Hafna jafuh bhala l-attur li jinterpreta l-parti ta’ Kristu, ohrajn jiftakruh jimmudella, filwaqt li dan l-ahhar sar sinonimu ma’ partijiet ewlenin li qed ikollu fi produzzjonijiet lokali. Qed nirreferi ghal Carlos Farrugia.
Iltqajt mieghu ghal din l-intervista f’kafeterija f’Tas-Sliema. Ma kinitx l-ewwel darba li ltqajna, ghax fil-fatt lil Carlos ili nafu mhux hazin. Ghandu 33 sena, jghix il-Belt, u bhala xoghol huwa bejjiegh fuq il-Monti. Huwa wkoll id-direttur ta’ Freespirit Acting Drama Group. Ihobb jiddedika ftit hin minn hajjtu ghall-qari, cinema, socialising, u meta jsib ic-cans isegwi l-futbol. Filfatt bhala tim lokali jzomm mal-Belt, u bhala tim barrani mal-Juventus.
Carlos jikkunsidra lilu nnifsu pozittiv, filwaqt li jhobb jara t-tajjeb f’haddiehor. Mhux hekk biss, izda jsostni li jhobb johrog it-tajjeb minn persuni ohra sabiex ihossuhom ahjar. Jghid li huwa perfezzjonist u estremist fl-istess waqt. “Meta nkun ser naghmel xi haga, trid tkun tajba inkella naghzel li ma naghmel xejn. M’hemmx triq tan-nofs. Meta qed nghid perfezzjonist u estremist, irrid infisser li jekk tigi fil-kamra tieghi, ssibha maqluba ta’ taht fuq. Però min-naha l-ohra meta nidhol ghal xi bica xoghol konnessa ma’ drama, dejjem nimxi targa targa, u nkun irrid kollox perfett. Bhala karattru, jien maghluq fija nnifsi”, beda jiddeskrivi ruhu mieghi Carlos.
Minn mudell ghal attur
L-avventura ta’ Carlos originarjament bdiet bis-sahha tal-immudellar. Hallejt f’idejn Carlos biex jirrakkuntali preciz. “Bdejt nimmudella b’kumbinazzjoni. Kelli sbatax-il sena, u dan gara waqt il-funeral tan-nanna. Kien hemm persuna li avvicinatni u qaltli kemm ratni liebes smart. Kien heggigni nibda nimmudella. Ftit wara kont qed naqra magazin lokali, fejn kienu qed jirreklamaw li jridu xi mudelli. Tista’ tghid li minn hemm ‘l quddiem infethet it-triq ghalija”, beda jirrakkontali.
Fil-fatt minn hemm ‘l quddiem jispjega li bdew isehhu anki successi, reklami, u rebh f’konkorsi tal-immudellar. Gara li xi snin wara, waqt show tal-imudellar, kien osservah persuna ohra li heggitu jinterpreta l-parti ta’ Kristu ghal xi videos tat-tigijiet. Minn hemm, persuna ohra kienet heggitu biex jibda jahdem drammi tal-passjoni. Accetta, u ghall-ewwel darba tieghu kien mar tajjeb. It-tieni ferm ahjar. L-opportunijiet qatt ma waqfu, u beda anki jinterpreta l-parti ta’ Kristu fl-Istitut Kattoliku. Beda anki jiehu sehem f’pantos, kummiedji, u drammi, filwaqt li kien anki attenda xi korsijiet barra minn Malta relatati ma’ drama.
Peress li Carlos huwa Belti u ilu jghix il-Belt sa mit-twelid, staqsejtu jikkunsidrax il-fatt li ‘l quddiem imur jghix barra l-Belt. “Kieku staqsejtni din id-domanda meta kont izghar kont nghidlek zgur li le. Illum tant ghandi hajti mpenjata, li nghidlek iva nikkunsidra li mmur nghix go post aktar rilassat u ‘l boghod mill-Belt. Però, zgur li ma ninsa qatt min jien u minn fejn jien”, tbissem jghidli.
Minhabba xoghlu, Carlos ta’ kuljum ikollu jarma u jzarma l-post u l-affarijiet li jbiegh. Staqsejtu jekk dan il-fatt idejqux u jekk wara kollox jikkunsidrax il-fatt li jbiddel xoghlu ma’ xi xoghol iehor.
“Trabbejt il-Monti minn mindu kont tifel. Kont immur ma’ missieri u hija. Allura nista’ nghid li kbirt fih. Il-holm tieghi ma kienx li nahdem hekk. Filfatt kont hdimt go ufficini u ggennint fl-gheluq. Minix it-tip ta’ persuna li nitkahhal mal-kompjuter. Jien persuna li nhobb u nfittex il-libertà, u nemmen fil-libertà ta’ kull individwu. Il-Monti nhoss li jtini certa libertà”, sostna Carlos filwaqt li fissirli li l-kuntatt man-nies joghgbu wisq.
Fuq l-istess nota, staqsejt lil Carlos jekk jahsibx li jmorru xi tfajliet apposta l-Monti jixtru minn ghandu, biex jghidu kellmuh. Indunajt li beda jhossu skomdu jwiegeb, “Antipatka l-bicca. Imma iva gieli gew jixtru underwear minn ghandi u jghiduli niffirmalhom. Napprezza ghax b’hekk nghid li verament qed japprezzaw it-talent tieghi. L-importanti li ma jkunux gew ghal Carlos, izda ghal dak li ninterpreta f’karattri ohra. Niehu gost anki b’kummenti ghax b’hekk ikunu qed jurini li qed isegwu l-progetti tieghi”, wegibni Carlos.
Missjoni fil-Brazil
Lura fis-sena 2003, Carlos kien ghamel xoghol ta’ volontarjat fil-Brazil, fejn kien dam seba’ gimghat. B’hekk tlabtu jirrakuntali din l-esperjenza sabiha. “Kienet holma, filwaqt li jien nemmen li dawn l-esperjenzi jaghzluni huma, mhux jien. Kont gbart leaflet minn knisja, fejn kienu qed isejjhu voluntiera jitilghu l-Brazil. Kont thajjart, u l-grupp tieghi bdejna norganizzaw serati, bejgh ta’ figolli, u fund-raising iehor. Fil-Brazil esperjenzajt il-faqar materjali u anki spiritwali, fejn tara tfal jigu anki misruqa. Minn din l-esperjenza tghallimt hafna. Fejn qabel kont ingerger jekk ma jkollix platt ikel tajjeb, illum anki b’bicca hobz nikkuntenta ruhi”, fissirli Carlos.
L-aqwa attur f’parti principali
Is-sena 2007 fissret hafna ghal Carlos, hekk kif gie onorat bl-award ghall-aqwa attur f’parti principali fil-Malta Television Awards. “Dakinhar fissret hafna ghalija, fejn rajt is-sagrificcji kollha li ghamilt matul is-snin. Min jaf kemm tlift hrug, xoghol u qattajt sighat ta’ studju nistudja ghad-drama. Hemm rajt il-veru sagrificcji, trasformati f’success wiehed”, wegibni Carlos.
Hawnhekk anki urieni l-veru passjoni tieghu lejn diversi karattri li jinterpreta waqt rectar. Filfatt sabiex kien jahdem il-parti ta’ Kristu, kien tela’ apposta Izrael, sabiex jara kull pass ta’ Kristu. “Kont osservajt, rajt u missejt ma’ diversi postijiet li kien ghadda minnhom Kristu. B’hekk stajt indahhal lili nnifsi aktar fi stampa cara. Tant iehor naghmel ghal partijiet ohra li nkun ser nahdem”.
Mistoqsi dwar jekk jigi offrut jahdem xena b’parti intima ma’ ragel iehor, jaccettax jew jekk jirrifjutax. Bla tlaqliq ta’ xejn, Carlos wegibni li digà hadem parti simili. “Gieli ghamiltha, ghalkemm ma kellix xeni ta’ bews, izda nista’ nghid li kelli parti ta’ gay rieqed f’sodda ma’ attur iehor. Bhala attur naccetta li nahdem partijiet simili, sakemm il-produzzjoni tkun wahda tajba. Ma nsib l-ebda oggezzjoni”.
Freespirit Acting
Ma’ Carlos tkellimt ukoll dwar il-grupp teatrali tieghu – Freespirit Acting. Ilha lloncjata minn Awwissu 2008. Kif fissirli Carlos din hija hajjtu – mdawwra mat-teatru. “Aktar milli hija skola tad-drama, Freespirit torganizza anki spiritual seminars. Finalment bniedem jiskopri min hu verament. Jien dejjem insostni li t-teatru huwa tfittxija tieghek innifsek, bis-sahha tal-karattri li tkun qed tinterpreta. Freespirit kienet holma li xtaqt nohloq ghal hawn Malta.
Mhux biss kors tad-drama, izda li jinkludi fih workshops, u meditazzjoni. Fl-ahhar mill-ahhar l-iskop huwa li l-bniedem johrog mill-qoxra tieghu.
Rajt hafna persuni jinbiddlu bis-sahha tal-kors.
Kelli kaz ta’ tfajla li kienet dejjem imsakkra fil-kamra taghha u spiccat libera. Genituri jirringrazzjawni, jghiduli kif bdilt lit-tifel taghhom ghall-ahjar. Norganizzaw drammi profondi li jikkoncernaw suggetti varji, fejn anki jaghtu opportunità lill-udjenza jghidu taghhom. Niltaqghu gewwa St Venera, u bhalissa ghandi madwar tlett mitt student. L-izghar ta’ erba’ snin, filwaqt li l-ikbar student ta’ 52 sena”, spjegali b’certu passjoni Carlos.
Bhala progetti futuri, Carlos gharrafni bi produzzjoni gdida tieghu bl-isem “Tamara”. Din hija produzzjoni ghal zmien ir-Randan b’differenza fejn bhalissa qed jahdmu hafna fuqha. “Tamara” ser tittella’ fis-27 u 28 ta’ Marzu 2010 fis-City Theatre, l-Belt Valletta. “Kelli holma li ta’ 33 sena, ntella’ dramm tal-Passjoni b’differenza. Holma li dalwaqt issehh realtà. Nista’ nghid li ser ikun dramm tal-Passjoni b’sahhtu, u b’atturi stabbiliti. Isimghu minni, titilfuhx”.
Fuq nota differenti mill-hajja tieghu ta’ attur, staqsejt lil Carlos kif normalment iqatta’ tmiem il-gimgha tieghu. “Normalment indur max-schedule tieghi, jiddependi skond jekk ikollix filming. Izda nhobb inqatta’ l-hin billi niltaqa’ ma’ xi hbieb, nara film ic-cinema, jew nattendi ghal xi produzzjoni teatrali fejn wara ssibni niddiskutieha waqt xi tazza nbid f’xi winebar”.
Staqsejtu wkoll xi jfittex minn tfajla. “Nammetti li m’ghandix hajja facli biex tghix mieghi peress li jien kreattiv u dejjem nara x’se nivvinta. Min jaccettani, irid jaccettani jien kif jien. Iddejjaqni hafna l-ghira. Tfajla toghgobni wahda ambizzjuza”, wegibni Carlos.
Tlabtu l-opinjoni tieghu dwar it-tattoos u fuq kollox jekk ghandux xi wahda mpingija hu stess. Fil-fatt stqarr mieghi li ghandu wahda u li ilu li ghamilha minn mindu kellu sbatax-il sena. “Ghalija hija forma ta’ arti. Il-bicca li ghandi jiena tinsab f’post li ftit li xejn jarawha”, tbissem jghidli Carlos.
Il-preferenza ghal Carlos fi tfajla. Tfajla kwieta u bil-ghaqal, jew tfajla helwa u fuq taghha? “Ikolli naghzel, naghzel tahlita ta’ dawn l-aggettivi kollha li semmejtli.
Kwieta zzejjed tkun boring ghalija, izda fuq kollox l-importanti ghalija l-fiducja u r-rispett”.
Finalment tlabtu l-opinjoni tieghu dwar il-pornografija tal-kbar, u jekk jaqbilx mac-censura taghhom. “Din li wiehed joqghod jinheba wara subajgh li qatt ma ra films ta’ dawn it-tip, ma tinzillix. Illum bl-internet wiehed isib xalata. Naqbel li ghandu jkun hemm rating age. Izda jekk bniedem huwa matur bl-età tieghu, ghandu jkun liberu jara li jrid. L-istess haga ghal xi haga teatrali erotika.
Tkun taf minn qabel x’sejjer tara. L-importanti li ma jkunx hemm tfal involuti”, temm jghidli Carlos, filwaqt li komplejna nixorbu l-inbid li kellna quddiemna.
Din l-intervista saret gewwa ‘The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

| < Prev | Next > |
|---|








