Thursday
Sep 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sighat twal ta’ stennija ghal xejn fl-Emergenza tal-Mater Dei

E-mail Print PDF

27200818036mater_dei_dipartiment_emergenzaSfortunatament qed tkun esperjenza komuni tista’ tghid ta’ kull min jigi bzonn id-Dipartiment tal-Emergenza tal-Mater Dei li jaghmel sighat twal jistenna sakemm forsi jinqeda. Ghal ragunijiet varji hafna drabi s-servizz f’dan id-Dipartiment qed ikun kollox barra wiehed ta’ emergenza.


L-kaz ta’ anzjan min-naha ta’ isfel ta’ Malta ilmenta ma’ din il-gazzetta dwar dak li kellu jghaddi minnu wara li mar ghand it-tabib privat tieghu ghax kien qasam muskolu fil-pexxun ta’ siequ, huwa wiehed tipiku u li qed jigi ripetut il-hin kollu. Kif dan l-anzjan gie ezaminat mit-tabib tieghu, dan baghtu minufih l-Emergenza tal-Mater Dei.

Dan l-anzjan wasal l-Emergenza fis-7.15pm fejn qalulu biex jidhol minn Door 1, u hemmhekk gie ezaminat minn infermiera li qaltlu biex ipoggi fuq siggu tar-rotti u biex ghall-ebda raguni ma jimxi ghax kien hemm il-biza’ li tista’ taghtih trombozi.


Mis-7.30pm dan l-anzjan dam sas-2.00 ta’ fil-ghodu u wara dawk is-sighat kollha xorta ma nqedix. Meta ghal habta tas-saghtejn tal-filghodu staqsa meta kien se jinqeda, infurmawh li t-tabib kien ghadu qed jezamina lill-persuni li dahlu fl-Emergenza fit-3 ta’ wara nofsinhar u kien ghad baqa’ numru ta’ sighat mhux hazin x’jistenna.


Dan l-anzjan qal mal-Kullhadd li “peress li kienu qorbu s-saghtejn ta’ filghodu u konna ilna ’il fuq minn 6 sieghat nistennew u ma nafux fhiex hin se lestu, min kien mieghi kien sarlu l-hin biex imur ghax-xoghol, ghalhekk iddecidejna li mmorru lura id-dar.”
Waqt li dan l-anzjan kien qed jistenna fil-waiting area tal-Casualty, f’Area 1 kien hemm tabib u nurse biss u fl-Area 3 kien hemm tabib Ingliz wahdu li riedu jiehdu hsieb in-nies li jidhlu bl-ambulanzi u n-nies kollha li kien hemm fl-Emergenza kif ukoll f’Area 2.  Dak il-hin l-Emergenza kienet mimlija bin-nies, uhud minnhom anki reqdin fuq is-siggijiet


Peress li dan l-anzjan kien mugugh u kien hemm ir-riskju li taghtih trombozi u spicca kelli jmur fi sptar privat biex jinqeda fejn kellu jhallas somma flus mhux hazin, meta l-istess servizz kellu dritt jiehdu b’xejn.


“Dan ix-xahar irrid nara kif ser nkampa bil-kont tal-isptar privat, il-kont tad-dawl u l-ilma u rrid nixtri il-pilloli tal-kolesterol ghal mara tieghi ghax huma ‘out of stock’ fl-ispizerija tal-Gvern, u dan kollu bil-bicca pensjoni li ghandi. Dan hu il-kwalità ta’ sptar li gejna mweghdin!  Ghalija dan hu qabar imbajjad,” temm jghid ma’ KullHadd dan il-pensjonant.


Sejha biex l-infermiera jahdmu overtime fl-Emergenza


Sadanittant id-Dipartiment tas-Sahha f’cirkolari tat-23 ta’ Frar, ghamel sejha ghal dawk l-infermiera li huma interessat jahdmu overtime fid-Dipartiment tal-Emergenza tal-Mater Dei fost il-pazjenti li jkunu qed jistennew biex jinghataw sodda fil-wards.  Dan bil-ghan li dawk il-pazjenti li jkunu qeghdin jistennew fuq l-istrechers fil-kuriduri sakemm jinghataw sodda fil-ward, xorta jkollhom is-servizz ta’ infermiera.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy Sunny / Wind Sunny Sunny Sunny
26C 29C 28C 28C 29C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura