Fl-interviews li saru recentement ghall-kariga ta’ Kap ta’ Dipartiment fid-Divizjoni tal-Edukazzjoni, il-kriterji ta’ kif kellhom jinghataw il-marki nbidlu nofs triq, wara li whud mill-kandidati kienu digà qaghdu ghall-interview. Filfatt fuq struzzjonijiet tal-Public Service Commission (PSC), il-Management and Personnel Office fl-Ufficju tal-Prim Ministru fl-10 ta’ Dicembru tas-sena lil ghaddiet permezz ta’ cirkolari nru. 120/2009 biddel xi whud mill-kriterji ta’ kif ghandhom jinghataw il-marki waqt l-interviews u dan meta fil-process tal-ghazla ghall-kariga ta’ Kap ta’ Dipartiment fid-Divizjoni tal-Edukazzjoni kienu gjà saru l-intervisti ma’ whud mill-konkorrenti.
Imma dan ma kienx l-uniku tahwid li sehh f’dan il-process ta’ ghazla partikolari. Propju ghaliex wara gew ippubblikati r-rizultati online fuq is-site tal-PSC fil-11 ta’ Frar 2010, ftit tal-granet wara, fl-24 ta’ Frar biex wiehed ikun ezatt, dawn ir-rizultati gew irtirati mill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku innifisha u dan ghaliex skont ma inghad, kien hemm zball fil-komputazzjoni tal-marki f’wiehed mill-kriterji li fuqhom il-kandidati kienu gew assessjati mill-Bord tal-Ghazla f’numru ta’ suggetti.
It-tahwid u zbalji li saru f’dan il-process ta’ ghazla, apparti li jindikaw nuqqas ta’ serjetà u professjonalizmu, joholqu ansjetà u dizappunt bla bzonn fost dawk milqutin direttament.

| < Prev | Next > |
|---|








