Thursday
Sep 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tariff ital-irmonk bil-gholi

E-mail Print PDF

tugmalta_copyIl-granet li ghaddew thabbru zidiet sostanzjali fit-tariffi tal-irmonk li tipprovdi l-kumpannija Tug Mal­ta, li kienet giet privatizzata sentejn ilu meta nxtrat mill-kumpannija Taljana Rimorchiatori Riuniti S.p.A ta’ Genova.  It-tariffi se jogh­lew bi 11.15%, b’nofs din iz-zie­da (5.575%) b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, u n-nofs l-iehor ta’ 5.575% b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.
Skont Transport Malta li hija l-awtorità regolatrici li awtorizzat din iz-zieda, parti sew minn din iz-zieda hija mahsuba li tkopri l-in­vestiment li se jaghmlu s-sidien il-godda Taljan f’tug boat gdida. Flok ma’ dan l-investiment se jsir minn but is-sidien il-godda tal-kumpannija kif kien intqal meta saret il-privatizzazzjoni mill-Gvern Malti, dan l-investiment se jigi ffinanzjat mill-klijenti ta’ Tug Malta, cjoè l-operaturi tal-vapuri u dawk li jaghmlu uzu mis-servizzi taghhom.

Din iz-zieda fit-tariffi tal-irmonk fl-ahhar mill-ahhar se jispiccaw igorruha fost l-ohrajn l-fabbriki li jesportaw, min jopera s-servizzi tat-trasbor, kif ukoll l-operaturi tal-vapuri li jgorru t-turisti lejn Malta. B’hekk iz-zieda f’dawn it-tariffi se tagh­mel lill-portijiet taghna inqas kompetittivi u se taffettwa direttament il-kompetittività tal-prodott Malti, aktar u aktar f’dawn iz-zminijiet difficli ta’ ricessjoni dinjija.

Transport Malta fi stqarrija li har­get biex thabbar l-awtorizzazz­joni ta’ din iz-zieda fit-tariffi, am­met­tiet li din kienet mahsuba biex tkopri l-ispiza ta’ tug boat gdida. Flok mal-investiment fuq dan il-vapur tal-irmonk gdid se jsir mis-sidien Taljani, dan se jispicca jigi ffinanzjat mill-ispejjes addizzjonali li se jkollhom jiffaccjaw dawk li jaghmlu uzu mill-portijiet Maltin. L-ispejjez tal-irmonk jirrappre­zentaw parti sostanzjali mill-ispejjez totali tal-port kemm fil-Malta Freeport kif ukoll fil-Port il-Kbir.

Suppost li wiehed mill-iskopijiet ewlenin ta’ kull privatizzazzjoni huwa li s-sidien privati jkunu jistghu jinjettaw investiment privat f’dawn il-kumpanniji li jibdew joperaw f’suq kompetittiv u miftuh. Imma dak li fil-fatt qieghed jigri huwa li flok ma l-investiment isir minn but is-sidien il-godda, l-investiment qieghed jigi ffinanzjat minn tariffi aktar gholjin u dawn il-kumpanniji privatizzati flok joperaw f’suq miftuh, qeghdin jinghataw monopolju mill-Gvern.  Propju dak li gara mhux biss fil-kaz ta’ Tug Malta imma anki fil-kaz tal-privatizzazzjoni tal-impjant tal-ibbottiljar u d-distribuzzjoni tal-gass fejn ghadha kif thabbret zieda qawwija fil-prezz tac-cilindri tal-gass.

Qabel l-ahhar elezzjoni generali, in-Nazzjonalisti kienu weghdu lill-esportaturi u lill-importaturi f’pajjizna li t-tariffi tal-port kellhom jonqsu b’25%. Wara l-elezzjoni mhux biss ma gara xejn minn dan, anzi t-tariffi tal-port gholew u mhux rahsu wara l-privatizzazzjoni. Mhux biss gholew it-tariffi tal-port, imma issa ghadha kif tahbret ukoll zieda sostanzjali fit-tariffi tal-irmonk.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy Sunny / Wind Sunny Sunny Sunny
26C 29C 28C 28C 29C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura