Monday
Sep 06th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Joseph Muscat f’laqgha mal-President Napolitano

E-mail Print PDF

dsc_9860Il-Kap tal-Oppozizzjoni u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, kellu laqgha mal-President tar-Reppubblika Taljana Giorgio Napolitano bhala parti mill-programm ufficjali taz-zjara tieghu ta’ jumejn f’Malta.

Matul din il-laqgha, deskritta bhala wahda kordjali hafna, gew diskussi temi ta’ interess komuni ghaz-zewg pajjizi.

Waqt il-laqgha bejn Dr.Muscat u l-President Napolitano, gew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja;  l-Ewro u l-isfidi li l-munita komuni ffaccjat u qed tiffaccja; il-futur tal-Ewropa; is-sitwazzjoni fir-regjun tal-Meditterran u s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni llegali.

Matul din il-laqgha, il-Kap tal-Oppozizzjoni kien akkumpanjat minn delegazzjoni li kienet tinkludi lil Dr. George Vella, Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Affarijiet Barranin, Dr.Michael Falzon, Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Intern u Sigurtà, Stefan Buontempo,  Kelliem Ewlieni ghall-Gvern Lokali, Luciano Busutill kelliem ghall-Affarijiet Ewropej; Marlene Pullicino Kelliem ghall-Utilitajiet u Dr.Lydia Abela, Segretarja tal-Ezekuttiv  Nazzjonali tal-Partit Laburista.

Intant f’wiehed mid-diskorsi ta’ Giorgio Napolitano waqt iz-zjara statali tieghu f’Malta huwa qal li “l-Italja ilha timxi id f’id ma’ Malta minn zmien id-dikjarazzjoni tal-Indipendenza. Irrikonoxxiet in-newtralità taghha u ggarantiet is-sigurtà u bil-hames protokolli finanzjarji, ikkontribwiet ghall-izvilupp ekonomiku u ghas-success tan-negozjati li wasslu ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004. L-Italja hija l-ewwel partner ekonomiku ta’ Malta u ‘il fuq minn 100,000 Taljan izuru lil Malta kull sena.“

Min-naha tieghu l-President ta’ Malta George Abela fid-diskors li ghamel biex jaghti merhba lill-President Napolitano semma l-industrijalizzazzjoni ta’ Malta, l-iskambji ekonomici bejn iz-zewg pajjizi kibru u r-rabtiet kulturali komplew jissahhu mat-tifrix tal-edukazzjoni oghla.

Dr. Abela semma kif fl-1973, kien intlahaq ftehim sabiex Malta tilqa’ l-Missione Italiana Assistenza Tecnica Militare u din ikkontribwiet sewwa fl-izvilupp ta’ xoghlijiet infrastrutturali bhar-runway tal-ajruport, toroq u pontijiet godda, tahrig fl-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvatagg u fis-sikurezza.

 

Il-President Abela semma wkoll kif l-ewwel minn hames protokolli finanzjarji gie konkluz fl-1980  u dan ghen b’mod tangibbli biex ipatti parzjalment ghat-tnaqqis ta’ dhul finanzjarju wara li l-ftehim ta’ difiza mal-Gran Brittanja gie fi tmiemu.  Il-fondi pprovduti minn dawn il-hames protokolli, l-ahhar wiehed iffirmat fl-2002, ghenu biex tigi mmodernizzata l-infrastruttura, jigu rrestawrati tezori kulturali u jigu mwettqa ghadd ta’ progetti.

Giorgio Napolitano li ghandu 85 sena, gie elett President tal-Italja fl-2006, u ghandu storja twila ta’ militanza fil-moviment anti-faxxista u kien attiv ferm fil-Partit Komunista Taljan mill-1945 sax-xoljiment tieghu fl-1992. Giorgio Napolitano huwa maghruf bil-laqam ‘Re Umberto’ kemm ghax-xebh fiziku ma’  Umberto II, l-ahhar Re tal-Italja, kif ukoll minhabba l-manjieri meqjusa u sinjorili tieghu

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Mostly Sunny Mostly Sunny Sunny / Wind
24C 31C 32C 30C 29C
Mon Tue Wed Thu Fri

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura