Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Moviment li jibni l-gdid

E-mail Print PDF

Hafna drabi d-diskors politiku f’dan il-pajjiz itendi li joqtol lilu nnifsu, jinstema sterili u li ma jwellidx u li ma johloqx dak li verament ghandu bzonn il-pajjiz, aktar u aktar meta jsir fuq linji purament partiggjani. Ghalhekk hafna drabi dan id-diskors jinstema monotonu u prevedibbli u ma jispirax wisq lin-nies.


Ghajr dawk tac-cirku li tassew tinteressahom il-politika, fuq barra d-dwell politiku jista’ jidher qiesu xi taqbida bejn dawk li ghandhom il-poter u li jaghmlu minn kollox biex jibqghu ggranfati mieghu u dawk li jixtiequh il-poter u li ghandhom il-kliba ghalih ghax ikun zelqilhom minn idejhom.

Minn ftit tax-xhur ilu ‘l hawn, l-affarijiet qieshom bdew jiccaqilqu harira f’direzzjoni kemmxejn differenti, fis-sens li billi dak li jkun jimmilita f’partit, ma jfissirx li ghandu jaqbel mieghu f’kollox.


Billi qatt ma tkun ivvutajt ghal partit partikolari, ma jfissirx li m’ghandekx taghti widen ghal dak li ghandu xi jghid minghajr ma mohhok ikun imtaqqal b’hafna pregudizzji. Illum il-gurnata hawn aktar nies li qed jinfethu ghall-ideat ta’ kull minn johrog bi proposti u b’ideat tajbin, li  disposti jwarrbu l-pregudizzji li gew misqija mit-twelid, imma li mhumiex lesti li joqghodu ghal dak li jiddettalhom partit jew iehor imma joqghodu biss ma’ dak li tiddettalhom ir-raguni.

Il-Partit Laburista mbarka fuq ezercizzju li ghandu jwassal ghal moviment ta’ progressivi u moderati li jghaqqad fih wara ghadd ta’ proposti u ideat, nies li gejjin mill-Partit Laburista ma’ ohrajn li kienu attivi f’partiti politici ohrajn jew li qatt ma kienu attivi fl-ebda partit, Ii madankollu lesti li jahdmu ma’ dawk li ghandhom twemmin differenti, mhux biex isiru bhalhom imma sabiex jintlehqu ghadd ta’ ghanijiet komuni, minghajr hadd ma jitlef l-identità individwali tieghu.

Identità politika
distinta 

Il-kuncett ta’ moviment jista’ jidher wiehed fluwidu ghax jilqa’ fi hdanu persuni bi trobbija politika differenti. Madankollu dan il-moviment xorta jista’ jkollu identità politika distinta billi jkun identifikat ma’ ghadd ta’  ideat u proposti precizi aktar milli ma’ storja jew ma’ xi ideologija politika rigida. Sintendi fix-xhur li gejjin se ssir diskussjoni shiha fi hdan dan il-moviment biex jigu mlahhma u artikolati fid-dettall il-proposti precizi. Min-naha tieghu l-Partit Laburista filwaqt li jrid iservi ta’ katalista u ta’ mutur ghal dan il-moviment gdid, xorta wahda se jippreserva l-identità politika tieghu u dakollu li din tirrapprezenta u li taghmel il-Laburisti kburin.


Min-naha tieghu il-Partit Nazzjonalista jinsab imhasseb mhux ftit b’dan l-izvilupp gdid fix-xena politika Maltija. Il-PN ghadu, u donnu hekk se jibqa’, jemmen fil-politika polarizzata tal-blokki, tal-pregudizzji kwazi ‘razzjali’ u tat-twerwir bil-babaw, bit-tama li n-nies jibqghu fossillizzati fil-politika tal-antik flok jinghaqdu u jahdmu flimkien biex jibnu l-gdid. Il-PN kontinwament jipprova johnoq lis-socjetà civili u jattribwixxi motivi politici partiggjani anki fejn ma jezistux.


Hu mill-kaz tad-dimostrazzjoni li se ssir il-Hadd li gej fit-Triq ir-Repubblika l-Belt dwar il-kontijiet esagerati tad-dawl u tal-ilma.
Ghax il-PL ta l-appogg tieghu ghal din il-manifestazzjoni kif kellu kull dritt li jaghmel kulhadd, in-Nazzjonalisti kemm kemm ma jridux icapsu din id-dimostrazzjoni bil-politika partiggjana, meta fost dawk li qed jorganizzawha hemm propju  unjins bhal MUT li mertu kbir ghall-kredibbiltà taghha ma hasbitix darbtejn taghti ‘hard time’ lill-Partit Laburista meta dan kien fil-gvern.

Politika totalitarja

Meta se jiddecidu li jaqtghuha din it-tattika n-Nazzjonalisti tat-ticpis bil-partiggjanizmu fejn ma jkunx jezisti, bl-iskop li tibqa’ tiddomina politika totalitarja li ‘l barra mill-blokok taz-zewg partiti ewlenin, ma tezisti l-ebda socjetà civili li hi kapaci tqum fuq saqajha u tghid l-affarijiet kif inhuma?! Ghax appena s-socjetà civili, trejd unjins, ghaqdiet ambjentali, huma x’inhuma jferfru ftit gwenhajhom u jlissnu fehmithom, fil-pront jinfethu l-kanuni qalila ghal fuqhom xi kultant b’attakki vili li issa anki nizlu f’livelli baxxi li qatt ma konna rajna bhalhom.

Ikkontibwew ukoll mhux ftit ghal din il-mewga ta’ arja friska fil-politika ta’ pajjizna, ta’ “protestantizmu politiku”, numru ta’ backbenchers Nazzjonalisi li qed ilissnu fil-miftuh in-nuqqas ta’ qbil mal-politika tal-gvern taghhom. Il-kontribut li dawn qed jaghtu ghad-djalettika politika, mhuwiex l-aktar f’dak li ezattament qieghed jimmotivahom f’li qed jghidu jew ghax xi darba jistghu jwaqqghu l-gvern, imma ghax qed isahhu l-idea li partit qatt m’ghandu jaghmel pussess fuq mohh hadd.

U jekk sahansitra d-deputati tal-partit fil-gvern qed jipprotestaw ghal kemm mhumiex stmati u rispettati, kull wiehed u wahda minna ghandu dritt li jaghmel l-istess.

Spicca zmien il-klikek li jiddettaw, li minn go xi ufficcju f’Kastilja jippretendu li jaghfsu l-buttuni u kulhadd irid jobdi ghax altrimenti jibdew l-attakki atroci bis-sniper minn fuq ir-rih tal-Bidnija, inkella bl-ispin taz-zugragi li jidawwru minn Triq San Pawl il-Belt.
L-intelligenza tal-poplu taghna tixraqilha ferm u ferm ahjar.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo