Wara erbatax-il sena ta’ weghdi miksurin u li ma nzammux u dati ta’ meta suppost kellu jitlesta l-moll tac-Cirkewwa li ghadu sal-lum nofs lehja, it-tahwid dwar dan il-progett ma jieqafx sforz l-inkompetenza tat-tmexxija tal-Gvern Nazzjonalista.
Ftit tal-granet ilu ntqal li se jitkompla x-xoghol fuq il-moll u jitlesta sa Gunju. Biex imbaghad ftit tas-sighat wara l-awtorità tal-Gvern Transport Malta harget tikkjarifika li dak li se jsir sa’ Gunju hu biss xoghol temporanju, qabel jibda x-xoghol propja fuq il-moll.
Dan it-tahwid u kontra-tahwid ikompli saga ta’ inkompetenza kbira li jidher li m’ghandhiex tarf u li ma ghandix tmiem ghal dak li huwa l-progett tal-moll tac-Cirkewwa.
Sa issa l-moll diga’ sewa lit-taxpayer Malti €18.4 miljun u maghhom trid tizdied l-ispiza ghax-xoghol temporanju li se jinbeda fil-granet li gejjin, u l-bqija tax-xoghol vera u propja li ghad fadal biex il-moll xi darba jkun lest minn kollox.
F’mistoqsija parlamentari x-xahar li ghadda, Austin Gatt qal li l-progett tal-moll mistenni jigi jiswa €18.6 miljun.
Filwaqt li f’Ottubru 2009 Gatt kien qal li l-moll se jitlesta sal-2012. F’Jannar li ghadda qal li d-data ta’ meta jitlesta x-xoghol jiddependi minn meta jinghata l-kuntratt.
Il-moll tac-Cirkewwa baqa’ jigi mwieghed f’kull programm elettorali tal-PN f’kull wahda mill-ahhar tliet elezzjonijiet generali li saru.
Sal-lum inghataw hames dati differenti sa meta kellu jitlesta dan il-progett: 2003, 2004, 2006, 2011 u issa 2012.
L-inkonvenjent kbir li qed jigi kkawzat b’dan id-dewmien kollu fil- bini tal-moll, qed iwassal ghal problemi ghal kull min ikun irid jaqsam lejn Ghawdex, b’mod partikolari l-Ghawdxin li jahdmu Malta u ghan-negozju bejn Malta u Ghawdex.
Il-Perit Charles Buhagiar Kelliem Ewlieni ghall-Infrastruttura u Xoghlijiet Pubblici sahaq li l-Gvern ghandu jghid b’mod car kemm se jigi jiswa dan il-moll inkluz il-flus li digà ntefqu u jaghti data preciza ta’ meta dan il-moll se jitlesta.
L-ipokrezija tal-Gvern tkompli tispikk mill-fatt li filwaqt li l-progetti tal-Gvern bhal tal-moll tac-Cirkewwa ma jitlestewx fil-hin, il-familji u n-negozji qed jigu mgieghla jhallsu imghaxijiet ta’ 6% jekk kemm -il darba ma jhallsux il-kont tad-dawl u l-ilma bl-gholi fil-hin.

| < Prev | Next > |
|---|








