Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kelma twissi

E-mail Print PDF
stefan_zrinzoIl-verdett inghata. Il-gvern Nazzjonalista u l-grupp parlamentari nazzjonalista ivvutaw kontra li inti u l-familja tieghek ikollkom aktar flus fil-but.  Ivvutaw biex ikollok aktar pizijiet. Ivvutaw kontra l-mozzjoni tal-Partit Laburista ghaliex jaqblu li inti ghandek thallas kontijiet gholja tad-dawl u l-ilma. Jaqblu li inti ghandek thallas aktar biex taghmel tajjeb ghad-deficit. Ghandek thallas ghall-inefficjenzi tal-EneMalta li sal-lum ghad ma sar xejn dwarhom.

Biex jippruvaw jahbu dak li jemmnu fih u dak li jaqblu mieghu, in-nazzjonalisti qed jghidulek, biex tiffranka fil-kont tad-dawl u l-ilma tahlix, imma l-kontijiet gejjin bil-gholi ghax in-nies qed jahlu jew se jhallsu gholi anke ta’ dak li juzaw bil-qies u kif mehtieg?
La l-kontijiet se jaghmlu tajjeb ghad-deficit u la se jaghmlu tajjeb ghall-inefficjenzi tal-korporazzjoni tal-gvern, kif wiehed jista’ jghid li l-kontijiet mhux se jkunu qed jaghmlu tajjeb ghal hela? Mela sewwa, minn banda, in-Nazzjonalisti jghidulek tahlix, izda fl-istess kontijiet se jgeghluk thallas ghall-hela u l-inefficjenzi rizultat tat-tmexxija taghhom.

U la qed nitkellmu fuq il-hela, tajjeb nistaqsu ftit minn mindu n-Nazzjonalisti jistghu jitkellmu fuq il-hela? Veru li l-kelma twissi - imma l-ezempju ikaxkar. Ejja naraw ftit l-ezempju li tawna n-Nazzjonalisti tul is-snin dwar kif ghandhom jitmexxew il-finanzi tal-pajjiz biex wiehed jifhem ahjar kif lil poplu jghidulu ma jahlix imma issa iridu lill-poplu ihallas kontijiet gholja grazzi ghall-hela li wettqu.

Hela li ilha ghaddejja snin. Hela li wasslet biex id-dejn ta’ pajjizna jisplodi u jkun ta’ piz kbir minn sena ghall-ohra. Pizijiet li jaffettwaw l-andament ta’ pajjizna u l-possibilitajiet li pajjizna jirnexxi. Pizijiet li jistghu jigu imhaffa biss jekk pajjizna jinghata direzzjoni gdida biex ilkoll kemm ahna nirnexxu.

Il-gvern Nazzjonalista huwa maghruf ghall-hela tar-rizorsi ta’ pajjizna. Hela li minnha ma gawdiex il-pajjiz izda li l-poplu se jkun qed ihallas prezz gholi. Ejja nfakkru ftit dak li kien wieghed il-ministru Tonio Fenech qabel il-budget tas-sena 2009 il-budget kellu jinzel ghal 99 miljun euro izda minflok id-deficit zided ghal 410 miljun euro.  Din iz-zieda astronomika fid-deficit giet fis-sena li suppost skond il-programm elettorali ta’ GonziPN kellu jkollna surplus budget. Mhux hekk biss, iz-zieda minn 99 miljun euro ghal 410 miljun euro saret minghajr spjegazzjoni jew gustifikazzjoni plawsibbli, ghajr ghal 15-il milun ewro li qed jintqal li marru ghax-xoghol. 

Il-gvern, biex lilek igeghlek thallas ghaz-zieda li hemm fid-deficit tal-gvern, qed jittenta jiehu diversi mizuri lil hinn miz-zieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ejja niftakru ftit dak li kien ghaddej sa ftit zmien ilu rigward ir-riforma fis-settur tas-sahha. Il-gvern Nazzjonalista ilu izerzaqha li jrid idahhal hlas fuq is-settur tas-sahha. Bejn dokument u iehor, bejn linja u ohra, il-messagg li kien qed jintbaghat kien wiehed li l-gvern irid idahhal hlas fuq is-servizz tas-sahha. Il-PL wissa’ dwar dan ghal darba darbtejn, izda Lawrence Gonzi baqa’ jwebbes rasu u ressaq proposta li ddahhal hlas fuq is-sahha.

Din il-proposta wasslet ghal ghadab kbir tant illi anke membri min-naha tal-gvern ikkritikaw dak li jrid iwettaq il-gvern biex igieghel lilek thallas aktar. Ghadab gustifikat ghaliex id-dritt tas-sahha ghandu jibqa’ b’xejn ghal kullhadd. M’huwiex sewwa li biex il-gvern isolvi d-diffikultajiet li holoq fil-finanzi tal-pajjiz, iwassal biex in-nies ihallsu ghas-servizz tas-sahha. Dan huwa servizz li hadd ma jista jiffranka minnu.

Pajjiżna llum qed jesperjenza zminijiet li fihom il-gvern qed jitfa’ aktar il-piz fuq il-poplu b’rizultat tal-modi hziena li addotta fit-tmexxija ta’ pajjizna. Zminijiet li fihom il-poplu qed jara li l-gvern mhux qed ikun xprun biex l-affarijiet jimxu ‘l quddiem izda piz li l-poplu irid jerfa’ b’detriment ghall-kwalita’ tal-hajja tieghu.

Il-poplu taghna u pajjizna jixirqilhom ferm ahjar. Ghalxejn li l-gvern jibqa’ iwissi biex il-poplu ma jahlix dawl halli jnaqqas il-pizijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma ghaliex kif jghid il-qawl, il-kelma twissi u l-ezempju jkaxkar.

www.zrinzo.info
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo