Thursday
Sep 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-“JS’ List

E-mail Print PDF

Ftit tal-gimghat ilu saret akkuza serja hafna fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista mid-deputat Laburista Evarist Bartolo li mhux lakemm tithalla tmut fuq ommha, kif bhal donnhom jixtiequ dawk li jigbdu l-ispag minn Tal Pietà. Evarist Bartolo qal fil-Parlament, u anki permezz tal-media, li tal-PN ipperfezzjonaw sistema fejn dawk il-kumpanniji li jinghataw kuntratti pubblici jitqieghdu fuq dik li tissejjah ‘JS’ List. Imbaghad jigu organizzati ricevimenti ghalihom fil-kwartieri tal-Partit, fejn dawn in-negozjanti jitfaccaw bil-flus f’idejhom biex jimlew il-kaxxa tal-Partit Nazzjonalista.
Kumplimentari ma’ dan, intraprenditur ewlieni Malti darba kien gie kkwotat li qal li n-Nazzjonalisti mhux biss jippretendu li jinghataw il-flus min-negozjanti, imma ghandhom il-wicc tost bizzejjed biex jindikawlhom bil-preciz is-somma ta’ flus li jkunu qed jippretendu minghand dak li jkun.

Din hija sistema abbuziva li thedded id-demokrazija mill-qiegh taghha. ‘Il ghaliex mhux biss tibghat messagg car imma ghal kollox zbaljat ta’ ‘hokkli dahri, ha nhokklok dahrek’. Imma aghar minn hekk fid-decizjonijiet li jinvolvu l-infiq ta’ fondi pubblici f’kuntratti ta’ certa sustanza, din is-sistema tippermetti li jahdmu forzi mohbija u mhux daqstant mohbija, li flok ifittxu l-ahjar interess tas-socjetà, jispiccaw jaghtu widen aktar lill-interessi tal-partit fil-Gvern.

Tifrex it-tapit

L-ghoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-powerstation ta’ Delimara lill-kumpannija BWSG, b’teknologija prototip li ghadha fil-fazi sperimentali u li tahdem b’materja prima li tnigges mill-iktar, jisfida kull logika u jmur lil hinn minn kull raguni.

L-ghoti ta’ dan il-kuntratt bil-mod kif inghata u lil min inghata, jista’ jaghmel sens biss jekk jigi kkunsidrat il-kuntest aktar wiesa’, fejn f’pajjizna tezisti sistema li tifrex it-tapit u tiffacilita l-affarijiet ghal min jaghti z-zejt lill-magna tal-partit fil-Gvern.

Permezz ta’ din is-sistema abbuziva tal-‘JS’ List li tahdem b’metodi okkulti neqsin minn kull sens ta’ kontabbiltà u trasparenza, l-interess ewlieni ta’ min irid jizgura li jkollu finanzi bizzejjed ghall-kampanji elettorali lussuzi u tat-tghammix tal-ghajnejn, ma jfittixx x’inhu l-ahjar ghall-pajjiz, imma x’inhu l-ahjar ghall-Partit. Hija sistema li ma tizgurax li min ihallas it-taxxi f’dan il-pajjiz jinghata lura l-valur ghal flusu, imma li jibqa’ l-boqxiex fuq ir-rih sabiex il-klassi politika dominanti f’dan il-pajjiz tibqa’ tipperpetwa ruhha fil-poter ghal aktar snin.

Bil-kliem jinghad hafna anki mill-istess Lawrence Gonzi li jehtieg issir xi haga bis-serjetà biex ma nibqghux aktar fil-kamp tal-free for all fil-kaz ta’ ghotjiet finanzjarji minghand dawk li jinghataw kuntratti u koncessjonijiet pubblici.

Imma meta nigu ghall-azzjonijiet konkreti u tnehhi min-nofs il-paroli, tirrealizza li n-Nazzjonalisti huma moqdija sew bl-istatus quo u ma tantx ghandhom wisq hegga biex icaqalqu l-affarijiet minn kif inhuma.

Naturalment ma niehdu xejn bi kbir jekk il-Prim Ministru Gonzi jerga’ jipprofessa l-injoranza tieghu dwar dak li jigri madwaru u fil-partit tieghu, jekk johrog jghid li ma jafx li tezisti s-sistema tal-‘JS’ List.

Ma rridux ninsew li Dr Gonzi lanqas sab il-hin jaghti harsa fuq fuq lejn il-kuntratt tal-BWSG u skont hu; emmen jekk trid; lanqas ikun jaf  x’qed jintqal fl-antikamera tal-ufficcju tieghu gewwa Kastilja, anki meta tkun giet rappurtata lil wiehed mill-assistenti mill-aktar qrib tieghu allegazzjoni dwar attentat ta’ tixhim.

Ghalhekk ma tkunx xi haga kbira jekk Dr Gonzi johrog jghid ukoll li ma jafx li tezisti din il-‘JS’ List.

Marbuta ma’ dan, ma tridx tinsa wkoll li l-ligi elettorali li tirregola l-infiq waqt il-kampanji elettorali mill-kandidati, fl-ahhar elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew, din giet  sfidata apertament minn uhud mill-kandidati, u kollox thalla ghaddej qisu qatt ma kien xejn.

Ma ninsewx ukoll li madwar hmistax-il sena ilu kienet giet imnedija l-hekk imsejha Kummissjoni Galdes dwar id-donazzjonijiet lill-partiti politici, u kien  biss minhabba l-intransigenza u t-tkaxkir tas-saqajn tan-Nazzjonalisti li r-rakkomandazzjonijiet ta’ din il-Kummissjoni kienu sfumaw fix-xejn u spicca tar kollox mar-rih.

Jekk ma noqoghdux attenti u jithalla dan il-libertinagg kollu fejn jidhlu ghotjiet kbar ta’ flus lill-partiti politici, li jkollhom            l-effett li jixtru l-influwenzi fuq min, bid-decizjoni tieghu, bicca gebla jgibha tiswa d-deheb, se nergghu mmorru lura ghal zmien il-brodu meta l-benestanti kien ikollhom voti daqskemm kien ikollhom propjetà registrata fuq isimhom, u l-bniedem komuni ta’ barra t-triq ma kienx ikollu mqar vot wiehed li permezz tieghu remotament seta’ jinfluwenza d-destin tieghu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy Sunny / Wind Sunny Sunny Sunny
26C 29C 28C 28C 29C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura