Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Zbalji kbar tat-tmexxija tal-Enemalta li jkollu jhallas ghalihom il-poplu Malti

E-mail Print PDF

enemalta_officesWara li tnehha il-kumitat ta’ esperti li jaghti pariri dwar ix-xiri taz-zejt


Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ghollew b’mod esagerat mill-1 ta’ Jannar li ghadda ghax l-Enemalta wara li ddecidiet li xxolji l-kumitat ta’ esperti teknici li kienu qed jaghtu pariri dwar ix-xiri taz-zejt mis-swieq internazzjonali, l-Enemalta li kienet taqa’ taht ir-responsabbiltà politika tal-Ministru Austin Gatt fl-2009 hadet decizjonijiet zbaljati u mhux bil-ghaqal u l-prezz li bih inxtara z-zejt  kien ferm gholi.


Konsegwenza ta’ dan sar hafna telf u b’hekk gholew l-ispejjez tal-Enemalta li kellha tgholli t-tariffi. B’hekk ghad-decizjoni zbaljati u mhux bil-ghaqal ta’ min mexxa l-Enemalta, qed ikollu jhallas il-poplu Malti.


Il-Fuel Procurement Advisory Committee (FPAC), kumitat ta’ esperti li kien twaqqaf f’Jannar tal-2005 mill-Enemalta fuq struzzjonijiet tal-Ministru Austin Gatt  bil-ghan li jassisti lill-Enemalta fuq livell tekniku fix-xiri ta’ zjut mis-swieq internazzjonali, illum m’ghadux jezisti u minflok d-decizjoniet dwar xiri u hedging mill-Enemalta qed jittiehdu mir-Risk Management Committee mmexxi minn Alex Tranter, ic-Chairman tal-istess Korporazzjoni. Il-linja ta’ specjalizzazzjoni tas-Sur Tranter mhijiex fil-qasam tax-xiri taz-zejt, imma fit-tmexxija tad-djar tal-anzjani.

Ix-xiri taz-zejt mis-swieq internazzjonali mill-Enemalta kien fil-mira ta’ kritika harxa mhux biss min-naha tal-Oppozizzjoni Laburista, imma anke fost  l-ohrajn mill-ex-Ministru Nazzjonalista Michael Falzon. Huma bosta li jsostnu li t-tariffi attwali tad-dawl u l-ilma huma daqstant gholjin propju minhabba l-xiri ma sarx bil-ghaqal u z-zejt inxtara bi prezzijiet gholjin hafna  u minhabba sar hafna telf mill-Enemalta u din kellha tgholli t-tariffi bil-goff.


It-twaqqif tal-Fuel Procurement Advisory Committee kien thabbar fid-diskors tal-Bagit tal-2005 li kien inqara mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-ewwel bagit tieghu bhala Ministru tal-Finanzi.  Dan il-kumitat tekniku kien twaqqaf bil-ghan li l-Enemalta jkollha  bord professjonali li jista’ jaghti pariri lis-CEO u l-Management dwar ix-xiri ta’ zjut li tuza l-Enemalta, inkluz, ic-caqliq fil-valur tad-dollaru Amerikan fir-rigward tal-Lira Maltija/l-Ewro u l-uzu ta’ strumenti finanzjarji biex il-pajjiz igib l-ahjar prezzijiet tal-fjuwil, illum m’ghadux jezisti.


Bhala l-ewwel Chairman tieghu dan il-kumitat kellu lill-Professur Joe Falzon li kien gie mahtur f’Jannar 2005 u kien ilaqqa’ l-kumitat darba fix-xahar.  Dan il-kumitat kien maghmul minn tliet konsulenti esterni fosthom il-Professur Falzon, kif ukoll kumpannija internazzjonali ta’ esperti fil-qasam.

L-FPAC min-naha tieghu kien jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet lill-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta fl-oqsma ta’ xiri ta’ zejt u ‘Risk Management’ . Ix-xiri nnifsu taz-zejt mill-Enemalta kien isir mill-Fuel Procurement Committee li hu kompost minn erbgha ufficjali gholjin tal-Enemalta, li jinkludu c-Chairman Tranter, is-CEO, is-CFO u l-Financial Risk Manager tal-Enemalta.

Ikkuntattjat minn dan il-gurnal, il-Professur Joe Falzon jghid li taht it-tmexxija tieghu, il- Fuel Procurement Advisory Committee kien favur il-politika tal-hedging imma l-hedging ma baqax isir ghax f’Ottubru 2005, u kien tnehha minn Chairman u kien gie appuntat minfloku Roderick Chalmers.


Taht Chalmers dan il-kumitat beda jiltaqa’ inqas ta’ spiss, darba kull tlieta jew erbgha xhur u kien kontra l-politika tal-hedging. Fl-istess zmien, Ottubru 2005, Alex Tranter inhatar Chairman tar-Risk Management Committee u tal-Fuel Procurement Committee tal-Enemalta. Ftit ftit xhur wara, f’April 2007, l-FPAC, il-kumitat tal-esperti teknici kien gie xolt u minflok id-decizjonijiet dwar il-hedging bdew jittiehdu mir-Risk Management Committee mmexxi minn Alex Tranter, li minkejja li hu inginier, il-linja professjonali tieghu vera u propja tieghu hija fit-tmexxija tad-djar tax-xjuh.

Decizjonijiet mhux bil-ghaqal

L-ex-Ministru Nazzjonalista Michael Falzon f’intervista li kellu fil-gazzetta Illum, ikkritika bil-qawwa lill-Korporazzjoni Enemalta ghad-decizjonijiet zbaljati li hadet fix-xiri taz-zejt matul l-2009. Il-perit Falzon jghid li “fejn tidhol l-Enemalta, jidher bic-car li x-xiri ma sarx bil-ghaqal u l-prezz li bih inxtara z-zejt  kien ferm gholi, bil-konsegwenza li sar hafna telf u dan gholla l-ispejjez tal-Korporazzjoni li kellha tgholli t-tariffi.” Konferma jekk qatt kien hemm bzonnha li t-tariffi gholew bil-mod kif gholew minhabba n-nuqqas ta’ ghaqal u d-decizjonijiet zbaljati li hadu Tranter u shabu. Michael Falzon jghid ukoll li ghal kuntrarju l-Air Malta kienet ferm iktar ghaqlija mill-Enemalta fix-xiri taz-zejt . B’hekk l-Air Malta marret ferm ahjar milli setghet fic-cirkostanzi ghax kieku ma ghamlitx xiri bil-ghaqal , it-telf taghha kien ikun ferm akbar.


Sa issa ghadha ma gietx spjegata r-raguni vera u propja ghalfejn fic-caqliq minimu li ghamel il-Prim Ministru Gonzi fil-Kabinett fil-granet li ghaddew ir-responsabbiltà ministerjali ghall-Enemalta tnehhiet minn taht Austin Gatt u tpoggiet taht Tonio Fenech, imma tidher ovvja r-rabta mad-decizjonijiet zbaljati u mhux bil-ghaqal li hadet l-EneMalta fix-xiri taz-zejt matul is-sena li ghaddiet.

Ghandu jinghad ukoll li mistoqsijiet li ghamlet din il-gazzetta lill-Enemalta dwar ix-xiri taz-zejt baqghu mhux imwiegba.  Fost affarijiet ohra staqsejna kemm –il darba l-management tal-Enemalta ma qghadx fuq il-pariri tal-Fuel Procurement Advisory Committee u ghal-liema ragunijiet u jekk kienx hemm okkazjonijiet fejn il-Fuel Procurement Advisory Committee rrakkomanda li jsir hedging u l-management ma mexix fuq din ir-rakkomandazzjoni? Sa tard il-bierah l-Enemalta ma tat l-ebda twegiba ghal dawn il-mistoqsijiet.

Sadattant tajjeb li wiehed izomm f’mohhu li l-ufficjali gholjin tal-Enemalta li hadu decizjonijiet zbaljati fix-xiri taz-zejt li se jkollu jhallas ghalihom il-poplu Malti ghandhom salajri u perkacci li jlehhqu l-mijiet ta’ eluf ta’ Ewro.

Ic-Chief Executive Officer ghandu salajru ta’ €81,550  fis-sena u ghandu wkoll allowance annwali ta’ €908 ghall-hekk imsejjah annual communications package, u allowance ta’ €582  fix-xahar ghall-karozza. L-Enemalta thallas ukoll l-assigurazzjoni tac-CEO li ta’ kull sena tlahhaq is-somma ta’ €2330 . B’kollox, dan ic-CEO qieghed jiswa lill-Enemalta is-somma ta‘ €91,772  fis-sena, medja ta’ €7650  fix-xahar.

It-tieni ufficjal l-aktar imhallas huwa c-Chief Financial Officer li ghandu salarju ta’ €60,564  fis-sena. Dan ghandu allowance ghall-komunikazzjoni (€908 ) u € 582  fix-xahar ghall-karozza. L-insurance tac-Chief Financial Officer qieghda tiswa lill-Enemalta is-somma ta’ €2,795. Barra minn dan, ic-Chief Financial Officer, ghandu wkoll “annual responsibility allowance” li tlahhaq is-somma ta’ €2330. B’kollox, f’sena wahda, ic-Chief Financial Officer qieghed jiswa lill-Enemalta 73,581  fis-sena, jew medja ta’ €6,132  fix-xahar.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo