Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kollox preparat

E-mail Print PDF
michael_parnisKonna nafu li mhux ser tkun facli. Bsarna li ser jinfethu l-bibien tas-sema f’xita ta’ attakki fuq l-unions li kellhom il-kuragg jghajtu l-poplu fit-toroq. Bsarna ukoll li l-akbar attakk ser ikun fuqna tal-GWU u anke bsarna minn fejn ser jigu l-attakki.

F’dan il-pajjiz noghxew u nibbrillaw fuq kemm ahna kapaci nispustaw l-argument.

Ghamilna gimghatejn nisimghu fuq min mhux ser jattendi, smajna fuq ir-rapprezentanza fl-MCESD, mistoqsija dwar min ghamel ir-rapport tekniku, kemm ser noholqu stragi fl-ekonomija, kemm ser innafru l-investiment. Smajna attakki personali fuq Tony Zarb, John Bennici u Pawlu Pace.

Saru programmi shah biex iheggu n-nies ma jattendux, assistejna ghal programm u intervisti ma’ persuni li jistghu isolvu hafna mill-problemi. Insomma nahseb li intilef cans tad-deheb biex nghaqdu l-haddiem u fl-istess nifs biex insibu soluzzjoni.

Minn dan kollu ma sar xejn.  Hassejt li uhud ma tantx hadu gost ghax raw lilna tal-GWU flimkien ma’ shabna tal-FoRum. Smajna u qrajna attakki ghax fl-imghoddi kien hemm inkwiet bejnietna.  U hawn nistaqsi mistoqsija wahda, x’hemm hazin li llum sirna hbieb? X’hemm hazin li zewg unions jew anke persuni jersqu lejn xulxin? Nemmen li l-hazin kien isir qabel meta ma konniex qrib anzi nista’ nghid konna ghedewwa.  Illum m’ghadniex hekk! Ersaqna lejn xulxin u minn din il-hbiberija qed igawdu biss il-haddiema Maltin.

Xi hadd kien jemmen, daqs 60 sena ilu, li l-Ingilterra u l-Germanja jistghu ikunu parti mill-istess Unjoni. Hekk gara u hafna minn dawk li kien ghedewwa saru hbieb.  Jista’ xi hadd jilluminani jekk illum hawnx xi hadd li jitkellem dwar din l-Ghaqda u li jippriedka ghall-Gwerra fl-Ewropa.

Izda donni li f’pajjizna insibu l-kontra. Personalment nemmen li din l-ghaqda li nibtet bejn diversi unions hi wirja fl-ghola livell ta’ maturità. Kont nemmen li l-Unions kollha f’pajjizna jistghu jersqu lejn xulxin u anke jkollhom pozizzjoni wahda dwar certi suggetti. Madwar 15-il sena ilu kont ghamilt diskors waqt seminar li nistghu nibdew nitkellmu dwar per ezempju is-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol u nohorgu pozizzjoni unika dwar suggetti ohra.

Kont hsibt li wasalna f’Dicembru tal-2008 izda dakinhar wara li 20 union resqu lejn xulxin kien hemm min ma kienx kuntent b’din l-ghaqda u ra kif ghamel biex jisfratta kollox billi holoq firda.

Firda li f’dawn l-ahhar granet saret mibgheda. Il-mod kif konna trattati minn certi organizzazzjonijiet kien sempliciment tal-misthija.

Kont prezenti ghal xi uhud mil-laqghat li ghamilna u l-mod kif gew trattati uhud minn shabi, li ftit tax-xhur ilu kienu hbieb u igorru l-istess ideal huma sempliciment tal-biki.

Il-pozittiv minn dan kollu li l-ghaqda bejn il-11-il union kibret u ssahhet aktar. Ikun zball kbir jekk l-Unions ihallu min jifridhom issa li waslu sa hawn.  Nassigura lil kulhadd li l-ebda union mhu qed tipprova tibla lil xi ohra.

Ghamilna diversi laqghat bejnietna u anke biex organizzajna d-dimostrazzjoni ta’ llum. Jien kont parti mill-kumitat organizzattiv u nassigura lil dawk li ghandhom xi dubju li flimkien dhalna f’kull dettall anke l-kuluri li ghandna nuzaw.  Kollox sar bi ftehim u mhux b’decizjoni ta’ xi wahda mill-unions. Ir-rizultat tal-hidma taghna narawh illum stess il-Belt. Postok mat-trade unions Maltin u ifrah u capcap ghall-ghaqda.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo