Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Valletta ma jsibux rezistenza

E-mail Print PDF

img_7684Tarxien Rainbows bdew tajjeb u wiegbu azzjoni b’azzjoni sakemm wasal li skor ta’ 2-2.  Wara li Valletta kisbu t-tielet gowl Tarxien bdew ibattu u t-tieni taqsima kienet tista’ tghid kollha tal-Valletta.


Huma kellhom superjorità territorjali u tliet gowls minghajr risposta.  Valletta baqghu jfittxu l-gowls sal-ahhar mumenti tal-partita fejn kellhom doppjetta ghaz-zewg plejers barranin taghhom l-Olandiz Cruijff u l-Irlandiz O’Brien.  Madanakollu l-ahjar plejer taghhom kien Scerri li habbat lil Tarxien kontinwament b’diversi passes tajbin minbarra li skorja gowl ukoll.  Kollox ma’ kollox din kienet rebha misthoqqa ghal Valletta.

Il-partita bdiet mill-ewwel b’gowl.  Wara biss tliet minuti loghob Valletta fethu li skor.  Kross ta’ Scerri mil-lemin, ghola JORDI CRUIJFF fuq kulhadd u b’daqqa ta’ ras pogga lil Valletta fil-vantagg.


Fl-10 minuta Tarxien Rainbows immexxija bhas-soltu tajjeb ferm minn Denni dos Santos, kisbu d-draw.  Xutt ta’ Tanti mblukkat, ballun ghand ANDREW DECESARE li minn qalb hafna plejers tefa’ fix-xibka qrib sieq il-lasta.


Fit-22 minuta korner ta’ Sammut ghal Valletta u daqqa ta’ ras ta’ Dimech tmur gholja.  Minuta wara kross ta’ Briffa lejn Scerri u x-xutt dghajjef ta’ dan salvat mil-gowler Curmi.


Fit-30 minuta Valletta jergghu fuq quddiem.  Pass ta’ G Agius lejn TERENCE SCERRI li avvanza u qabbez minn fuq ras il-gowler Curmi li kien hiereg biex janticipa.


Izda ghal darb’ohra Tarxien jiksbu d-draw.  Fis-37 minuta Dos Santos iqassam preciz lejn ANDREW DECESARE li bi precizjoni jqabbez il-ballun minn fuq il-gowler Hogg u ghat-tieni darba jikseb id-draw ghar-Rainbows.


Fil-41 minuta jasal il-gowl,  minn penalty, li donnu qata’ qalb it-Tarxinizi.  Li skorer taz-zewg gowls tar-Rainbows, Decesare mess il-ballun b’idu fil-kaxxa u mill-11-il metru JORDI CRUIJFF bghat lill-Valletta jistriehu mnn fuq 3-2.


It-tieni taqisma bdiet bhalma spiccat l-ewwel taqsima jigifieri b’penalty skurjat mill-Olandiz.  Pereira waqqa’ lil Scerri u JORDI CRUIJFF sammar fis-saqaf tax-xibka biex ghamel li skor 4-2.


Fit-53 minuta korner ta’ Sammut ghal Valleta lejn in-naha opposta fejn dahal Scerri u xxuttja,  izda Tarxien kienu salvati minn sieq il-lasta.  Zewg minuti wara Scerri jerga’ jkun ta’ periklu ghal-lasta avversarja meta qabez difensur u fajjar xutt li izda l-gowler Curmi rnexxielu jimblokka.
Fit-30 minuta kien hemm zewg tentattivi minn tahwida quddiem il-lasta izda dawn it-tnejn fallew meta kemm Scerri kif ukoll Sammut ma laqtux il-ballun minn qaghda tajba.


Fis-86 minuta Falzon qassam lura lejn DECLAN O’BRIEN minn mal-linja tal-korner u l-attakkant Belti b’xutt b’sahhtu ghamilhom 5-2.  Tliet minuti wara, jigifieri fid-89 minuta l-istess plejer Irlandiz DECLAN O’BRIEN izid gowl iehor b’daqqa ta’ ras tajba wara li kkonnettja mal-kross ta’ G Agius.

TARXIEN R: Curmi, Sadowski, Caruana, Camilleri, Pereira, Ribeiro (Vella Critien 68), Tanti (Calabretta 51),  Decesare, Dos Santos, Mintoff (Galea 23), Grioli.

VALLETTA: Hogg, Borg, Bezzina, Dimech, Scicluna, Pace, G Agius, Cruyff (O’Brien 74), Scerri (Grima 82), Briffa (Falzon 78), Sammut.

REFEREE: Paul Caruana. 
PLEJER TAL-LOGHBA:  Terence Scerri Valletta

SKURJAW: Jordi Cruyff (V) (3, 41  u 47 min), Andrew Decesare (T) (10 u 37 min), Terence Scerri (V) (30 min), Declan O’Brien (V) (86 u 89 min).

Kummenti (3)Add Comment
mundu
Minn godwin pace, February 28, 2010
ejja minn hemm whites ha nibqghu fil-quccata sal-ahhar smilies/cheesy.gif
report abuse
vote down
vote up
Votes: +1
bla oppozizzjoni
Minn Carmelo PaceCarmelo Pace, February 28, 2010
Lill minn kiteb dan l artiklu,nixtieq nghidlu li mhux ma sabux oppizzjoni il belt,imma xkanaw lil oppozizzjoni,hemm differenza,ghax il mod tal headline tati xtiefhem li tarxien ma iccaqalqux,jekk int xi wiehed li lil belt ma tahmilniex tiktiebx meta jilghabu l belt,la minntiex kapaci tistor il mibgheda li ghandek lejn il beltin
report abuse
vote down
vote up
Votes: +1
proset whites
Minn dino , March 04, 2010
loghba ohra kienet importanti ma dan it-team ghal kemm tajnijhom 6 nemen li fi 3 darbiet li labna mahom qatt ma beza minha l-iktar haga li nara sabiha f'dan it-team hu li ma johorgux 11 fil-lasta izda jilabu loba normali tahom.Min naha taghna valletta nibqa najda ma kulhadt li ghal kemm bqajna ghadejin fi sajf kulhadt haseb li team taghna ha ibati ghal dawn iz-zmienijiet pero jekk thares l-ahhar loghbiet qisu l-ahhar 20 minuta il-players taghna qishom ghadhom jibdew il-partita u hadiehor jibda imajna...
1 DOWN.......9 TO GO.COME ON CITY
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo