Il-Partit Nazzjonalista (PN) baqa’ ma ha l-ebda passi dixxiplinarji fil-konfront ta’ Mario Camilleri, kunsillier tal-Partit Nazzjonalista (PN) fil-Munxar, anke jekk Camilleri se jkun imressaq il-qorti b’rabta ma’ certifikat falz fil-gimghat li gejjin. Fil-fatt Mario Camilleri ghadu jidher fuq is-sit elettroniku tal-PN bhala wiehed mit-tliet kunsilliera li jirrapprezentaw lill-istess partit fil-kunsill lokali tar-rahal tal-Munxar.
Fil-bidu ta’ din is-sena l-Pulizija pprezentat fil-Qorti ta’ Ghawdex akkuzi kontra Mario Camilleri.
Dan b’rabta mal-involviment tieghu f’kaz fejn certu Raphael Axiak instab hati li ghamel uzu minn certifikat falz.
B’rabta ma’ dan il-kaz KullHadd talab ir-reazzjoni tas-Segretarju Generali tal-PN, Paul Borg Olivier. Lil Borg Olivier tlabnih jispjega x’passi ttiehdu jew nkella biex jispjega ghaliex ma ttiehdu l-ebda passi.
Minkejja dan bqajna ma rcevejna l-ebda risposta, minkejja li l-mistoqsijiet taghna ilna li baghtnihom iktar minn gimgha.
Raphael Axiak instab hati mill-Qorti li ghamel uzu minn certifikat falz, f’sentenza li kienet ikkonfermata wkoll mill-Qorti tal-Appell.
Mis-smigh tal-kaz ta’ Axiak irrizulta li kien il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Mario Camilleri li ghamel il-firma falza fuq dan ic-certifikat. Firma li suppost kienet tal-kap tal-iskola, li dak iz-zmien kien Carmel Attard.
Mario Camilleri, li kontinwament issemma’ f’dan il-kaz tac-certifikat falz, ghadu sal-lum jirrapprezenta lill-Partit Nazzjonalista minkejja li fic-cirkostanzi hafna kienu qeghdin jistennew sospensjoni bhala minimu.
Fil-Qorti l-kunsillier tal-Parti Nazzjonalista ghazel li ma jixhidx biex ma jinkriminax ruhu.
F’Dicembru li ghadda il-Qorti tal-Appell Kriminali ppreseduta mill-Prim Imhallef Vincent De Gaetano kkonfermat sentenza ta’ prigunerija, sospiza ghal sentejn, fil-konfront ta’ Raphael Axiak li nstab hati li ghamel uzu minn certifikat tal-iskola falz biex b’ingann sfaccat jinghata xoghol fis-servizz pubbliku.
Fil-Qorti Axiak ikkonferma kif meta applika ghall-hatra ta’ Principal Security Officer fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex ipprezenta certifikat falz li kien mghoddi lilu minn Mario Camilleri mill-Munxar u li dak iz-zmien kien jahdem fil-Ministeru ghall-Ghawdex.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|








