Il-muzija hija xi haga sabiha, xi kultant huwa difficli li tghix minghajrha ghaliex anke sakemm qed taghmel xi haga il-melodija takkumpanjak.
RAMONA PORTELLI ltaqghet mas-surmast SIGMUND MIFSUD li llum il-gurnata ma jistax jghix minghajr il-muzika u l-melodija. Jitkellem ukoll dwar xoghlijiet tieghu, dwar is-sehem f’kuncerti kbar u wkoll dwar il-kuncert li jmiss, Hilton Swings li se jittella fi tmiem il-gimgha li gej.
Li wiehed ihobb il-muzika u jiddependi l-ghixien minnha hija biex nghid hekk xi haga rari ghal hawn Malta. Qed nghid hekk ghax ftit huma dawk il-kantanti jew muzicisti li jirnexxilhom jiddedikaw hajjithom kollha ghall-muzika u fuq kollox li jghixu minn fuqha. Ghal muzicist Sigmund Mifsud dan qed ikun possibli.
Iltqajt mieghu f’kafeterija gewwa Tas-Sliema, fejn inzertat gurnata sabiha b’naqra xemx ukoll. Sigmund ghandu 36 sena, u joqghod Tas-Sliema. Sa ftit zmien ilu kien dilettant tal-isports, izda llum il-gurnata bi sfortuna m’ghadx ghandu hin ghal xi passatempi, minhabba li l-muzika haditlu post dan kollu. “Però meta nsib xi naqra hin, inhobb immur xi siegha passiggata mal-front ta’ Tas Sliema stess, xejn xejn inkun qed naqta’ ftit mill-arja ta’ gewwa”, beda jghidli Sigmund dwaru.
Illum il-gurnata Sigmund jahdem full-time bhala muzicist u jdoqq it-trumbetta mal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta. Minhabba li minn zmien ghal zmien jorganizza xi kuncerti, Sigmund jiehu l-kariga wkoll ta’ direttur muzikali.
Jiddeskrivi ruhu bhala persuna li toghgbu l-hajja in generali, u li fil-maggor parti ta’ hajjtu jhossu pozittiv. “Meta gieli nkun down, ibza’ minni, però nemmen li hemm soluzzjoni ghal kollox. Nobghod l-ghira u l-faccolimzu”.
Staqsejtu meta propjament bdiet in-namra tieghu lejn il-muzika. “Bdejt nitghallem u nersaq lejn il-muzika meta kelli hdax-il sena mal-banda Sacro Cuor ta’ Tas Sliema. Ghalkemm tghallimt hafna mal-banda, kont ninnota li ma stajtx nilhaq certu livell minn hemm biss. B’hekk bdejt nattendi xi skejjel tal-muzika u nista’ nghid li l-muzika dahlet aktar fija, aktar ma bdejt nistudja u nitghallem aktar. Dejjem kont inhoss li qisu ghandi bhal ghira muzikali go fija sabiex infittex u navvanza aktar fil-muzika”, kompla jghidli Sigmund.
Iddiskutejt ma’ Sigmund dwar kemm hi hajja facli jew difficli ghalih hawn Malta li qed jaqla’ l-ghixien tieghu kollu mill-muzika. “Sincerament ghal hawn Malta u hdejn artisti ohrajn inhossni ffurtunat. Nemmen li Malta fadlilha hafna x’taqdef f’dak li huma opportunitajiet ghal talenti godda specjalment. Tiehu minn barra minn Malta, artist ikun stmat daqs li kieku huwa l-ikbar VIP. F’Malta, l-artisti ma tantx huma mhallsa kif jixirqilhom. Nazzarda nghid li mhux kull entità tirrispetta lil artist”, sostna Sigmund.
Kuncert li jmiss
Bhalissa Sigmund, flimkien mal-kumplament tal-band tieghu, jinsab impenjat bil-preparamenti kollha ghal kuncert li ser itella’ fl-20 ta’ Marzu li gej. Il-kuncert ser jinghata l-isem ta’ Hilton Swings. Fi kliemu stess dan il-kuncert se jkun fuq stil swing, b’muzika originali u spontanja li mal-ewwel iggaghlek tahseb fiz-zminijiet ta’ Frank Sinatra, Dean Martin u Ella Fitzgerald. “Ta’ min jghid li din il-muzika qed terga’ tikseb popolarita f’dawn l-ahhar snin. Ghalkemm wiehed jassoccja l-muzika swing ma’ certu età, nirrakkomda dan il-kuncert anke ghaz-zghazagh”, zied jghidli.
Dan il-kuncert ser ikollu orkestra ta’ sittax-il strument fejn ser ikollha lil Daniel Cauchi bhala l-kantant principali. Ta’ min jghid li l-istess kantant jahdem mal-Orkestra Nazzjonali u fl-istess hin huwa kantant popolari specjalment meta jigi biex jezercita numri Swing.
Mistoqsi dwar jekk jahsibx li zghazagh bhalu tinteressahomx il-muzika orkestrali bhalma jdoqq hu stess, wegibni, “L-interess zdied, però m’hawnx edukazzjoni bizzejjed fuq muzika klassika. Inhoss li hawn nuqqas ta’ taghlim li ma jirriflettix domanda fuq kuncerti bhal taghna. Anke r-radjijiet lokali hemm bzonn li jzidu naqra kultura lejn pajjizna u mhux jaghtu importanza lil muzika bum bum bum biss. M’ghandi l-ebda haga kontra din it-tip ta’ muzika, però nhoss li hawn nuqqas lejn muzika lokali, specjalment dik orkestrali bhal taghna”, sahaq jghid Sigmund.
Sa l-inqas dettall
Ta’ min jghid li Sigmund huwa maghruf ukoll li fuq xogholu jiehu hsieb sal-inqas dettall. Ovvjament ridt inkun naf aktar dwar dan.
“Iva hekk hu. Fil-fatt mhux biss niehu hsieb il-muzika, izda ukoll dak kollu li jirrikjedi minn A sa Z. Nikkontribwixxi ruhi b’ideat artistici, pariri dwar l-ilbies tal-artisti, aspettivi ta’ dwal u hafna xoghol iehor. Hafna drabi jkun stressanti, imma nhoss li b’dan il-mod inkun naf x’qed jigri madwari ghal prodott finali tajjeb”, fissirli Sigmund.
Staqsejtu wkoll xi kemm jiddedika hin f’gimgha ghall-muzika. Bi tbissima fuqu, qalli li ahjar dawwart id-domanda u ghamiltha bil-kontra!! “Qed nghidlek hekk, ghax ahjar propjament nara kif insib aktar hin free ghalija nnifsi. Bejn studju ta’ muzika, prattika, updating u ricerki, ftit li xejn ikolli hin privat ghalija nnifsi. Allura nigi f’konkluzjoni li hajjti hija kwazi muzika biss”.
’Il boghod mill-muzika, ridt inkun naf jekk lil Sigmund tinkwetahx l-età, fis-sens jekk jibzax mix-xjuhija. “Kif ghedt fil-bidu, normalment jiena bniedem pozittiv hafna, u allura ma tantx naghti kaz ta’ affarijiet bhal dawn. Haga ohra dwari li normalment nahsibha b’mohh ta’ tifel, però minix nghid li ma jkollix mumenti izolati. Il-fatt li ghad m’ghandix tfal u l-familja tieghi kultant ihassibni, però nerga nghid li normalment jiena pozittiv”, wegibni Sigmund.
Fl-ahharnett ridt inkun naf xi kemm ghandu strumenti muzikali fid-dar tieghu. Fil-fatt ikkonfermali li ghandu tmien strumenti. “Ghandi hames trumbetti, bass guitar, cello u keyboard”, temm jghidli Sigmund, filwaqt li awgurajtlu ghall-kuncert li kellimni dwaru u anke ghal karriera muzikali mill-isbah !!!
Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

Minn abigail
,
March 15, 2010 Minn Vince, March 16, 2010
Biex nqerr mieghek is-soltu jien naqra din ir-rokna minn fuq il-gazzetta. Imma mill-lum il-quddiem ser niehu aktar bis-serjeta dan is-sit bis-serjeta.
Mro. Mifsud mill ftit li rajnieh fuq il-media jidher li huwa persuna metikoluza f'xogholu u huwa ukoll surmast bravu. Nghidlu prosit minn hawn tal-kuncerti, dawk tal-passat u dawk li rridu naraw u nisimghu aktar il-quddiem.
| < Prev | Next > |
|---|







