Bartolo fakkar li dawn huma korsijiet li ser ikunu offruti f’livell edukattiv fejn l-edukazzjoni hija obbligatorja ghall-istudenti f’pajjizna u ghalhekk m’ghandhomx jinholqu ostakoli ghal istudenti f’dan il-livell biex jiehdu dawn il-korsijiet, bhalma jkun qed jigri jekk jigi mpost hlas ghalihom.
Evarist Bartolo tenna li l-Partit Laburista ilu snin jishaq fuq il-bzonn li jkunu ntrodotti suggetti vokazzjonali u huwa favur l-introduzzjoni ta’ korsijiet tal-BITEC fl-iskejjel sekondarji.
Dan aktar u aktar meta statistika tan-National Commission for Higher Education tikkonferma kif 40% tal-istudenti mhux qed ikomplu bl-istudji taghhom wara s-sekondarja. Ghalhekk ma jaghmilx sens li jkunu offruti dawn il-korsijiet vokazzjonali bi hlas, meta l-hlas mhux ser ikun mizata ghall-ezami, izda ghal xoghol li qed taghmel il-BITEC.
Il-pozizzjoni tal-Partit Laburista dwar dan, qal Evarsit Bartolo hija wahda cara hafna. Il-PL ma jaqbilx li ghal suggetti vokazzjonali fl-iskejjel tal-Istat, l-istudenti jhallsu.
Jekk wiehed jara x’qed jigri fl-iskejjel sekondarji fl-Ingilterra, jsib li l-Istat qed jiffinanzja korsijiet tal-BITEC biex l-istudenti ma jidhlux fi spejjez. Il-Gvern Malti jrid jaghmel bil-maqlub.
Evarist Bartolo kkritika wkoll il-fatt li minkejja li l-Gvern iddecieda li jdahhal dawn it-tip ta’ korsijiet fl-iskejjel sekondarji fis-sena akkademika 2011 / 2012, minghajr l-ebda konsultazzjoni mal-ghalliema u l-genituri.
Il-Partit Laburista jemmen li bl-introduzzjoni tal-korsijiet vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji l-ghalliema mhux biss iridu jkun mharrga sew, izda ukoll irid ikollhom rizorsi biex jahdmu.

| < Prev | Next > |
|---|








