Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Qormi fil-kwarti tal-finali bla tahbit

E-mail Print PDF
img_7054Qormi kkwalifikaw ghal kwarti tal-finali tal-U Bet FA Trophy b’hames gowls fit-tieni taqsima, bla wisq tahbit wara li kienu sofrew gowl fl-ewwel taqsima.  Huma skurjaw hames darbiet fit-tieni taqsima biex svugaw ir-rabja taghhom b’azzjonijiet veloci u perikoluzi tul it-taqsima kollha.  Il-bidu tal-partita filfatt kien xi ftit sorprendenti mhux biss minhabba l-gowl tas-St Patrick imma wkoll minhabba it-traskuragni evidenti tal-Qormin.  Imbaghad fil-51 minuta Qormi ghamlu zewg sostituzzjonijiet li ttrasformaw it-tim u gabu r-rizultat mixtieq.
Il-protagonista tal-partita kien Effiong, ghal kuntrarju tas-soltu meta jkun Camilo l-eroj ta’ Qormi.  It-tliet gowls tieghu f’erba’ minuti certament ituh il-mertu ta’ dan it-titlu.

St Patrick kkrollaw wara t-tieni gowl kontra d-determinazzjoni tat-tim tal-Premier.

Kien wara 14-il minuta li sorprendentement it-tim ta’ Haz-Zabbar, St Patrick mar fil-vantagg meta pass ta’ Faella lejn DANIEL MILOVANOVIC li avvanza mil-lemin u fajjar xutt b’sahhtu li gheleb lil gowler Camilleri li kien qed jirritorna bejn il-lasti ta’ Qormi wara assenza twila.

Fit-18-il minuta xutt ta’ Camilo fil-baxx u l-gowler Mercieca salva.  Erba’ minuta wara Bartolo ghal Qormi qassam fil-baxx lejn Camilo li x-xutt tieghu ghadda barra.

Man-nofs siegha loghob freekick ta’ Farrugia ghal Qormi u l-gowler Zabbari Mercieca salva tajjeb.
Fit-33 minuta kross ta’ Bartolo u daqqa ta’ ras ta’ Effiong, jerga’ jsalva l-gowler Mercieca, din id-darba, bl-ghajnuna tal-lasta.  Sa tmiem l-ewwel taqsima Qormi komplew jaghfsu ghal gowl tad-draw minghajr ma kienu wisq perikoluzi.

Wara l-mistrieh Qormi bdew baraxx twil ta’ attakki bi premju ta’ hames gowls.  Fit-53 minuta pass fil-baxx ta’ Giglio u l-gowler Mercieca hareg minn postu bla ma ha l-ballun li kien destinat ghal gewwa, izda Mifsud salva fuq il-linja.  Hames minuti wara Camilo qassam lejn STEVE MEJLAK li b’xutt b’sahhtu kiseb id-draw meritat ghal Qormi.

Fit-68 minuta Qormi jmorru ghall-ewwel darba fuq quddiem.  Kross ta’ Pisani mix-xellug, indecizjoni fid-difiza tas-Saints, approfitta ALFRED EFFIONG u bir-ras ghamilhom 2-1.

Fis-70 minuta kross ta’ Mejlak, dahal ALFRED EFFIONG li anticipa lil gowler Mercieca bir-ras ghat-tielet gowl Qormi.
Appena minuta wara,  fil-71 minuta u li skor isir 4-1.  Freekick ta’ Grima u daqqa ta’ ras ohra ta’ ALFRED EFFIONG tipproduci hat-trick ghal dan il-plejer.
Fid-79 minuta STEFAN GIGLIO issigilla r-rebha Qormija b’xutt b’sahhtu minn barra l-kaxxa li ma ta ebda cans lil gowler Mercieca jsalva.

Fit-83 minuta Camilo wahdu quddiem il-gowler Mercieca ra lil dan il-gowler icahhdu minn gowl personali u s-sitt wiehed ta’ Qormi.
Fl-84 minuta xutt ta’ Giglio li Mercieca salva bl-ghajnuna tal-lasta.

ST PATRICK: Mercieca, T Farrugia, Mfisud, Faella (Scicluna 57), Sciberras (Massa 77), Gauci, Dimech, Ellul (Tonna 70), Pullicino, J Farrugia, Milovanovic.

QORMI: Camilleri, Pisani, Dos Santos, Sammut, Bondin, Fenech (Mejlak 51), Giglio, Bartolo (Agius 76), Farrugia (Grima 51), Camilo, Effiong.

REFEREE: Clayton Pisani

Skurjaw: Daniel Milovanovic (S) (14 min), Steve Mejlak (Q) (58 min), Alfred Effiong (Q) (68, 70 u 71 min), Stefan Giglio (Q) ( 79 min).

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo