Minn Joe. M. Sammut
Il-festa tal-Imnarja hija wahda mil-festi principali fil-kalendarju Malti. Kulhadd jaf illi sew f’Malta kif ukoll f’Ghawdex, kull villagg u belt ghanda aktar min festa wahda ad eccezzjoni ta’ xi villagg ‘l hawn u ‘l hinn.Però jibqa’ l-fatt illi l-festa tal-Imnarja hija l-unika festa li tghaq-qad il-festi kollha. Il-Maltin, irrispettivament liema qaddis jap- poggjaw, sew blu, ahmar jew ah- dar, jinghaqdu u jattendu bi hgar- hom biex jitilghu ghall-festa tal-Imnarja. Jitilghu izjed ghall-atmosfera brijjuza fil-gonna tal-Buskett.
In-nies ilha titla’ bi hgara u bil-massa sa minn zmien il-Kavallieri u zgur mhux ghax kif ipprova jghati x’jifhem il-Ministru Pullicino, ghax gew imwaqqfa l-istands tal-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea.
Ma niflahx nghid u nirrimarka kemm il-Ministru Pullicino kien ghajjien fl-istqarrija ghall-istampa li hareg bi twegiba ghal dik li hareg il-Partit Laburista li ma kienet xejn ghajr lehen il-poplu.
Ghall-informazzjoni tieghu ilni nattendi ghall-festa tal-Imnarja sa minn meta kont naqra ta’ tifel u anke irqadt hemm mal-genituri tieghi u nassigurah illi l-Imnarja, kemm ilu fil-poter il-Partit Nazzjonalsita, marret lura bhall-granc. L-Imnarja ma ghad fadal xejn minn dak li tradizzjonalment kien issawwarha.
U jekk il-Ministru Pullicino kien ferhan bl-istands tal-pajjizi membri tal-Unjoni u b’dawk li ppruvaw ibighu xi prodott nghidlu, b’kull responsabiltà, illi din is-sena l-edizzjoni tal-Imnarja kienet fost l-aghar li qatt gew imtellgha. Kienet qisa fiera. Fejn kienu l-annimali li l-poplu jitla’ biex jara u japprezza? Imkien. In-numru kien fqir wisq.
Iva. Il-bdiewa u r-rahhala wrew l-ghadab taghhom ghall-mod kif il-Gvern qed jimxi fil-konfront taghhom. Organizzaw protesta siekta imma sinifikanti. Ma attendewx. Ma tellghux il-bhejjem, ma tellghux il-prodotti agrikoli taghhom.
U ghall-informazzjoni tal-Ministru Pullicino hemm kont, indur man-nies u nisma’ l-kummenti tan-nies. Kienet fqira.
Imbaghad hemm l-ohra. Il-Ministru Pullicino jghid li hemm xi diskrepanza bejn dak li ghedt jiena u l-Partit Laburista fuq il-kwistjoni tal-ilma. Ma jafx x’inhu jghid u dan ma hu minnu xejn. Jekk hemm it-tahwid, dan qieghed fil-Ministeru tar-Rizorsi u Ûvilupp Rurali ghax fejn jidhol l-ilma lanqas policy ma hemm.
Partit Laburista huwa konformi fuq din il-policy. Hemm qbil unanimu: irid isir minn kollox biex ma nhallux lanqas qatra wahda mill-ilma tax-xita tinhela. Dak li jrid isir.
Imma din kienet biss attentat fjakk ta’ parti tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Ministru Pullicino biex jizvijja mir-realtà.
Ir-realtà hi li lir-rahhala u lill- bdiewa l-Gvern qed joqtolhom bil-guh. Lil tal-majjal falliehom. Issa lanqas il-bhejjem ma qeghdin jinqatlulhom. Lil tal-baqar xejn anqas. Li jrabbu t-tigieg ghalqu partita minnhom.
Dan ghalfejn? Ghax ghandna jew Gvern rieqed jew ghax ghandu agenda mohbija bhalma kellu ghar-rigward tal-kaccaturi u n-nassaba li weghedhom li mhux ser imissilhom in-namur u qatalhom kollox. Jew bhalma ghamel lis-sajjieda li l-ewwel tahom il-flus u issa hadilhom il-permess ghall- qbid tal-unika huta li tirrendi – it-tonn. Falliehom. U hekk qed jaghmel lill-bdiewa u r-rahhala.
Li l-Gvern Nazzjonalsita ried isalva dan is-settur, kieku kien jimxi xorta ohra. Kemm ilni nghid fuq il-Biomass. Sahansitra l-Ministru Pullicino kien qal li qed nghid il-hmerijiet. Issa l-Gvern qed jghid li ser jinvesti fl-impjanti tal-Biomass. Prosett. About time.
Li kieku l-Gvern fetah widnejh u investa fihom meta ahna tal-Oppozizzjoni indikajnilu, kieku Malta ma tinsabx fil-qaghda mizera li tinsab. Dawn l-impjanti jistghu jissuplixxu sa 47% tal-energija elettrika li nikkunsmaw, dawn l-impjanti jipproducu ilma ghat-tisqija tar-raba’ u dawn l-impjanti jipproducu kompost ghar-raba’ jew ghall-esportazzjoni.
Imma dak hu x’jiehu l-pajjiz. Min-naha l-ohra, u kif ghandu jkun, il-Gvern ghandu jixtri d-demel tal-irziezet biex jipproduci dan kollu. Il-Gvern, meta jkun qed jixtri u mhux jiehu kif ilu jaghmel ghal dawn l-ahhar 24 sena, allura r-rahhala jkollhom dhul gdid ghall-irziezet taghhom. L-irziezet ma jibqghux piz ghall-pajjiz imma jsiru sors. Hekk imissu mexa l-Gvern u mhux ifallihom. Jew forsi ried li l-ewwel ifallu dawk li ma jappoggjawhx qabel jibda bil-progett?
Jghid x’jghid il-Gvern, il-festa tal-Imnarja kienet protesta siekta imma sinifikattiva. Il-bdiewa u r-rahhala ma hargux fit-toroq imma l-messagg wassluh, jippartecippaw f’kull attività agrarja bi hgarhom imma ma attendewx ghal tal-Imnarja ghax dik organizata mil-Gvern.

| < Prev | Next > |
|---|








