Thursday
Sep 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Karru ma’ karru

E-mail Print PDF

Hija sitwazzjoni mill-aktar serja kif il-qalba tax-xandir pubbliku, dak li jissejjah il-prime time tat-televizjoni, gie kkapparrat u monopolizzat minn Where’s Everybody!, bis-sidien taghha Lou Bondi u Joe Azzopardi li ghandhom affjatament qawwi mal-partit fil-gvern. Bil-programmi taghhom, Bondi u Azzopardi, f’mumenti decizivi u krucjali ghall-Partit Nazzjonalista, invarjabbilment dejjem raw kif ghamlu biex taw palata lil PN b’mod sottili u gieli b’mod inqas sottili.

Jghidu xi jghidu Azzopardi u Bondi dwar l-‘imparzjalità’  tal-programmi taghhom, huwa evidenti li l-karru taghhom hu marbut mal-karru tal-Partit Nazzjonalista, ghax jafu li jekk imur tajjeb il-PN, jafu li se jmorru tajjeb huma u jekk ma jibqax imur tajjeb il-PN, m’ghandhomx garanzija li se jibqghu jmorru tajjeb huma. Il-PN min-naha tieghu jaf li hu moqdi tajjeb minn ta’ Where’s Everybody!, u jaf kif izomm kuntent lil min jaqdih sew.

Il-konnessjonijiet informali, imma intimi, li jezistu bejn esponenti tal-PN u min imexxi Where’s Everybody! imorru lura fiz-zmien u ghandhom gheruq li jidhlu fil-fond.

Gheruq li jmorru lura ghal zmien meta bl-isfaccatagni u t-tustagni kollha Lou Bondi fid-disghinijiet kien itella’ programmi ta’ grajjiet kurrenti fuq l-istazzjon nazzjonali fl-istess zmien li kien Direttur tal-Propaganda tal-Partit Nazzjonalista.

In-Nazzjonalisti huma moqdija tajjeb mis-servizz tal-Ahbarijiet tal-PBS, kif ukoll mill-programmi ta’ grajjiet kurrenti mtellgha minn Bondi u Azzopardi, tant li qajla jhabblu rashom jew jikkonfondu li r-ratings baxxi ta’ NET TV huma dawk li huma. Il-monopolju virtwali li tal-WE jgawdu fil-prime time ta’ TVM, huwa wahdu prova bizzejjed ta’ kemm il-WE u l-PN ma jghaddux minghajr xulxin u jiddependu fuq xulxin.

Meta ftit tas-snin ilu l-Bord   Editorjali tal-PBS immexxi mill-eks segretarju privat ta’ Eddie Fenech Adami kien iddecieda li jaqla’ l-programm Bondiplus mill-iskeda, din id-decizjoni eventwalment kienet              giet maqluba mill-powers that be, u kien John Camilleri li spicca mill-Bord Editorjali tal-PBS u mhux Lou Bondi mill-iskeda.

Jezistu sitwazzjonijiet neboluzi ohrajn li qed ikomplu jissudaw dawn ir-rabtiet li finalment ihallu l-impatt taghhom fuq il-kwalità ta’ gurnalizmu li suppost johrog minn Where’s Everybody!

Ghax filwaqt li tal-WE, skont ma jghidu, suppost li jaghmlu gurnalizmu investigattiv fuq kollox, apparti li dawn igawdu l-monopolju virtwali li ghandhom fil-PBS, iridu jaghmluha wkoll ta’ imprezarji f’avveniment tal-Gvern bhac-CHOGM, il-festi li kkommemoraw id-dhul ta’ Malta fl-UE, ecc. Qed jinghataw ukoll kuntratti pubblici biex jaghmlu xoghol ta’ relazzjonijiet pubblici u reklamar ghall-Gvern u agenziji tieghu jew ghal progetti li jsiru bi shab bejn il-Gvern u l-privat bhal dak tal-White Rocks.

Fi kliem iehor, tal-WE, iriduha hobbla u tredda, ghax fl-istess nifs li jghidu li jridu jaghmlu “gurnalizmu investigattiv fuq kollox” 360 degrees, tal-WE qed jaghmlu xoghol ta’ relazzjonijiet pubblici inkonnessjoni mal-progett tal-White Rocks, li gie pprezentat minn Lawrence Gonzi qisu manna niezla mis-sema li se jwassal l-isportivi Maltin ghall-Art Imwieghda.

Kif jistghu tal-WE, fl-istess waqt li qed jaghtu s-servizzi taghhom rigward progett bhalma huwa tal-White Rocks li qed jigi pproggettat bhallikieku mhuwiex ser jigi jiswa mqar centezmu ghall-poplu Malti, imbaghad insiru nafu li l-Gvern fil-fatt se jikkontribwixxi ghal dan il-progett  b’mhux inqas minn 200 tomna art, b’100 tomna minnhom li se jmorru ghall-ispekulazzjoni bil-bini ta’ 300 appartament!?

Kif tista’ media-house li tippoppa sidirha u tiddandan li taghmel il-gurnalizmu investigattiv fuq kollox, tasal imbaghad biex taghmel xoghol ta’ PR ghal consortium li se jinghata dik il-medda ta’            art pubblika kollha ghall-izvilupp, minghajr lanqas        biss harget sejha mill-Gvern ghall-espressjoni ta’                   interess?!

Huma biss dawk li ghandhom id-don tal-bilokuzzjoni, li jkunu f’zewg postijiet fl-istess hin, ossija jilbsu zewgt ikpiepel fl-istess u jaqdu rwoli  li huma inkompatibbli ghal xulxin, li jirnexxilhom jaghmlu dan b’certa abbiltà u bla misthija ta’ xejn.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy Sunny / Wind Sunny Sunny Sunny
26C 29C 28C 28C 29C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura