Il-Federazzjoni Maltija tal-Isparar il-gimgha li ghaddiet organizzat il-‘Malta International Double Trap Grand Prix’ ta’ din is-sena. Il-kompetizzjoni saret fil-Bidnija. F’din il-kompetizzjoni ppartecipaw uhud mill-aqwa tiraturi fid-dinja. Fosthom kien hemm it-tiratur Malti William Chetcuti, it-tiraturi Taljani Francesco D’Aniello, rebbieh tal-medalja tal-fidda fl-ahhar Olimpijadi gewwa Beijing, Daniele di Spigno, rebbieh tal-medalja tad-deheb fil-Loghob tal-Mediterran gewwa Pescara s-sena l-ohra.
Fil-kategorija A, li fiha hadu sehem 35 tiratur, il-Malti William Chetcuti kellu gurnata mhux tant tajba meta laqat 44, 40, u 49 ghal total ta’ 133 plattina biex naqas milli jikkwalifika ghall-baraxx. Hawnhekk hareg rebbieh it-tiratur mill-Kuwajt Al Deehan Fehaid, b’puntegg ta’ 145 minn 150 fl-ewwel tliet rawnds, u mbaghad falla biss plattina wahda fil-baraxx finali ghal puntegg totali ta’ 194 plattina minn 200. Madanakollu huwa kiseb total daqs l-Izvediz Hakan Dahlby li kien laqat 144 u ghamel straight fil-baraxx biex kellha tkun shoot-off li tiddetermina r-rebbieh. Hawnhekk Al Deehani laqat 26 plattina ohra filwaqt li Hakan Dahlby falla s-26 plattina u kellu jikkuntenta bit-tieni post.
It-Taljan Daniele Di Spigno spicca fit-tielet post b’191 plattina, filwaqt li Francesco D’Aniello spicca r-raba’ b’190. Il-Fillandiz Simo Koylinen u tiratur iehor mill-Kuwajt, Alafasi, spiccaw il-hames hekk kif it-tnejn laqtu 188 plattina.
Fil-Kategorija B kien hemm baraxx finali mill-aqwa meta kienu l-ahhar zewg plattini li taw ir-rebha lit-tiratur zaghzugh promettenti Nathan Lee Xuereb biex rebah Kategorija B.
Xuereb laqat 44, 44 u 40 fl-ewwel tliet rawnds ghal total ta’ 128 plattina, u mbaghad laqat 40 ohra fil-baraxx finali biex kiseb total ta’ 168 plattina. Huwa spicca bi plattina aktar mit-Taljan Lattanzi Simone li laqat 167 filwaqt li Taljan iehor Mazzetta Simone spicca t-tielet b’162 plattina, tnejn aktar minn Sparamonti li spicca r-raba’.
Malti iehor, Matthew Grech gie fil-hames post meta laqat 117-il plattina u 37 fil-baraxx ghal total ta’ 156, filwaqt li Derek Bonanno spicca fis-sitt post b’154. F’din il-kategorija ha sehem ukoll Christian Briffa li laqat 102 u ma kkwalifikax ghall-baraxx.

| < Prev | Next > |
|---|








