijiet li damu ma bdew ghax il-Gvern irrefera l-kaz lill-Kummissarju tal-Pulizija tmien xhur wara li sar jaf ghall-ewwel darba bl-allegazzjonijiet , bl-iktar mod imprudenti, il-Gvern issa ddecieda li jaghfas il-pedala tal-gass u li jerga’ jiftah din is-sejha meta l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom mhumiex mitmuma.
X’jigri jekk fost dawk li jergghu jifthu l-offerta taghhom ikun hemm min jigi implikat fl-investigazzjoni tal-Pulizija?! Min kien dak li ddecieda li terga’ tinfetah din is-sejha ghall-offerti? Tonio Fenech li ma qies li kienu serji bizzejjed l-allegazzjonijiet li gew riferuti lilu minn Kastilja jew Lawrence Gonzi li tmien xhur tard hass li l-kaz kien gravi bizzejjed li jimmerita li jigi investigat mill-Kummissarju tal-Pulizija?!
Il-fatt li ilu sospiz ghal numru ta’ gimghat ufficjal gholi tal-MIMCOL li kien involut fil-process ta’ din il-privatizzazzjoni u l-fatt minnu nnifsu li l-investigazzjoni tal-Pulizija hadet certu zmien u ghadha ghaddejja, jindikaw kemm kien ikun xieraq li l-Gvern jimxi b’aktar prudenza f’dan il-kaz. Imma l-prudenza ma jafx fejn toqghod dan il-Gvern li jahseb li bis-sahha tal-PR u tal-ispinn dejjem se jispicca jiehu r-ragun anki fejn ma jkollux, li dejjem b’xi mod jew iehor irid jibqa’ ghaddej minn fuq kulhadd u jippretendi li tghaddi tieghu, anki fejn il-prudenza titlob mod iehor.
Din il-mentalità tan-Nazzjonalisti li jippretendu li qed imexxu l-pajjiz b’xi dritt divin u b’cens perpetwu u li ma jipprendu lil hadd u li hadd ma jista’ ghalihom, anki jekk ghal xi zmien setghet impressjonat lil xi whud li dan hu Gvern determinat u ffukat f’dak li jaghmel, illum il-gurnata kulhadd jaghraf dawn is-sintomi ghal dak li verament huma – sintomi ta’ gvern prepotenti u arroganti li l-poter tant telaghlu ghal rasu li qed jara lil kulhadd dubbien u li flok jaghti widen ghall-opinjoni pubblika u l-kritika kostruttiva li ssirlu, jahseb li bil-PR u l-ispinn jista’ jxejjen kull ostaklu u li se jghaddiha lixxa dejjem.
Il-prepotenza u l-arroganza tal-poter ta’ dan il-Gvern lahqu livell tali li qed inaffru u jurtaw mhux biss lil dawk b’sentimenti Laburisti imma anki lil bosta Nazzjonalisti ta’ rashom fuq ghonqhom li mhumiex tal-qalba bizzejjed biex ikunu stmati daqs tal-klikka.
Xhieda hajja ta’ dan huwa dak li gara fi hdan l-MCESD madwar gimgha ilu meta biex jirrapprezenta fl-ECOSOC lill-ghaqdiet ta’ min ihaddem, ma ntghazilx rapprezentant tal-Assocjazzjoni ta’ Min Ihaddem (l-MEA), imma l-kandidat tal-PN Vince Farrugia tal-GRTU li tirrapprezenta lis-self-employed u mhux lil min ihaddem.
Ta’ min wiehed isemmi wkoll il-kaz tal-White Rocks li l-magna tal-PR tal-Gvern ipprezentatulna bhala l-manna niezla mis-sema specjalment ghall-isportivi Maltin. Bl-aktar mod qarrieqi nghatat l-impressjoni li bhala pajjiz konna se niggwadanjaw kumpless ta’ facilitajiet sportivi minghajr mhu se nohorgu mqar centezmu wiehed.
Meta l-fatti juru li fin-nofs hemm it-trasferiment ta’ madwar 500 tomna art fi prime site bil-fakultà li f’dan is-sit jinbnew 300 appartament ghall-ispekulazzjoni minghajr ma nharget sejha ghall-offerti.
Fi process nieqes ghal kollox mit-trasparenza, il-Gvern kien ilu ‘l fuq minn sena jinnegozja minn wara dahar il-poplu Malti, meta l-prudenza kienet titlob li fil-kaz ta’ progett tal-entità tal-White Rocks kellha tinhareg sejha ghall-espressjoni ta’ interess fejn imbaghad issir ghazla trasparenti tal-aktar offerta vantaggjuza fl-ahjar interess tal-pajjiz.

| < Prev | Next > |
|---|








