Thursday
Sep 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF

mark_cutajarFuq halq kulhadd matul din il-gimgha regghet kienet it-Tazza tad-Dinja, liema kompetizzjoni l-bierah bdiet it-tieni rawnd taghha, u li matul l-ewwel loghbiet halliet lil wiehed x’jara u x’jiddiskuti.


Kulhadd ghadu jsemmi l-eliminazzjoni u l-ahhar post fil-grupp, ghac-campjins tad-dinja l-Italja u anke ghar-runners up tal-ahhar edizzjoni, Franza. Zewg eliminazzjonijiet li wiehed zgur ma stenniex li jigu kif gew. Nibdew nitkellmu dwar dik ta’ Franza.

Li Domenech kien kowc b’rasu iebsa  u ideat skaduti hareg bic-car tant li kienet biss l-id ta’ Thierry Henry kontra l-Irlanda li ghinet lil Franza biex tikkwalifka. Nafu wkoll x’gara sentejn ilu fil-kampjonati Ewropej fejn Franza gew eliminati u umiljati mill-Olanda 4-1.


Barra minn hekk, il-partiti ta’ hbiberija, fosthom it-telfa kontra c-Cina u d-draw imqanzah mat-Tunezija kienu wkoll indikazzjoni tal-faqar ta’ ideat ta’ kowc li ma rnexxielux jaghti sistema.


Mhux hekk biss izda li thalla barra gowler bhal ma huwa Sebastien Frey; dejjem deciziv ma’ Fiorentina, u plejers bhal Nasri u Benzema, turi li fil-mohh tal-kowc hemm xi haga li mhix qed tiffunzjona tajjeb. Min jaf ghaliex thalla fil-kariga? Min kien hemm daqshekk b’sahhtu warajh?


Twegibiet li hadnihom wara li spiccat din l-avventura Franciza. Mhux hekk biss izda anke fil-formazzjonijiet li nizel bihom fit-tliet loghbiet li Franza laghbu, l-ideat ma kienu xejn cari. Plejers bhal Malouda, determinanti fil-Premiership ma’ Chelsea, u Henry thallew ghal hafna hin fuq il-bank meta deher bi c-car li kien hemm bzonnhom.

Kowc li lanqas biss kien kapaci jzomm it-tmun fid-dressing room mal-plejers li ghazel huwa stess. Nafu x’gara fil-kaz ta’ Anelka fejn sahansitra ntbaghat id-dar; fil-kaz ta’ Evra, u l-inkwiet li nqala’ quddiem il-kameras, u l-kaz ta’ Ribery li dahal quddiem il-kameras tal-istazzjon Franciz TF1, u ha over dak li kien qed jghid Domenech.

U sahansitra meta Franza kien ghadhom bic-cans li jghaddu kontra l-Afrika t’Isfel, Domenech nizel b’formazzjoni fqira u li zgur ma setghet qatt tikseb rizultat, tant li l-Afrikani approfittaw u rebhu. Domenech li wera nuqqas ta’ stil meta ma riedx jiehu b’idejn Parreira fl-ahhar loghba u anke fil-kummenti li ghamel wara meta minflok assorba r-responsabbiltà ta’ telf qal li din mhix tragedja nazzjonali.

Mhux l-istess hasbuha l-Francizi li bi kliem iebes fuq il-gurnali urew rabja lejn il-kowc u ghal dak kollu li gara. Barra li Domenech halla l-post, sar sforz biex jaghmel l-istess il-Prersident tal-Federazzjoni Franciza tal-Futbol. Wisq probabli kien hu li ghamel minn kollox biex Domenech izomm postu. Franza li trid terga’ tibda mill-bidu u ser tibda bi Blanc, eks kaptin tat-tim nazzjonali rebbieh tat-Tazza tad-Dinja fl-1998 u tat-Tazza tal-Ewropa 2000 u rebbieh bhala kowc ma’ Paris Saint Germain.

Minn Franza ghall-Italja, u l-istorja ftit li xejn tinbidel. It-titli tal-gurnali matul din il-gimgha kienu mimlijin kliem iebes u kritika lejn Lippi, l-plejers u l-Federazzzjoni. Storja li izda mhix l-istess bhal dik t’ Franza.


Fil-Kampjonat Ewropew ta’ sentejn ilu, l-Italja kienet mimlija krirtika ghall-kowc Donadoni. Kowc zaghzugh li kellu biss l-isfortuna li jigi eliminat fil-kwartifinali minn Spanja, bl-ghoti tal-penalties, liema Spanja imbaghad rebhu t-Tazza.


Donadoni tkecca u kif riedu hafna Taljani, rega’ gie Lippi. Il-kritika hawnhekk waqfet, anzi kull nofs tazza vojta bdew jghidulha nofs tazza mimlija. Ewforija kbira, izda mill-ewwel bdew jidhru l-problemi. Lippi baqa’ loghba wara loghba jaghzel plejers li jafhom, b’mod partikolari ma’ Juventus.


Friendlies li bdew gejjin hziena, numru ta’ loghob bla gowls, u Lippi baqa’ jinsisti. Ghazel lil Buffon li kien jaf li kien imwegga’, Cannavaro li kellu stagun hazin, tant li Juventus ma geddewlux il-kuntratt, Zambrotta li ma kienx konsistenti ma’ Milan, Gattuso li ghal zmien twil kien inwegga’ bhal ma kien Pirlo, Gilardino li kien ilu hafna ma jsib ix-xibka, Pepe li kellu stagun ma’ tim li qed jiggieled biex ma jaqghax, u plejers ohra simili. Ingredjenti ta’ falliment.


Bdew il-loghob u Lippi li ma riedx jaghzel plejers bhal Storari, Sirigu, Thiago Motta, Cassano u Ballotelli fost ohrajn, baqa’ jinsisti fuq il-hbieb tal-hbieb. Lanqas plejers bhal Pazzini, Maggio u Quagriarella li kellhom stagun eccezzjonali u li kienu mieghu ma gew moghtija c-cans.


Loghba wara loghba bdiet tizdied il-kritika izda Lippi baqa jinsistni u jghid li tieghu biss tajjeb. Fl-ahhar wasal dak li hafna ma riedux li jasal, jigifieri eliminazzjoni kontra avversarji fuq il-karta facli. Paragwaj li sa fejn niftakar jien qatt ma rebhu xejn, New Zealand li vera huma tajbin u campjins tad-dinja, izda fir-Rugby u mhux fil-futbol, u Slovakkja, tim bl-ahjar plejer tieghu ghandu 23 sena u jilghab ma’ Napoli.


Lippi fl-ahhar jammetti t-tort izda jkun tard wisq. Nuqqas ta’ stil min-naha ta‘ kowc li jidher li l-unur tal-2006 tant telalu ghal rasu li b’hekk sofriet l-Italja kollha ghalih. Tmiem ta’ ciklu u bidu ta’ iehor ma’ Cesare Prandelli li s’issa wera li huwa tajjeb izda qatt ma rebah xejn.

 

Prandelli li jrid l-ewwel jara li jaghmel ghazliet bla pregudizzju u li jistma lil kulhadd l-istess. L-ewwel provi huma fil-gimghat li gejjin. U kontra dak li gara fi Franza, Abete, President tal-Federazzjoni ma hassx li ghandu jirrizenja , izda jrid jibqa’ hemm imwahhal mas-siggu tal-poter wara eliminazzjoni hekk kiefra.


Issa min se jirbah? Wiehed ta’ min jinnota li l-hames timijiet mill-Amerika t’Isfel ghaddew kollha u mit-timijiet Amerikani, ghaddew sebgha minn tmienja, eliminati biss Honduras. Interessanti wkoll li kienu biss l-Olanda u l-Argentina li rebhu t-tliet loghbiet li laghbu. X’indikazzjonijiet huma dawn?


Min irid ikompli din id-diskussjoni nistiednu jsegwi Zona Dinjija kuljum fis-18:15 fuq ONE TV. Ipermettuli li nirringrazzja li dawk kollha li qed jaraw il-programm. L-impenn professjonali taghna maghkom ser ikun hemm dejjem sat-12 ta’ Gunju, l-ghada li tintemm din l-edizzjoni.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy Sunny / Wind Sunny Sunny Sunny
26C 29C 28C 28C 29C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura