Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Korp tal-Pulizija bis-second hand

E-mail Print PDF

Ir-rapprezentazzjonijiet li ghamlu l-importaturi ewlenin tal-karozzi f’Malta mal-Gvern, jidher li qed jaqghu fuq widnejn torox. Mhux biss ma giex registrat progress dwar il-kwistjoni li ghandhom l-agenti tal-karozzi rigward it-taxxi fuq karozzi godda li baqghu gholjin hafna, komparat mat-taxxi fuq karozzi second hand importati minn barra li komplew jinzlu, imma issa sar maghruf li anke dipartimenti tal-Gvern qed jispiccaw jixtru karozzi second-hand direttament minghand agenti barranin flok jixtru l-gdid minghand l-agenti lokali.

Fit-tieni laqgha li saret f’Kastilja mal-agenti tal-karozzi tard il-gimgha li ghaddiet, regghu kienu prezenti tista’ tghid in-negozjanti ewlenin li kienu prezenti fl-ewwel laqgha. Ghalkemm il-Prim Ministru Gonzi qaghad jisma’ lil kulhadd b’attenzjoni, imma ma ntqal xejn gdid min-naha tieghu li jbiddel is-sitwazzjoni


L-Assocjazzjoni tal-Karozzi Godda impurtati (l-ACIM) qed thossha diskriminata mill-Gvern ghax mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, komplew rahsu it-taxxi tar-registrazzjoni fuq karozzi second-hand impurtati mill-Ewropa. Dan a skapitu ta’ karozzi godda impurtati li fuqhom it-taxxa baqghet l-istess. Propju ghalhekk l-agenti tal-karozzi godda qed isostnu mal-Prim Ministru Gonzi li jekk irid isalva dan is-settur li jhaddem madwar 750 ruh, irid ibaxxi minnufih it-taxxa tar-registrazzjoni biex hawn Malta nkunu fuq l-istess livell mal-pajjizi l-ohra tal-Unjoni Ewropea.


Imma fis-sustanza ma jidhirx li l-appell li qed jaghmlu l-agenti tal-karozzi godda qed jinghata wisq widen mill-Gvern innifsu. Dan ghaliex meta dipartiment tal-Gvern bhal m’hu l-Korp tal-Pulizija gie biex jixtri karozzi ghall-bzonnijiet tax-xoghol tieghu, spicca xtara karozzi second hand flok inxtara l-gdid. Filfatt il-Korp tal-Pulizija ghadu kif xtara numru mdaqqas ta’ karozzi uzati Ford Fiesta li nxtraw direttament mill-Ingilterra.


Barra minhekk f’Novembru tas-sena l-ohra kien inhareg tender mill-Korp tal-Pulizija ghal xiri ta’ vannijiet u 4WD’s, izda l-agenti li tefghu t-tender ghadhom ma jafux jekk dan it-tender intrebhitx.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo