Ghall-intervista tal-lum tkellimt ma’ Rose Vella li thobb hafna x-xoghol kollu tal-idejn, specjalment il-cross stitch. Mhux hekk biss talli tipprattika u tinteressa ruhha fin-knitting, crochet, tapestry, bizzilla u anke plastic canvas.
Rose toqghod Hal Ghaxaq, fejn twieldet, tghix u anke zzewget gewwa dan ir-rahal stess. Mizzewwga u ghandha zewgt itfal – Ian ta’ 24 sena u Anthea ta’ dsatax-il sena. “Jiena mara tad-dar u kif qed tinduna nhobb hafna x-xoghol kollu tal-idejn”, bdiet tghidli dwarha Rose meta bdejt nitkellem maghha ghal din l-intervista.
“Minn dejjem kont inhobb dan ix-xoghol. Meta kont zghira kont inmur it-trade school fejn hemm tghallimt xi crafts fosthom il-bizzilla. Il-cross stitch nista’ nghid tghallimtu wahdi qabel ma mort it-trade school u kelli xi tnax-il sena. Dejjem kien ikolli xi tapestry biex noqghod nghaddi z-zmien, imma dejjem ippreferejt il-cross stitch”, kompliet tirrakkontali Rose.
Meta eventwalment bdiet tikber, il-cross stitch bdiet thallih ftit ftit ghax ma kienx ikollha hafna cans biex tahdmu u anke meta zzewwget ftit li xejn kienet tahdem fuq dan il-passatemp. “Imma xi ghaxar snin ilu ergajt bdejt. Jiena nqis lili nnifsi mara iffissata fuq dan it-tip ta’ xoghol, b’rasi iebsa hafna u jekk nghid li rrid nidhol ghal xi bicca xoghol xejn m’hu ser jaqtali qalbi, nibqa’ sakemm naghmilha. Ghandi hafna pacenzja specjalment fejn jidhol xoghol tal-idejn. Jekk jista’ jkun nitghallem kollox rigward dan ix-xoghol tal-idejn fejn hadt xi korsijiet ta’ monasteru ganutell u dan l-ahhar tal-bizzilla, biex inkompli ntella’ l-livell tieghi fil-bizzilla”.
Iddiskutejt maghha l-fatt dwar kemm tahseb li n-nies specjalment iz-zghazagh huma verament konxji u japprezzaw dan il-passatemp. “Dan l-ahhar dawn l-passatempi qeghdin jergghu jqumu fost in-nies ta’ certu età. Imma fost iz-zghazagh ma tantx ghax ma jkollhomx hin minhabba l-istudju. Però nahseb li japprezzaw xi ftit dan ix-xoghol”, wegbitni Rose.
Ghall-beneficcju taghkom il-qarrejja cross stitching huwa xoghol ta’ needle craft. Jidhol max-xoghol ta’ embroidery. “Din ikollok bicca drapp aida jew linen u tahdem il-cross fuqha. Jinhadem b’zewg hajtiet anke bi tlieta. Jista’ jinhadem ukoll b’hajta wahda, dan skont kemm ikun irqiq id-drapp li jkollok jew skont jekk tridx ix-xoghol ikun three-dimensional. Biex izzejjen l-istampa li jkollok, tista’ tuza l-krienek (li huwa hajt metallic) jew beads vera irqaq u anke tista’ tuza crystal treasures. Dan ix-xoghol jinhadem billi jkollok pattern kollu symbols. Is-symbols jirrappezentaw hajt b’kuluri differenti. Issa inti trid tapplika dan il-hajt fuq id-drapp li tkun ser tahdem fuqu. Tista’ taghmel xi embroidery stitches bil-hajt metallic biex tkompli zzejjen”, spjegatli b’certu dedikazzjoni Rose.
Interessanti l-fatt li Rose minn dejjem ippreferit il-cross stitch ghalkemm gieli tahdem ukoll knitting, hjata, tapestry u crochet. “Bil-cross stitch narani qed nibni bil-mod il-mod, filli jkollok id-drapp vojt u meta tibda tahdem u tibda hierga l-istampa, dejjem tkun trid tahdem aktar. Mhux bhat-tapestry ikollok l-istampa lesta fuq id-drapp u tkun taf kif inhi gejja”, fissritli Rose.
Tirbah kompetizzjoni
Ghalkemm Rose m’ghadix membru mal-Cross Stitch Club Malta, xorta wahda nfurmatni li l-istess membri tal-klabb jiltaqghu l-Istitut Kattoliku l-Furjana darba fix-xahar fejn il-gurnata tkun il-Gimgha. “Bhala klabb jtellghu xi wirjiet u jaghmlu wkoll xi kompetizzjonijiet u anke jahdmu xi xoghol u jtuhom donazzjoni lil xi ghaqda tal-volontarjat jew xi sala fl-isptar”.
Kompliet taggornani billi bdiet issemmi episodji ta’ meta hi stess kienet tippartecipa f’kompetizzjonijiet. Filfatt infurmatni li kif kien fetah il-klabb, lura ghal xi hdax-il sena ilu, kienu ghamlu kompetizzjoni u Rose kienet giet l-ewwel. “Minn hemmhekk ma haristx lura ghax minn dak iz-zmien ‘l hawn ghamilt hafna xoghol”.
Dwar kemm bejn wiehed u iehor iddum sabiex tlesti cross stitch wahda, Rose wegbitni, “Dan iddum skont kemm tahdem cross stitch. Wahda ftit kbira jigifieri xi 9 inches by 16 inches dejjem trid xi 250 siegha. Issa skont kemm tahdem int kuljum. Jiena normalment nahdem bejn hames sighat u anke seba’ sighat kuljum. Hekk iddum xi xahar. Imma meta tahdem siegha kuljum jew meta jkollok aptit, hemmhekk iddum ghaddejja xi sitta jew seba’ xhur. Issa meta tkun solid, jigifieri tkun mimlija kollha, dejjem ghandek l-isbah xahrejn ghaddejja dejjem kif nahdem jien”, spjegatli Rose.
Aktar minn 70 inkwadru
Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma mort ghal din l-intervista, kont naf li Rose ghandha 70 inkwadru kollha cross stitching mahdumin minnha. Staqsejtha jekk dawn humiex kollha mwahhlin id-dar taghha, jew forsi mqassmin rigali. It-twegiba taghha kienet, “Iva. Dawn is-sebghin inkwadri tal-cross stitch kollha ghamilthom f’dawn l-ahhar ghaxar snin u kollha imdendlin id-dar. Barra minn hekk ghandi xi nkwadri ohra tal-monasteru, tal-ganutell, tal-ganc u anke tac-combini. Nghidlek id-dritt m’ghandiex fejn nwahhal aktar, imma dejjem insib post u ser nibqa’ nsib post ghal ohrajn li ghad iridu jigu aktar ‘l quddiem. Ghamilt ukoll xi inkwadri ohra tal-cross stitch li mhux qeghdin ghandi, jigifieri b’kollox nahseb li ghamilt xi disghin inkwatru dejjem cross stitch biss”, sostniet Rose.
Mill-ammont ta’ kollezzjoni, gibt id-diskors dwar il-patterns li taghzel tahdem. Ma kelli l-ebda idea minn fejn setghet iggib dawn l-immagini taghha. B’hekk hallejtha tispjegali aktar dwar dan.
“Bhala patterns dejjem nixtri jew minn fuq l-internet jew minn hanut prominenti f’Malta u gieli anke naqlaghhom bhala rigali minghand tal-familja ghax jafu xi nhobb. Illum issib ghazla vasta ta’ patterns sbieh u li jkomplu jgennuk.”
Hawnhekk Rose infurmatni li thobb tahdem l-aktar il-figuri specjalment fejn jidhlu ucuh. Thobb tahdem ukoll il-fairies u l-angli. Izda fejn jidhlu fjuri u xeni ma tantx thobb tahdimhom, ghalkemm hawnhekk tidhol it-tifla taghha ghax skont Rose stess tghidx kemm bintha thobb tahdem il-fjuri!
Biss, matul dawn l-ahhar sentejn, Rose cediet ghal ftit mill-cross stitch sabiex taghmel spazju ghall-bizzilla. Ghamlet kors ta’ erba’ snin f’temp ta’ sentejn peress li riedet iggib l-ezami u rnexxilha takkwista distinction. Issa fadlilha tkompli xi sentejn advance fuq bizzilla stess.
Ridt l-opinjoni taghha dwar aktar emfazi ta’ dan it-tip ta’ taghlim fl-iskejjel taghna. “Mhux kulhadd ghandu mohh ghall-iskola. Kwalunkwe sengha hija sabiha. Min jinqala’ ghal haga u min ghal ohra. Anzi ninsisti biex jemfazizzaw aktar fuq creativity crafts fil-Primarja biex b’hekk it-tfal jesprimu ruhhom aktar”. Dwar jekk tibzax li ghad jinqatghu dawn is-snajjiet minn Malta, Rose sostniet li ma tahsibx ghax meta naraw l-evening classes courses fil-lokalitajiet allura dan ifisser li qed jergghu jqumu. “Anke xi kunsilli lokali qed jaghmlu dawn il-korsijiet u n-nies qed tattendi.”
Jidher li dan il-passatemp ta’ Rose, intiret mit-tifla taghha wkoll. Mhux biss izda mit-tfajla tat-tifel taghha wkoll. “It-tifla ilha tahdem il-cross stitch minn meta kellha xi tmien snin. Issa qeghda tahdem tajjeb hafna fuq il-linen irqiq. Tahdem knitted soft toys u anke plastic canvas u issa trid tibda c-combini. Bhalma nista’ nghid l-istess ghall-gharusa tat-tifel Leanne li tahdem ukoll il-cross stitch tajjeb u anke ghamlet xi soft toys. Lil dawn dejjem inheggighom biex jahdmu dan ix-xoghol hekk sabih”, wegbitni sodisfatta Rose.
Holma ghal open day
Dwar jekk qatt tellatx xi wirjiet jew esebizzjonijiet, Rose wiegbet fil-pozittiv. “Is-sena l-ohra tellajt wirja fil-kappella ta’ Santa Lucija limiti ta’ Hal Ghaxaq. Il-fondi kollha marru ghal din il-knisja biex jirrestawrawha. Issa x-xewqa tieghi hi li naghmel xi open day id-dar. Holma hi. Imma xi darba ghad tasal ukoll”, tbissmet fiducjuza Rose.
Gibditli l-attenzjoni li mhux l-ewwel darba li tkun qed tiehu xi bela te’ u tmur hdejn xi nkwadru u tiftakar kemm tkun hadet xoghol jew kemm ikun ittantaha. Fi kliemha stess, kollha ghandhom xi storja warajhom.
Il-messagg finali ta’ Rose kien sabiex il-qarrejja ma jaqtghux qalbhom meta jkunu ser jibdew jahdmu l-cross stitch.
“Veru jirrikjedi hafna hin ta’ pacenzja u ghall-bidu hafna attenzjoni, imma huwa xoghol sabih u jekk ikun mahdum tajjeb jigi isbah minn pittura”, temmet tghidli Rose.

| < Prev | Next > |
|---|








