Ghadhom kif thabbru tariffi qawwija ghall-applikazzjonijiet godda quddiem il-MEPA. Roderick Galdes il-Kelliem Laburista ghall-Housing u l-Ippjanar qal illi din hija konferma li l-poplu Malti se jkompli jhallas ghall-inefficjenza tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi.
Mal-ewwel daqqa t’ghajn jirrizulta li uhud mit-tariffi l-godda tal-MEPA huma socjalment ingusti u se jkomplu jitfghu piz akbar fuq il-familji Maltin u Ghawdxin, fosthom koppji zghazagh.
Fost iz-zidiet sostanzjali li thabbru hemm dawk ghal compliance certificates (zieda ta’ 600%), garaxxijiet (zieda ta’ 1000%), development notification orders (zieda ta’ 400%), estensjonjiet ta’ kmamar (zieda ta’ 500%) u ghal dawk li se jiehdu parir mill-MEPA dwar applikazzjonijiet (li issa se jibdew ihallsu €50 ewro). Iz-zieda f’dawn it-tariffi se jolqtu l-aktar hazin lil dawk mill-klassi medja jew bi dhul baxx.
Roderick Galdes jghid li filwaqt li l-MEPA sabitha facli li tahfer miljuni kbar ta’ ewro lill-izviluppaturi li hammgu l-ambjent matul din l-ahhar sena u ezawriet il-fondi li hallsu l-applikanti ghall-htigijiet ta’ parkegg minghajr ebda trasparenza, issa se titfa’ dan il-piz gdid fuq il-familji Maltin u Ghawdxin.
Dawn iz-zidiet thabbru propju ftit tal-granet wara li c-Chairman tal-MEPA Austin Walker waqt intervista ggustifika s-salarju tieghu billi qal li huwa bhal “karozza lussuza”, li trid thallas flus tajba ghaliha.
Iz-zieda qawwija fil-hlasijiet tal-applikazzjonijiet tal-izvilupp zgur mhux b’kumbinazzjoni, giet wara li l-MEPA ghamlet deficit ta’ 10 miljun ewro matul is-sena li ghaddiet fejn biex tibbilancja l-kotba finanzjarji taghha kellha tirrikorri ghall-fondi pubblici, fondi li suppost huma marbuta mal-iskop specifiku tal-Commuted Parking Payment Scheme.
Skont Roderick Glades dawn iz-zidiet imhabbra mhumiex se jwasslu biex il-MEPA tkun awto-sufficjenti kif iddikjara Mario Demarco fil-Parlament, izda biex sempliciment ikomplu jaghmlu tajjeb ghall-inefficjenza u l-hela tal-Gvern.

| < Prev | Next > |
|---|








