F’temp ta’ ftit granet fl-ahbarijiet kellna jidwu diversi kazijiet li b’mod jew b’iehor ghandhom x’jaqsmu mad-dudu jnawwar tal-korruzzjoni. Ejja ghal mument inhallu fil-genb kazijiet li digà smajna hafna dwarhom, bhall-kuntratt tal-BWSC. Fil-granet li ghaddew fegg ukoll il-kaz tal-allegat attentat ta’ korruzzjoni marbut mal-process tal-privatizzazzjoni tal-facilità tat-tiswija tas-super-yachts. Kaz li qanqal kontroversja peress li hafna minn dawk fic-cirku politiku intimu tal-Prim Ministru Gonzi bhal Leonard Callus, Tonio Fenech u Pawlu Borg Olivier kienu jafu b’din l-allegazzjoni, imma l-Prim Ministru baqa’ jghid li ma kienx jaf u minhabba f’hekk ireagixxa u talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga disa’ xhur wara.
Imbaghad fegg ukoll il-kaz tal- impjegati ta’ Transport Malta li gew sospizi wara rapport li sar mid-ditta tal-awdituri PricewaterhouseCoopers, fejn gie kkonfermat li fi hdan din l-awtorità kien jezisti racket ta’ korruzzjoni fir-rigward tal-hrug tal-licenzji tas-sewqan. Anki f’dan il-kaz, ir-reazzjoni ta’ min suppost jizgura li rackets bhal dawn ma jinbtux, kienet tardiva ghax kellu jkun deputat min-naha Laburista, Joe Mizzi, li perrecc berah dan il-kaz.
Il-mistoqsija tqum wahidha, kif tispjega li deputat mill-Oppozizzjoni sar jaf bid-dettalji kollha ta’ dan ir-racket ta’ korruzzjoni, filwaqt li l-ebda mustaccun ufficjal gholi tal-awtorità inkwistjoni u lanqas il-Ministru Austin Gatt li jaf ixommu l-bettieh, ma xammew xejn minn dan kollu?!
Imma l-iktar kaz li jgieghlek tirrifletti mill-kazijiet kollha li feggew f’dawn l-ahhar granet, huwa dak iz-zaghzugh impjegat tal-ADT li nstab hati u ssentenzjat ghal sitt xhur habs sospizi ghal 18-il xahar, talli inkonnessjoni mal-impjieg tieghu, accetta rigal fi flus li ghalihom huwa ma kellux jedd.
Dan l-impjegat kien jaccetta ‘tips’ ta’ Lm2 kull darba li jqabbez il-kju lil xi hadd li kien jipprezentalu certifikati fotokopji foloz dwar l-ezamijiet tat-teorija ghal-licenzja tas-sewqan f’isem persuni li ghalkemm ma kinux ghaddew minn dak l-ezami, kienu xorta jersqu ghall-ezami prattiku. Dan l-impjegat xehed li hu ma kienx ikun jaf li dawn ic-certifikati kienu jkunu foloz, imma xorta wehel sitt xhur habs sospizi tat-‘tips’ ta’ Lm2 li rcieva fi tliet okkazjonijiet.
Hekk sewwa u xieraq li dan l-impjegat tal-ADT wehel dak li wehel. Imma bilfors tistaqsi lilek innifsek x’fatta hi din li l-qilla tal-ligi nizlet b’tant sahha fuq dan iz-zaghazugh li baghbas fil-hbub, imbaghad min ibaghbas fil-mijiet tal-eluf u fil-miljuni ma jinqabad qatt u dejjem jghaddiha lixxa!?
Il-pjaga tal-korruzzjoni hija perikoluza mhux biss ghax il-korruzzjoni hija taxxa, piz iehor li jkollu jaghmel tajjeb ghalih il-poplu. Il-korruzzjoni hija mikrobu li jittiehed u li jinfirex u li jnawwar il-fibra morali tas-socjetà, b’mod tali li jekk ta’ taht jara lil ta’ fuq jobrox u jisloh bil-goff, anki ta’ taht qed jithajjar idabbar imqar xi ‘tip’ ta’ Lm2 ‘l hemm u ‘l hawn. Il-fatt li qed ifeggu fil-wicc daqstant kazijiet ta’ korruzzjoni, dan mhux ghax il-forzi tal-ordni fil-pajjiz saru aktar efficjenti, imma ghax il-korruzzjoni hija mifruxa u ngastata fis-sistemi ta’ tmexxija tal-pajjiz minn fuq sa isfel. Il-kazijiet ta’ korruzzjoni li qed naraw jispiccaw il-Qorti huma biss il-ponta ta’ fuq tal-iceberg.
Il-korruzzjoni saret ‘way of life’ f’dan il-pajjiz, l-ordni tal-gurnata. Il-fatt li ghadu qed jinqabad biss il-hut iz-zghir fix-xibka tal-gustizzja u l-klieb il-bahar jithallew imxahxha, jithanzru u jiffuxnaw, ma jirriflettix wisq tajjeb fuq il-forzi tal-ordni ta’ dan il-pajjiz. X’jigifieri l-Kummissarju tal-Pulizija jibqa’ cass u ma jaghmel xejn quddiem rapport bhal dak tal-Awditur Generali dwar il-kuntratt tal-BWSC, imbaghad dwar il-kaz tas-super-yachts jidhol fih ghax qallu l-Prim Ministru Gonzi biex jaghmel hekk, disa’ xhur wara li kienet inghatat l-informazzjoni fl-Ufficcju tal-Prim Ministru f’Kastilja!?
Il-Kummissarju tal-Pulizija ghandu jinvestiga kull suspett ta’ korruzzjoni jigi minn fejn jigi, u mhux joqghod jistenna lill-Prim Ministru jew lil xi Ministru tal-Gvern jghidulu biex jinvestiga. Il-Korp tal-Pulizija mhuwiex xi checker-out tal-Gvern, imma qieghed hemm biex ihares l-interessi tas-socjetà kollha kemm hi.

| < Prev | Next > |
|---|








