Id-dizgwid kontinwu fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista fil-gimghat li ghaddew, spicca jinfirex ukoll fi strutturi ohra tal-PN.
Tant hu hekk anke l-haddiema u l-gurnalisti tal-media Nazzjonalista, kellhom problemi serji u dizgwid mal-amministrazzjoni tad-Dar Centrali Nazzjonalista. Dan jista’ jigi konfermat minn sensiela ta’ rizenji li kien hemm f’dawn l-ahhar xhur.
Fix-xhur li ghaddew Media.Link Communications giet iffaccjata b’diversi rizenji, fosthom ta’ persuni b’karigi gholjin, gurnalisti u prezentaturi fi hdan il-kumpannija tal-komunikazzjoni tal-PN. L-ahhar rizenja f’din il-katina ta’ rizenji kienet dik ta’ Noel Mallia, li kien jokkupa l-kariga ta’ kap tal-programmi tal-istazzjon Radio 101, ir-radju tal-PN.
Jidher li dan id-dizgwid fid-Dar Centrali jahti ghalih principalment is-Segretarju Generali tal-PN Paul Borg Olivier li qieghed jigi kkritikat internament minhabba l-indhil zejjed tieghu fil-media tal-PN.
Borg Olivier qieghed jigi kkritikat bl-ahrax internament ghax minkejja li ftit li xejn ghandu hjiel u kompetenza teknika dwar kif tithaddem il-media, l-indhil zejjed tieghu hu wiehed kontinwu.
Il-kariga li tbattlet minn Frederick Zammit li kien Kap tal-Programmi ta’ NET TV, li xejn ma kien qed jaqbel mal-istrategija li giet imposta fuq il-mezzi tax-xandir Nazzjonalista, issa giet okkupata minn kunsillier Nazzjonalista li hu qrib hafna ta’ Paul Borg Olivier. L-istess hu mistenni li se jigri fil-pozizzjoni li kien jokkupa Noel Mallia bhala Kap ta’ Radio 101. B’mod kemm jista’ jkun kawt u diskret, fil-granet li gejjin ser tibda hidma interna biex jikkalmaw irwiefen li setghu qamu minhabba dizgwid li nqala’ fl-ahhar xhur f’dipartimenti meqjusa ferm importanti fid-Dar Centrali. Kollox jindika li parti sew minn dan id-dizgwid origina minhabba l-indhil zejjed tas-Segretarju Generali Paul Borg Olivier
Sorsi interni li ghandha din il-gazzetta fin-newsroom ta’ Media.Link, jikkonfermaw li fost il-haddiema hemm apatija kbira. Dan wara li l-media tal-PN naqset sew fil-popolarità taghha u fil-produzzjonijiet ta’ kwalità.
L-istess sorsi interni jikkonfermaw li l-impjegati huma maqsumin f’fazzjonijiet differenti - dawk li huma kkunsidrati bhala parti mill-klikka ta’ Paul Borg Olivier u dak li mhumiex vicin tieghu u li ghandhom ideat ferm aktar precizi u effettivi ta’ kif iwasslu l-messagg tal-PN. Hu fatt maghruf li dawk qrib Borg Olivier qieghdin jigu agevolati ferm aktar mill-bqija.

| < Prev | Next > |
|---|








