Minn mistoqsija parlamentari tad-deputati Laburista Carmelo Abela lill-Ministru tal-Intern Karm Mifsud Bonnici li giet imwiegba fl-20 ta’ Jannar li ghadda, kien irrizulta li kuntistabbli li hu akkuzat quddiem il-Qorti bi stupru u ferita fuq il-persuna, ma kienx gie sospiz u kien ghadu qed jahdem regolarment fil-Korp minkejja li membri tal-Pulizija ohrajn li huma akkuzati b’reati ferm inqas gravi, kienu gew sospizi mill-Korp.
Mitlub jispjega kif dan il-kuntistabbli ghadu jahdem fil-Korp avolja hu akkuzat bi stupru, il-kelliem tal-Pulizija ghall-ewwel wiegeb li fil-prezent hemm kuntistabbli li huwa sospiz wara li gie nvestigat fuq stupru u sussegwentament imressaq il-Qorti u dan il-kaz ghadu sub-judice. Barra minnhekk hemm kaz ta’ kuntistabbli iehor li gie nvestigat fuq stupru. F’dan il-kaz ghadhom mhux konkluzi u d-decizjoni jekk il-membru tal-Korp involut jigix sospiz jew le, tittiehed skond l-ezitu ta' dawn l-investigazzjonijiet.
Meta gie rinfaccjat bit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari li tghid li kien hemm kaz ta’ kuntistabbli akkuzat quddiem il-Qorti bi stupru imma li ma kienx gie sospiz, il-kelliem tal-Pulizija ta verzjoni kemmxejn differenti. “Fil-lista ta’ kazijiet ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li ghaddejjin proceduri quddiem il-Qorti imma li m’humiex sospizi, gew inkluzi zewg kazijiet li ghadhom qed ikunu nvestigati, fosthom hemm il-kaz ta’ stupru u feriti fuq il-persuna … Hekk kif dawn l-investigazzjonijiet ikunu konkluzi u jirrizulta li hemm provi bizzejjed sabiex jinbdew proceduri kriminali, titkompla kull azzjoni mehtiega.”
Barra minhekk hemm kuntistabbi iehor li fit-twegiba li nghatat fil-Parlament jidher li huwa sospiz minhabba proceduri kriminali dwar pornografija tat-tfal, mentri l-istess kuntistabbli kien gie akkuzat ukoll bi stupru ta' minorenni.
B’hekk jirrizulta li huma tnejn il-kuntistabbli li huma akkuzati bi stupru u li huma sospizi, filwaqt li hemm kuntistabbli iehor li hu investigat dwar stupru imma dawn l-investigazzjonijiet ghadhom mhumiex konkluzi.

| < Prev | Next > |
|---|








