Monday
Sep 06th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Tradiment”

E-mail Print PDF

gonzi_old_copyLawrence Gonzi xejn ma kien helu ma’ Jeffrey Pullicino Orlando waqt il-laqgha tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ta’ din il-gimgha wara l-mozzjoni sorpriza tal-istess JPO dwar id-divorzju.
Minkejja li wara l-laqgha l-Prim Ministru Gonzi pprova jisforza ruhu biex jitbissem quddiem il-cameras, bl-ucuh ta’ Tonio Fenech, David Agius u Frank Psaila warajh, jikxfu dak li verament kien gara internament, li Gonzi kienu ghadu kif ha tbaqbiqa mill-kbar.

Wara li f’Marzu saru certi manuvri min-naha ta’ Gonzi biex jipprova jsib tarf tad-deputati Nazzjonalisti urtati li nghataw il-genb bl-ghazliet tieghu ghall-Kabinett, haseb li kien solva l-problema tal-instabbilità fil-maggoranza skomda li ghandu fil-Parlament.  Fost dawn il-manuvri kien hemm l-‘apprendistat’ tal-Assistenti Parlamentari u anki cejca ohra li tqassmet minn flus il-poplu bhal hatra ta’ Pullicino Orlando bhala Chairman tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknologija.

Bhal sajjettà fil-bnazzi, tharbat il-kwiet u l-istabbilità relattiva li nvesta fihom Gonzi hekk kif Pullicino Orlando minghajr ma kkonsulta mat-tmexxija tal-partit tieghu, ha l-inizjattiva personali li jressaq abbozz ta’ ligi biex jigi ntrodott id-divorzju f’Malta.

Xi haga li tmur kontra kull regola ta’ dixxiplina interna fi hdan il-PN li deputat fuq bazi personali jiehu inizjattivi bhal dawn meta t-tmexxija tal-PN kienet qed tahdem fuq l-istrategija li l-politika tal-partit dwar dan is-suggett tiehu t-triq twila li jigu rikonoxxuti id-drittijiet ta’ koppji li jikkoabitaw, minghajr ma tittiehed pozizzjoni f’dan l-istadju dwar il-kwistjoni tad-divorzju.

Quddiem din is-sitwazzjoni delikata li zviluppat din il-gimgha meta Gonzi kellu jammetti pubblikament li kien sorpriz b’dak li ghamel Pullicino Orlando u li ma kienx jaqbel ma’ dak li JPO kien qed jghid u lanqas mal-mod kifdan qalu, fl-istess hin Gonzi ried juri li ma regax tilef il-kontroll tal-Grupp Parlamentari tieghu. F’dawn ic-cirkustanzi li ma kienx qed jistenna, Lawrence Gonzi pprova jimminimizza d-dannu u kien ghalhekk li hareg jghid li Pullicino Orlando ghamel li ghamel biex “jistimula d-diskussjoni”.

Fis-sighat ta’ qabel huwa ta daqqa taht ic-cinturin lil Pullicino Orlando meta qal li “kulhadd jaf il-pozizzjoni tieghu”, rimarka li tista’ tinftiehem b’aktar minn mod wiehed.

Kif fetah il-Grupp Parlamentari ta’ nhar l-Erbgha, Gonzi ghafas fuq Pullicino Orlando u qallu li ghalih li dak li kien ghadu kif ghamel bil-mozzjoni “huwa tradiment”.

Huwa mifhum li Lawrence Gonzi qal dan il-kliem anki lil nies ohra fis-sighat ta’ qabel u ha l-mossa ta’ Pullicino bhala tentattiv biex jigi destabbilizzat.
Filwaqt li Lawrence Gonzi se jara kif se jizloq mill-kwistjoni, nies qrib il-Prim Ministru qed jghidu li l-kwistjoni tad-divorzju hija sekondarja.  Ghalihom il-punt primarju huwa li “rega’ hemm min qed jitkessah.”

Dawn in-nies huma mahruqin ghal Pullicino Orlando minhabba li Gonzi tah paga ohra, bhala chairman tal-Kunsill Malti          ghax-Xjenza u Teknologija, u       dan minflok siket rega’ beda jgholli rasu u johloq l-inkwiet ghal Gonzi.

(ara wkoll dwar dan is-suggett ir-rubrika Rajt ma Rajtx f’pagna 6)

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Mostly Sunny Mostly Sunny Sunny / Wind
24C 31C 32C 30C 29C
Mon Tue Wed Thu Fri

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura