Thursday
Sep 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

X’wassal ghall-protesta tal-lum?

E-mail Print PDF

protesta_2008Il-protesta msejha mill-Forum Unjins Maltin u mill-GWU, li se ssir illum fit-3.30pm gewwa l-Belt Valletta, qieghda ssir propju jum qabel ma jittiehed il-vot fil-Parlament dwar mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni.


Il-mozzjoni tghid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma “anti-socjali, jimminaw l-ekonomija u x-xoghol” u “se jghabbu lill-familji u n-negozji b’pizijiet akbar li se jkollhom impatt qawwi fuq il-livell tal-ghajxien u l-kompetittività ta’ pajjizna.”


Kemm meta giet imhabbra din il-protesta u anke nhar l-Erbgha li ghadda waqt rally organizzat ghall-attivisti tal-GWU, Tony Zarb, is-Segretarju tal-GWU, sahaq li l-protesta tal-lum se sservi bhala l-ewwel pass, filwaqt li t-tieni pass se jithabbar fil-protesta nnifisha.

Nhar l-Erbgha li ghaddew Zarb ta dettall iehor, meta qal li dan “it-tieni pass”, se jkun qed isir bil-qbil tal-hdax-il unjin kollha involuti. Dawn l-unjins jirrapprezentaw madwar 65% tal-haddiema membri f’xi unjin f’Malta.


Dan huwa zvilupp interessanti fit-trejdjunjonizmu Malti. Jekk qabel il-haddiema tal-id wehidhom kienu kapaci jkunu l-mutur tal-progress socjali, illum qed naraw sitwazzjoni differenti. Qed naraw li l-haddiema tal-id u dawk li jipprovdu s-servizzi, qed joholqu alleanzi ma’ professjonisti li qabel kont issibhom jahdmu b’mod indipendenti minn unjins ohra ghaliex kienu jemmnu li drittijiethom jistghu jiksbuhom b’mod awtonomu, minghajr l-ghajnuna ta’ haddiema ta’ kategoriji differenti.

L-MUT u s-CMTU

F’Novembru tal-2008 kienu ghoxrin l-unjins li nghaqdu biex jipprotestaw kontra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. F’dak il-perijodu stess l-unjin tal-ghalliema, l-MUT, kienet qieghda tishaq li ghandu jitwaqqaf Kunsill tat-Trejdjunjins sabiex ir-rapprezentanza tal-haddiema u l-professjonisti f’Malta tkun wahda aktar maghquda ibbazata fuq front wiehed.


Dan kien qieghed isir minhabba l-klima tajba li kienet qed tinholoq bejn l-unjins dak iz-zmien.


Din l-inizjattiva kienet qed isir ukoll fuq rakkomandazzjonijiet li John Monks, Segretarju Generali tal-Konfederazzjoni tat-Trejdjunjins Ewropej (ETUC) kien ghamel lis-CMTU fl-2004, fejn dan kien sostna li ghandu jinholoq Kunsill Malti ghat-Trejdjunjins maghmul apposta ghac-cirkostanzi Maltin.


B’reazzjoni ghal dawn l-izviluppi William Portelli, President tas-CMTU, kien qal li proposta bhal din ma kinitx qed issir f’waqtha. Gejtu Vella, Segretarju Generali tal-UHM, kien sostna li kunsill bhal dan ma kienx se jservi fl-aqwa interess tal-haddiema.


L-MUT bdiet thoss li fis-CMTU kien hemm nuqqas ta’ professjonalità u demokrazija fil-mod kif jitwettqu l-affarijiet, kif ukoll din kellha pozizzjoni differenti minn tac-CMTU dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. B’hekk l-MUT sejhet ghall-vot sigriet fi hdanha, li permezz tieghu gie deciz li twarrab mis-CMTU.

Il-ForUM u l-GWU

Dan wassal biex l-MUT inghaqdet mall-Forum Unjins Maltin (ForUM), li jinkludi fih infermiera, periti, akkademici tal-Università, inginiera, u haddiema tal-MEPA, fost ohrajn. Jidher bic-car li l-kwistjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma gabet lil dawn il-professjonisti u haddiema jfittxu alleanza mal-GWU, u nistghu nghidu li mill-bidu ta’ din il-kwistjoni, dawn iz-zewg entitatijiet baqghu maghqudin flimkien.


Il-ForUM unjins Maltin qed jigi eskluz milli jkun rapprezentat fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD), u dan qieghed iwassal biex “id-djalogu socjali” li qed isir fi hdan il-MCESD m’huwiex qieghed ikun tassew rapprezentattiv tal-qaghda li l-haddiema u l-professjonisti qed jaffaccjaw f’pajjizna.

Il-GWU ghazlet li ma tippartecipax fil-laqgha tal-MCESD li saret nhar it-13 ta’ Jannar li ghadda. Dan ghamlitu ghaliex hasset li ma tistax taccetta li l-konsultazzjoni ssir wara li it-tariffi tad-dawl u l-ilma kienu digà ddahhlu  fis-sehh fl-ewwel ta’ Jannar. B’referenza indiretta ghal dan il-fatt, William Portelli, President tas-CMTU semma’ kif “unjin ohra”, b’referenza ovvja ghall-GWU, ghazlet li ma tippartecipax fit-tahditiet dwar it-tariffi, u kompla billi qal li dan ghamlitu b’detriment ghad-djalogu u ghall-haddiema li kienu qed jistennew is-soluzzjonijiet mill-unjin taghhom.

Tony Zarb qieghed jishaq li waqt il-laqgha tal-MCESD tat-13 ta’ Jannar, l-ebda wahda mill-unjins prezenti ma tkellmet biex isir tibdil f’dawn it-tariffi. Qal li f’idejh ghandu l-minuti ta’ din il-laqgha, u jekk dan li qed jghid hu jkun ikkontestat, lest li jippubblika dawn il-minuti. Jekk dak li qed jghid Zarb huwa minnu, dan ikun ifisser li l-unjins prezenti ghal dik il-laqgha, ghalkemm kienu jafu li qed jiddiskutu xi haga li digà ttiehdet decizjoni dwarha, hassew li m’ghandhomx jopponu dawn it-tariffi.

F’Dicembru li ghadda Vince Farrugia, li jmexxi l-GRTU, kien  sejjah it-tariffi bhala l-oghla fl-Ewropa, imma skont il-minuti msemmija, dan ma nsistix li jsir tibdil fit-tarrifi x’hin gew diskussi fl-MCESD.

It-tariffi mhux residenzjali, li jolqtu lis-self employed zghar u lill-klassi tan-nofs se jkunu qed joghlew bi 52% minn dawk imhabbra f’April li ghadda. Certament dan se jkun ifisser ugiegh ta’ ras kbira ghall-membri li l-istess Farrugia jirrapprezenta. 

Haga naturali

Dawn is-sitwazzjonijiet fil-qasam trejdjunjonistiku, flimkien mal-fatt li hawnhekk hawn gvern li jilghabha li jemmen fid-djalogu socjali imma li xorta jaghmel ta’ rasu, hallew lill-GWU u l-ForUM minghajr ebda ghazla ohra hlief li jirrikorru ghall-protesta tal-lum. Ta’ min jghid li l-qawwa tal-folol prezenti llum fil-Belt Valletta, ghandha sservi bhala kejl importanti ghal dawn l-unjins sabiex jaraw x’sahha ghandu jkollu “it-tieni pass” taghhom.

Fid-dawl ta’ dan kollu hija haga ferm naturali ghal kull Malti u  Ewropew li tkun imsejha protesta nazzjonali f’sitwazzjoni fejn:

• il-hlas ghall-ilma u d-dawl huwa l-oghla fl-Ewropa

• l-gholi tal-hajja f’Malta huwa t-tieni l-oghla fl-Ewropa

• il-Gvern l-ewwel jiddeciedi wahdu, u wara lil jkun gjà ddecida, jlaqqa’ l-korpi kostitwiti

• il-Gvern huwa nieqes bil-kbir mill-kuxjenza socjali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Mostly Cloudy Sunny / Wind Sunny Sunny Sunny
26C 29C 28C 28C 29C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura