Thursday
Sep 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF

mark_cutajarM’hemmx dubju li matul dan ix-xahar l-attenzjoni ta’ kulhadd tkun iffukkata fuq it-Tazza tad-Dinja. Min-nhar il-Gimgha li ghaddiet, sal-11 ta’ Lulju li gej id-dinja kollha se tkun ibbumbardjata b’ahbarijiet  mill-Afrika t’isfel, fejn ghall-ewwel darba  qed issir il-fazi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol fil-kontinent Afrikan.


F’din il-kolonna huwa inutli li nitkellmu dwar min se jirbah u min se jitlef fil-grawnd, ghax fuq  hekk qed nisimghu hafna, izda tajjeb li nitkellmu dwar kif din it-tazza qed tohrog messaggi lejn id-dinja kollha. Fil-passat l-Afrika t’Isfel kien il-post razzist per eccellenza. Min ma jiftakarx, anke meta konna izghar, fuq il-bankijiet tal-iskola jghallmuna min kien Nelson Mandela?

Mandela kien l-ewwel President elett minn elezzjoni demokratika bejn l-1994 u l-1999, wara li ghal ghexieren ta’ snin iggieled ghall-ugwaljanza bejn ir-razez, tant li fl-1962 sahasitra gie arrestat  ghal 27 sena ghax li kien qed jiggieled din il-battalja gusta. Battalja li rebah bil-kbir, tant li gab lill-pajjiz li tant ihobb, centru ta’ din il-manifestazzjoni enormi li qed tikkulmina f’dan ix-xahar.


Izda d-destin tad-dinja difficli wiehed jifhmu, u Mandela li llum jghodd 92 sena, kellu jghaddi minn diffikulta hekk kif gurnata biss qabel dan kollu, thabbret il-mewt tan-neputija tieghu ta’ 13-il sena f’incident tat-traffiku. L-Afrika t’Isfel ghalhekk trid tikkumbatti glieda ohra, glieda ta’ kuxjenza, bejn luttu ghall-familja Mandela u l-festa li ggib maghha kompetizzjoni hekk kbira.


Filwaqt li l-kuncert ta’ nhar il-Hamis lili personali, u lil hafna nies li jhobbu l-futbol, ftit li xejn interessana. Ic-cerimonja tal-ftuh nahseb li kienet wahda zghira u sabiha. Kienet cerimonja sinjifikanti li verament twassal il-messagg Afrikan lejn l-ghaqda tal-popli, kif wara kollox l-istess Mandela lissen kemm-il darba. Jiena qed nikteb din il-kolonna s-Sibt filghodu meta kont rajt biss zewg loghbiet minn Grupp A, u anke hawnhekk, jidher li din is-sena ser ikollna Tazza tad-Dinja mill-aktar bilancjata.


Jekk forsi tnehhi lis-soliti Argentina, Brazil u zzid maghhom lil Spanja, f’din l-edizzjoni m’hemmx xi tim li jispikka fuq l-ohrajn. Rajna per ezempju li l-Afrika t’Isfel mghejjuna mill-‘home crowd’ jistghu jaghtu sfida tajba, u kienet il-lasta fl-ahhar hin li cahhdithom minn tliet punti, filwaqt li rajna t-tattika li uzaw l-Urugwaj biex irazznu lil Franza. Difiza mimlija plejers, kontra tim li minn-naha l-ohra ftit li xejn prova, anke meta kien bi plejer iktar fil-pitch.


Li wiehed ibassar min se jkun protagnista huwa difficli, specjalment meta din l-edizzjoni kellha numru kbir ta’ plejers injured qabel bdiet il-kompetizzjoni. Lista li ma tispicca qatt ta’ plejers tajbin, lista li wiehed ta’ min jirrifletti fuqha ghax tindika li hemm xi haga hazina f’dan il-futbol, li ma jaghtix pawsa lill-plejers. Il-plejers ghalkemm jithallsu miljuni ta’ liri, m’humiex magni, izda umani, u l-FIFA ghandha tara li tikkontrolla n-numru ta’ partiti li l-plejers ghandhom jilghabu tul l-istagun. Hekk biss nistghu naraw futbol sabih, u anke l-ahjar futbol.


Kif qed nitkellmu fuq it-Tazza tad-Dinja xtaqt li naqsam maghkom ftit kurzitajiet li hargu minn edizzjonijiet tal-passat. Kompetizzjoni li bdiet fl-1930 fl-Urugwaj, u l-ahhar edizzjoni taghha saret fl-2006 l-Germanja. F’dan il-perjodu twil kienu biss darbtejn fejn ma saritx, fl-1942 u fl-1946 fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija.


Il-Brazil rebahha 5 darbiet, segwit mill-Italja 4, Germanja 3, l-Argentina u l-Urugwaj 2, Franza u l-Ingilterra darba kull wiehed. Izda filwaqt li meta rebhu timijiet Ewropej, dawn rebhu kollha fil-kontinent Ewropew, mhux l-istess nistghu nghidu ghal meta rebhuha timijiet minn kontinenti ohra. Filfatt il-Brazil rebhu fl-Amerika ta’ fuq, fl-Asja u anke fl-Ewropa. L-Argentina fl-1986 rebhuha fl-Amerika Centrali.


Jekk jirbhuha l-Brazil mhux biss is-Sud Amerikani jaqbzu lill-Ewropej izda anke jzommu l-100% rekord li jirbhu f’kull kontinent li lghabu. Il-Messikan Antonio Carbajal u l-eks kaptin Germaniz  Matthaus ukoll ghandhom rekord, dak li lghabu f’hames edizzjonijiet differenti. Carbajal lghab fl-edizzjonijiet kollha bejn l-1950 u l-1966, filwaqt li l-eks plejer ta’ Inter lghab bejn l-1978 u l-1998.


Il-Brazil minbarra r-rekord ta’ 5 darbiet campjins, ghandhom ukoll rekords ohra. Pele rebah it-tazza tliet darbiet, filwaqt li Ronaldo huwa l-aktar plejer li skorja gowls fil-fazi finali, bi 15-il gowl. Min-naha l-ohra, kienu 13, ir-rekord ta’ gowls skurjati f’edizzjoni wahda, fl-1958 mill-Franciz Fontaine.


Rekord iehor Braziljan huwa dak ta’ personagg li rebah bhala plejer u kowc, u dan huwa ghand Mario Zagallo, rekord maqsum mal-Germaniz Beckenbauer. It-Taljan Vitorrio Pozzo huwa l-uniku kowc  li rebahha darbtejn fuq xulxin fl-1934 u l-1938. Interessanti wkoll li l-kowcis kollha li rebhu, kienu mill-pajjiz fejn intrebhet.


Ser ikun Marcello Lippi li jilhaq ir-rekord ta’ Pozzo? Ser ikun Fabio Capello li jsir l-ewwel kowc barrani li jirbah? X’se jkunu r-rekords li se jinkisru fl-edizzjoni ta’ din is-sena?


Nisperaw li jkunu hafna u hafna pozittivi. Filwaqt li nawguralkom futbol sabih, nixtieq nistedinkom biex kuljum bejn is-6:15pm u s-7:15pm tkunu mieghi u mal-mistednin tieghi ghal edizzjoni ohra ta’ Zona Dinjija, fuq ONE TV.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy Sunny / Wind Sunny Sunny Sunny
26C 29C 28C 28C 29C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura