Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Matul il-Gimgha ...

E-mail Print PDF
1. GEJTU
Kemm hadt gost din il-gimgha nqalleb minn stazzjon tat-tv ghall-iehor u nara lil kulhadd jiddiskuti fuq il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, u l-imbierka protesta li se ssir illum.
Imma l-aktar li hadt gost nara kien programm fuq in-NET, l-istazzjon tal-partit tal-prim Gonzi.
Nghidlek id-dritt, ilhaqt l-ahhar bicca u ddispjacini li ma rajtux kollu, ghax qaluli li kien tassew pjacevoli. Xejn xejn, minn dak li rajt jien u minn dak li qaluli, kien programm li fih hadd ma tmashan.
Nghid ghalija tghidx kemm iggustajtu lil Gejtu Vella tal-UHM. Jaf xi jghid ir-ragel.  U mhux supperv! Ma jwebbisx rasu.
Li kien supperv, li kellu rasu iebsa, kieku f’dawn il-jiem qieghed jaghmel bhalma kien ghamel fi zmien Alfred Sant u kien ikun hu li jkun fuq quddiem nett fl-organizzazzjoni tal-protesti.
Imma issa Gejtu mohhu biss biex insalvaw l-impjiegi, u allura jigi jaqa’ u jqum minn kulhadd.  Mill-GRTU, mill-MHRA, mill-MEA, insomma minn kulhadd. 
Minbarra, ovvjament, mill-prim Gonzi.


2. VINCE
Ippermettili nghid xi haga wkoll dwar Vince Farrugia tal-GRTU, li wkoll ha sehem fl-istess programm, u li wkoll iggustajtu, u ggustajtu bil-kbir.
Bhal Gejtu, Vince jaf sewwa xi jghid.  Dejjem jolqot il-musmar fuq rasu.  U kif jarahom hu, l-affarijiet ftit li xejn hawn min jarahom.
Ridt tarah lil Vince jghid lill-prim Gonzi: “Ghamilt sew li hadt l-ippjanar vicin tieghek f’Kastilja.  Ghamilt sew li hadt it-turizmu vicin tieghek f’Kastilja”. Mhux il-kliem ezatt li qal, imma xi haga hekk.
Nghidlek id-dritt, qabbizli d-dmugh u kelli nqum minn quddiem it-tv ghal maktur.  U sakemm gejt lura, l-programm lahaq spicca bla ma nafx jekk Vince kellux ic-cans jghid lill-prim Gonzi li skont il-kalkoli tieghu, bil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma se jintilfu bejn 500 u elf impjieg!


3. LAWRENCE
Tant ghogobni u tant kont impressjonat b’dak il-programm li ma nistax ma nghidx xi haga wkoll dwar il-protagonist l-iehor - il-prim Gonzi, (Lawrence mhux Kate).
Ghax ghandEk tkun taf li fuq l-istess mejda, ma’ Getju u Vince, kien hemm ukoll il-prim Gonzi.
Ridt tarah lil Lawrence japprova dak kollu li beda jintqal minn Gejtu u minn Vince. Vera ggustajtu jaghti b’rasu b’dik it-tbissima fuq wiccu!
Kellu ghalfejn jitbissem ghax kemm Gejtu u kemm Vince qaghdu hafna attenti li ma jghidu xejn li jbiddillu l-burdata!
M’ghandi l-ebda dubju li waqt il-programm, mhux biss Lawrence ha gost b’dak li qalu u ma qalux Gejtu u Vince, imma hadu wkoll gost u tbissmu l-membri kollha tal-UHM u l-GRTU, irrispettivament jekk ircevewx il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma li ghadhom m’humiex bil-gholi.


4. David
Il-Prim Gonzi ddecieda li David Agius, il-whip tal-grupp parlamentari tal-PN, fil-Parlament jibda jpoggi quddiem, flimkien mal-ministri, minflok John Dalli.
Lili qaluli li David Agius ma tantx ha gost b’din id-decizjoni, ghax ta’ bniedem intelligenti li hu, kien jippreferi li jibqa’ fuq il-bankijiet ta’ wara biex ikun jista’ jikkopja dak li jkunu qeghdin jaghmlu ta’ quddiem u jkattar l-intelligenza u l-esperjenza tieghu.
Ta’ konsolazzjoni ghal David Agius huwa l-fatt, dejjem skont ma qaluli, li se jkun jista’ jpoggi qrib Giovanna Debono ta’ Ghawdex.
Ir-raguni m’hijiex ghax Giovanna ma’ David ghandha xi hbiberija aktar milli ghandha mad-deputati l-ohra.
Ir-raguni hi ghax David jixtieq li jsir jaf aktar lil dawk qrib Giovanna li huma esperti fil-hrug ta’ certifikati foloz f’Ghawdex.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo