Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Matul il-Gimgha ...

E-mail Print PDF
1.  MAHRUQIN

Emminni hbieb tieghi, li mn’alla kien Lou Bondi, rebbieh ta’ tv award, biex din il-gimgha rega’ rregalani b’lejla tassew divertenti.  Taf ghaliex?  Ghax rega’ tani l-opportunità nsegwi l-gherf u l-bilanc bla qies ta’ hadd izjed ghajr Gejtu Vella tal-UHM u Vince Farrugia tal-GRTU.
Gejtu u Vince tawni hafna gost, anke jekk dehru mahruqin.
Jiena konvint li kienu mahruqin mhux ghaliex minkejja li ma hadux sehem fil-protesta tal-Hadd, din il-protesta kienet success enormi.    Imma kienu mahruqin ghax Lou Bondi beda kontinwament jgharrafhom li waqt il-protesta kien hemm min “ghajjarhom”.
Mhux l-istess nahseb ghal Lou Bondi, li wkoll kien mahruq sew.  Ikolli nghid li Lou Bondi kien mahruq ghax huwa Nazzjonalist ippatentjat, u allura ma hax gost bis-success tal-protesta.
Tant kien mahruq Lou Bondi li minflok ftahar li rebah tv award, ftahar li rebah music award.
Kieku kanta mqar darba, kien forsi jghatti xi ftit il-harqa li kien mahruq.


2.  SALARJI

Ghalkemm, kif ghedtlek, Lou Bondi huwa Nazzjonalista ippatentjat, huwa ma jiddejjaq xejn jiehu sehem fi protesti meta fil-gvern ikun hemm il-PN, anke jekk qatt ma jghaddilu minn mohhu li jaghmel xi protesta f’xi pajjiz imbieghed, daqskemm huwa mbieghed il-Kanada.
Imma, kif qalilna, Lou Bondi nnifsu, perezempju huwa ma ddejjaq xejn jiehu sehem fi protesta kontra c-censura li saret propju ftit jiem qabel il-protesta kontra l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
U ara ma tmurx tahseb li Lou Bondi ma hax sehem fil-protesta kontra l-kontijiet ghax huwa Nazzjonalist.
Ir-raguni hija wahda semplici. 
Lou Bondi dehrlu, kif qal fil-programm, li impjegati li ghandhom salajri gholjin (skont hu), ma kellhomx ghalfejn jiehdu sehem fil-protesta ta’ kontra l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. 
U ladarba d-dhul tieghu, (grazzi ghal Natalino Fenech, li skont Bondi nnifsu huwa gurnalist ta’ veru), huwa wiehed gholi sew, allura ma kellux ghalfejn jipprotesta.
3.  KOLLOX JINDARA

Mela kont qieghed insegwi l-programm “Kartolina” ta’ Alfred Zammit, u smajt lil Alfred jifthilha kontra Tonio Fenech ghax dan qalilna li l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma se jibqghu kif inhuma, u allura jkun ahjar jekk nidrawhom.
Nghid ghalija ma nistax nifhem ghaliex Alfred Zammit hadha daqshekk kontra Tonio Fenech ghax qalilna biex nidraw il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
Mhux nidraw il-kontijiet biss irridu, Fred, imma rridu nidraw inhallsuhom.  U rridu nidraw inhallsuhom fil-hin ghax inkella nehlu l-imghax.
Imma apparti dan kollu, Fred, dahhalha f’mohhok li fid-dinja kollox jindara.  Fred, tahseb li Tonio Fenech ha gost li kellu jidra jara l-loghbiet importanti tat-tim favoriti tieghu, Arsenal minn fuq it-tv minflok jilqa’ xi stedina biex b’ajruplan privat imur jarahom fil-belt fejn ikunu qeghdin jilaghbu?!

4.  Appell

Jidher li l-kaccaturi se jgibuha ftit zewg.  Ta’ lanqas mhux se jigrilhom bhan-nassaba li spiccaw ma jistghu jonsbu qatt, minkejja li l-prim Gonzi kien weghdhom li se jkomplu jgawdu d-delizzju taghhom ghal dejjem ta’ dejjem.
Milli jidher, il-kaccaturi se jkunu jistghu johorgu ghall-kacca tal-gamiem u s-summien ghal tliet gimghat f’April. 
Imma l-kaccaturi jridu jzommu f’mohhhom li se jithallew johorgu ghall-kacca bil-kundizzjoni li lkoll flimkien, il-kaccaturi kollha Maltin u Ghawdxin, ma jaqbdux aktar minn 22,300 gamiema u aktar 10,800 summiena.  Ghalhekk jekk int kaccatur, hu hsieb li kull gamiema u kull summiena li taqbad, mur irregistraha x’imkien.
Jekk ma jkollokx fejn tirregistraha, hu l-parir tieghi u gharraf biha lill-prim Gonzi biex ghada pitghada hadd ma jgib xi skuza u jigrilkom bhan-nassaba u titilfu d-delizzju taghkom ghal dejjem ta’ dejjem.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo