Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Issa jmiss lill-MUT

E-mail Print PDF

Xi zmien ilu, meta l-Gvern permezz tal-media li tappoggjah kien qed jaghmel minn kollox biex joskura lill-General Workers Union, konna wissejt lill-unjins l-ohra biex  joqghodu attenti kif jirreagixxu ghal dan, ghax xi darba dan l-istess atteggjament jista’ jintwera maghhom.


U hekk gara.

Malli l-Malta Union of Teachers bdiet tieqaf lill-Gvern dwar kwistjoni li ghandha fuq l-allowances tal-ghalliema, mal-ewwel beda jberraq. Meta mbaghad l-MUT issiehbet mal-GWU u unjins ohra biex torganizza protesta kontra l-Gvern zdiedet id-doza.

Bdejna b’xi ittra ‘l hawn u ‘l hemm minn xi ghalliem  fejn inkiteb li l-ghalliema qed jitilfu l-fiducja fl-unjin taghhom minhabba l-fatt li qed tfittex konfrontazzjoni minflok ma ddur madwar il-mejda u spiccajna b’attakk sfrenat f’gurnal bl-Ingliz. Dan, nhar il-Hadd li ghadda hareg b’ahbar fuq l-ewwel pagna fejn qal li l-UHM hija lesta biex tilqa’ lil dawk l-ghalliema li huma mdejqa bil-fatt li l-MUT saret politicizzata. (UHM opens doors to teachers unhappy with ‘politically-charged’ MUT)


Skont dan il-gurnal grupp ta’ ghalliema qed jilmentaw ghax l-MUT qed tidhol fil-kamp politiku u qed tahdem fil-qrib mal-GWU li hija pro-Labour. Allegaw li l-unjin taghhom qed tidhol fi kwistjonijiet li huma aktar motivati mill-politika milli l-interess tal-ghalliema. Sostnew li  tul l-istorja taghha l-MUT kienet dejjem ippruvat issolvi l-kwistjonijiet madwar il-mejda u mhux bil-konfrontazzjoni. Illum l-MUT qed tohrog direttivi minghajr ma tahseb dwar il-hsara li se ssir lil l-istudenti. Mhux sewwa li MUT tattakka kull proposta li ssir biex isir progress fl-edukazzjoni.


Dawn l-ghalliema sostnew lill-MUT ma kellha l-ebda mandat mill-membri taghha biex titlaq mis-CMTU u tidhol f’alleanza mal-GWU li minn dejjem kienet assocjata mal-Partit Laburista u anqas biex tidhol fi kwistjonijiet li jmorru lil hemm mill-interessi settorjali tal-membri li hi tirrapprezenta. Mhux l-iskop tieghi li noqghod nikkumenta fuq dak kollu li ntqal f’din l-istorja. Aktarx li dwar dan se nisimghu dwaru kemm minghand Bencini kif ukoll l-MUT.


Naghmel kumment wiehed biss. Jien li naf l-istorja tal-MUT sewwa, ma ghandi l-ebda dubbju li minn dak li nkiteb huwa car li mhix l-MUT li qed tagixxi bi skop politiku (politically motivated), izda huma dawk il-ftit ghalliema li hallew lilhom infushom jigu wzati minn gurnalist li hu maghruf  kemm ihobb lill-ghalliema, li filfatt  ghandhom agenda politika.
gustifikazzjoni!??


Hmistax ilu ktibt dwar l-izball li sar li l-Prim Ministru ghaqqad il-Ministeru tal-Edukazzjoni ma’ dak tal-Politika Socjali.
Il-Prim Ministru pprova jiggustifika din il-mossa meta mistoqsi dwar billi wiegeb  hekk:


“Le. Anzi, hu tajjeb hafna. Kienet tezisti fi zmien Louis Galea li meta kien Ministru tal-Edukazzjoni, kien Ministru wkoll tal-Politika Socjali. Jaghmel hafna sens. Id-decizjoni li hadt kienet inkoraggita hafna mill-fatt li Dolores kienet Ministru tal-Politika Socjali, u taf il-qasam sew hafna. Meta ggib il-qasam tal-edukazzjoni u ggib flimkien mieghu x-xoghol u l-familja, tinduna li hu l-iktar qasam b’sinergija.


Mela sewwa, naghmlu l-konferenzi dwar il-familja, insemmu d-divorzju, imbaghad meta nigu ghas-sustanza, meta nsemmu t-tishih tal-familja, mhux bilfors irridu nsemmu t-tishih tal-edukazzjoni?! Min irid jitkellem bis-sustanza u mhux bil-populizmu jrid jghid li l-familja tissahhah jekk jirnexxielna ngibu flimkien il-qasam tax-xoghol, it-tahrig tal-haddiema taghna, l-edukazzjoni ta’ wliedna minn età zghira.


Filfatt, il-Ministeru li ghamilt jien issa sejjahtlu l-Ministeru ghall-Edukazzjoni u l-Familja, mhux il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Politika Socjali. Iktar u iktar bhalissa meta nirrealizza li qed isir attakk frontali fuq il-familja. Jidhirli li ghandi r-responsabbiltà nwiegeb bl-ahjar mod possibbli. Jidhirli li t-tqassim tar-responsabbiltajiet taht Dolores Cristina, b’sinergija tal-edukazzjoni u l-familja u x-xoghol, hu twegiba hafna iktar b’sahhitha mill-konferenza li saret.” (Minn intervista tal-Prim Ministru lill-Gensillum.com 20.02.2010).


Ma nemminx li b’dak li qal il-Prim Ministru ggustifika l-mossa tieghu, aktar u aktar meta beda l-argument tieghu fuq premessa falza meta qal li Louis Galea kien Ministru tal-Edukazzjoni u tal-Politika Socjali fl-istess hin.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo