Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ulied il-Palestina

E-mail Print PDF

palestinian_women_in_rafahIn-nisa huma vulnerabbli aktar mill-irgiel però huma kuragguzi wkoll u jissieltu ghas-sopravivenza taghhom fil-habsijiet Lhud. Huma bosta n-nisa Palestinjani li jinsabu f’dawn il-habsijiet u ma tistax issemmihom kollha, imma xi whud imissu l-qalb aktar mill-ohrajn.

 

Fl-2004 fil-habs ta’ Telmond saret protesta mill-prigunieri politici nisa Palestinjani wara li wahda minnhom issawtet minn grupp ta’ gwardjani Lhud ghax ipprotestat minhabba li naqqsulhom il-hin tar-rikreazzjoni taghhom biex jiehdu naqra arja fil-bitha tal-habs.   Biex iwaqqfu lill-protestanti,  il-gwardjani Lhud sawtuhom bil-lembubi, sparawlhom l-ilma bil-pajp u xehtulhom il-gass tad-dmugh.


Is-sezzjoni tan-nisa Palestinjani fil-habsijiet Lhud hija dejjem iffullata aktar minn kemm suppost tiflah u f’cella ta’ tnejn gieli jiddahhlu anke hame


Fl-2007 gewwa Ramallah l-ufficjal tas-Sigurtà Interna Izrajeljana fil-habs ta’ Telmond, Sezzjoni Prigunieri Nisa, ipprojbixxa ghall-tlett xhur shah lil zewg ommijiet prigunieri Palestinjani milli johorgu lit-trabi taghhom maghhom fil-bitha tal-habs ghall-arja waqt il-hin ta’ rikreazzjoni. Din id-decizjoni wasslet biex tefghet lura is-sahha ta’ dawn it-trabi, li digà ma kienux igawdu sahha tajba ghall-fatt li habs qatt m’hu post adattat ghat-trabi.


Fl-2008 zewgt ibniet Palestinjani ta’ sittax-il sena, Salwa u Sara, gew arrestati mid-djar taghhom f’Betlem. Dawn tpoggew taht  detenzjoni amministrattiva, Salwa  ghal erba’ xhur u Sara ghal hames xhur fil-habs Izrajeljan ta’ Damoun.   L-arrest taghhom sehh fis-satra tal-lejl, ghall-habta tas-saghtejn u nofs ta’ filghodu tal-5 ta’ Gunju.  Is-suldati Lhud kienu akkumpanjati minn agenti tas-Servizz Sigriet Izrajeljan.

 

L-ewwel interrogaw lill ommijiethom u riedu nformazzjoni fuq zwieghom w uliedhom subien u mbaghad geghlu lill-bniet ihaffu jilbsu, mmanettjawhom, ghattewlhom ghajnejhom u kaxkruhom bil-forza ghal go jeep militari.  Id-detenzjoni taghhom giet konfermata minn ‘qorti’ militari. L-appell li pprezentaw il-familji taghhom ma ntlaqax u regghu kkonfermawlhom id-detenzjoni taghhom bid-differenza li d-detenzjoni ta’ Sara tnaqqset minn hames xhur ghal erba’ xhur.  It-tnejn li huma suppost kellhom jinhelsu fl-4 ta’ Ottubru 2008.  Fil-5 ta’ Ottubru 2008 nhargu ordnijiet godda ghad-detenzjoni amministrativa taz-zewgt ibniet.  Sa dak in-nhar ma kienet tressqet l-ebda akkuza kontra Salwa u Sara u ma sar ebda process kriminali kontriehom.


Salwa u Sara huma l-ewwel zewg nisa li tpoggew taht detenzjoni amministrativa – li m’hi xejn hlief li jitfghuk il-habs fuq ordni amministrattiva minnflok b’sentenza ta’ qorti normali minghajr ma tkun tressqet l-ebda akkuza kontriehom. Tintuza biss l-iskuza li dik il-persuna tista’ tkun ta’ periklu ghal-Lhud.  Wara perijodu ta’ xhur li l-prigunieri jaghmlu taht detenzjoni amministrattiva go habs Lhudi fejn jinzammu ma’ kriminali adulti, l-Awtorita’ tista’ tehles lil dawn il-prigunieri u tista’ tohrog ordni gdida ghal perijodu iehor ta’ detenzjoni amministrattiva fil-habs.

Il-familja ta’ Hiba, li kienet giet arrestata meta kellha 15-il sena, ghadhom jitkarbu u jistaqsu jekk tezistix gustizzja.  Sal-2006 Hiba kienet ilha tinzamm fil-habs Izraeljan ta’ Hasharon ghal aktar minn sena minn meta giet arrestata. Ommha fethet qalbha ma’ organizazzjoni umanitarja li tahdem bla waqfien ghan-nom ta’ dawn il-povri vittmi, u qalet li fis-26 ta’ Frar 2005 bintha kienet fi triqtha lejn l-iskola vicin fejn toqghod mal-familja taghha fil-belt ta’ Hebron, meta f’daqqa wahda suldati Lhud li jokkupaw iz-zona ghamlu attakk ghall-gharrieda fic-centru tal-belt u fethu n-nar fuq il-Moskea ta’ Ibrahimi. 

Hiba inqabdet f’nofs l-attakk u ntlaqtet fl-istonku taghha minn balla maghrufa bhala ‘dum dum’.  Dawn il-balal jinqasmu u jinfirxu malli jippenetraw il-gisem u jaghmlu hsara kbira.  Il-balal ‘dum dum’ huma llegali skond il-ligi nternazzjonali. Izrael innifsu ivvota kontra l-uzu taghhom f’rizoluzzjoni li tressqet quddiem il-Gnus Maghquda.

L-Aworitajiet Izrajeljani xehtu lit-tifla fil-habs ta’ Hasharon wara li din qattghet xahar fl-isptar Izraeljan ta’ Hadassah f’Gerusalem tal-Punent biex tfieq  kompletament mill-griehi li garrbet fl-attakk.   Ghalkemm Hiba giet imweghda li se tibqa’ tigi kkurata kif suppost gewwa l-habs, it-tifla ma naghtat kura ta’ xejn fil-habs.  It-tabib tal-habs Izraeljan illum qed jinsisti li hi ma kellha bzonn l-ebda kura addizzjonali.

Hiba ma wettqet l-ebda reat kriminali.  Hija kienet sejra fil-moskea biex tattendi ghat-talb ta’ filghodu qabel tkompli fi triqtha lejn l-iskola. 

U nistghu nibqghu sejrin nirrakkuntaw u nimlew volumi fuq volumi ta’ ngustizzji mwettqa fuq dik il-parti tas-socjetà Palestinjana l-aktar vulnerabbli – in-nisa Palestinjani.  Dawn l-affarijiet ma jigrux fi bnadi ohra madwar id-dinja minghajr ma jkun hemm xi hadd li jqum jitkellem u jitlob ghall-waqfien immedjat ta’ dan it-trattament krudili u bla sens.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo