Monday
Sep 06th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Privatizzazjoni tat-Tarzna

E-mail Print PDF

isfel_nett_tidher_ix-xatba_li_qed_tifred_it-tarzna_mill-moll_li_l-ministeru_ta_gatt_nieda_fawwissu_li_ghadda_minghajr_ebda_permessi_tal-mepa_il-krejnijiet_qeghdin_fuq_in-naha_l-hazina_tax-xatbaIt-Tarzna ta’ Malta bhalissa ghaddejja minn taqlib li qatt ma rat bhalu. Bhal donnu diehla f’fazi ohra tal-istorja taghha. Matul is-snin, l-akbar zewg fazijiet li ghaddew minn fuq it-Tarzna kienu meta serviet ta’ mutur ghall-flotta Ingliza fil-Meditterran, imbaghad meta  serviet ta’ azjenda nazzjonali mmexxijja minn gvernijiet li kellhom pjanijiet differenti ghaliha. Kien hemm ukoll il-perijodi qosra  meta t-Tarzna tmexxiet fuq bazi kummercjali minn kumpanniji Inglizi, bejn l-1959-1963 meta tmexxiet minn Baileys Limited u bejn l-1963-1968 meta tmexxiet minn Swan Hunter. Il-pjan tal-gvern bhalissa huwa li jigu privatizzati erbgha partijiet differenti tat-t-Tarzna.

Offerti

Dan il-process tal-privatizzazzjoni qed jitmexxa mill-Ministeru tal-Finanzi, bl-ghajnuna tal-MIMCOL, li hija agenzija ta’ konsulenza fl-istess Ministeru. Jidher li s’issa, l-offerta preferuta ghall-parti tat-Tarzna fejn issir it-tiswija tal-vapuri fuq ix-xaqliba ta’ Bormla, hija dik ta’ Palumbo Spa., li ghandha t-tarznari taghha f’Napli u Messina. F’dawn it-tarznari Palumbo jsewwu, jibnu, jikkonvertu u jaghmlu manutenzjoni ta’ vapuri u anki jimmanifatturaw.

Il-parti tat-Tarzna f’Manoel Island, fejn isir ix-xoghol fuq il-jottijiet, jidher li se tinghata lill-Manoel Island Consortium.

Iz-zewg partijiet l-ohra, dik tas-Superyachts li tigi f’Bacir numru 3 u dik tal-bini tal-vapuri fl-eks Marsa Shipbuilding, ghadu mhux car f’idejn min se jkunu qed jghaddu. Palumbo u l-Manoel Island Consortium inghaqdu flimkien biex tefghu offerta ghal Malta Superyachts, wara li l-4 offerti li saru qabel, minn dawn iz-zewg entitajiet b’mod individwali, minn Melita Group u minn Hili Group ma gewx meqjusa ta’ livell sodisfacenti.

Rigward ghand min tista’ tghaddi l-eks Marsa Shipbuilding, l-affarijiet ma tantx huma cari. F’Gunju li ghadda l-Valletta Gateway Terminal dehru li kienu l-aktar preferuti li jiehdu it-tarzna tal-Marsa f’idejhom. Madankollu, f’Jannar li ghadda, il-Ministru Fenech bi twegiba ghall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Leo Brincat, kien stqarr li t-tahditiet rigward din il-parti tat-tarzna kienu ghadhom lura.

Trasparenza

Dwar dan is-suggett KullÓadd tkellem ma’ Sammy Meilaq, li ghal tnax-il sena serva ta’ Chairman tal-Kunsill tat-Tarzna. Illum jahdem ta’ shipwright u huwa l-President tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-GWU. Is-Sur Meilaq insista fuq kemm hu importanti li f’gieh it-trasparenza li wieghed il-Prim Ministru Gonzi qabel l-elezzjoni li ghaddiet, li l-Gvern irressaq quddiem il-Parlament u jippubblika l-ftehim li se jkun qed jaghmel mal-kumpanniji li se jiehdu t-tarzna f’idejhom.

Din il-gazzetta ippruvat tiehu l-kummenti tal-ekonomista John Cassar White, izda dan hass li fid-dawl tal-fatt li huwa kien Chairman tal-Malta Shipyards, ma kellux jghaddi kummenti dwar dan is-suggett. Fl-1996 Cassar White kien gie kkummisjonat jaghmel rapport  dwar il-qaghda finanzjarja u kummercjali, u dwar is-sistemi ta’ tmexxija mhaddma mit-tarznari. Huwa serva ta’ Chairman tal-Malta Drydocks, u wara, tal-Malta Shipyards ghal diversi snin. Huwa rrizenja minn din il-kariga f’Jannar tal-2008. Fl-2007 Cassar White kien gie rapportat jghid li “hija realtà li twegga’ li f’hafna kazijiet, iktar ma kien ikun hemm xoghol fit-Tarzna akbar kien ikun it-telf li ggarrab.”

Telf

Id-differenza fit-telf li garrbet it-Tarzna bejn is-snin 1996 u 2009 hija wahda kbira. Fl-1996 it-Tarzna rregistrat telf ta’ 70.764 miljun ewro, filwaqt li s-sena li ghaddiet it-tarzna ghamlet telf ta’ 15.5 miljun ewro. Nistghu nghidu li f’dawn l-ahhar erba’ snin hafna mit-telf kien kawza tal-kuntratt tal-Fairmount, li skont PriceWaterHouseCoopers ikkawza telf ta’ 37 miljun ewro, filwaqt li skont rapport li harget il-GWU, meta wiehed iqis l-overruns, it-telf minn dal-kuntratt kien ta’ madwar 80 miljun ewro.

Fl-2007 it-Tarzna kien irnexxielha tirregistra qliegh ta’ 5.3 miljun ewro fuq tiswijiet ta’ vapuri, imma mill-conversion tal-Fairmount biss f’dik is-sena tilfet 24 miljun ewro. Kienet tilfet ukoll  tmien miljun ewro ohra fuq xoghol  ta’ conversions ohrajn.

Mill-bidu tas-snin elfejn kien hemm bidla fil-policy tat-Tarzna, u minn hidma ffukata fuq tiswija tal-vapuri, kif kien gie suggerit qabel mir-rapport Appledore, kien hemm il-hsieb li jkun diversifikat ix-xoghol f’oqsma marbuta mal-industrija ghat-thaffir taz-zejt, bini ta’ barges, u xoghol fuq cruise liners.

Jidher bic-car li l-kuntratt Fairmount kien fih hafna intricci u spicca jizbilancja l-kontijiet tat-Tarzna mhux ftit. Dan jixhdu l-fatt li meta t-tanker IKDAM kien goe konvertit f’PFSA (bastiment li jipproduci, jahzen u jgorr il-gass u z-zejt) fl-2001, ma kien registrat l-ebda telf minn dan il-kuntratt. Dan jikkonferma wkoll li fil-progett tal-Fairmount, zgur li mhux il-haddiema li kienu jahtu ghat-telf li garrbet it-tarzna.

GWU

Quddiem dan ic-caqliq li qed isehh, interessanti wiehed jara  kif se tkun qed tagixxi l-GWU. Fejn qabel kellek sitwazzjoni li s-sid kienwiehed, il-Gvern, issa se jkollok sitwazzjoni fejn l-operaturi privati tat-Tarzna jistghu ikunu aktar minn wiehed u m’huwiex car kif se jkunu qed jinqasmu l-haddiema. Matul dawn l-ahhar snin is-sahha tal-haddiema naqset, ghaliex naqas l-ammont ta’ haddiema, u kienu r-rapprezentanti stess tal-haddiema li accettaw friza fuq il-pagi, xoghol bix-xift u kundizzjonijiet ohra, biex jikkollaboraw fit-tibdil li kien hemm qbil fuqu.

“Qaflu” l-krejnijiet

Jekk bhalissa wiehed imur l-Isla, u jitla’ fejn is-sur biex jigi jhares fuq il-Bacir Numru 2 u l-ex-Boiler Wharf, jara li hemm tliet krejnijiet li “nqaflu” wara l-grada (ara r-ritratt) minhabba l-bulldozing ta’ Austin Gatt. Dawn il-krejnijiet ma jistghux jintuzaw mit-Tarzna jekk dil-grada tinzamm maqfula. Din il-grada ttellghet biex tifred iz-zona tat-Tarzna, mill-moll il-gdid li l-Ministeru ta’ Austin Gatt nieda f’Awwissu li ghadda. Moll li sar bl-iskop li jitrakkaw il-cruise liners.  Imma l-Awtorità Maltija ghat-Turizmu kienet iddeskrivet dan il-moll bhala mhux xieraq biex jilqa’ t-turisti fih.

Dan il-moll sar kollu minghajr il-permessi tal-MEPA, u b’hekk wiehed jista’ jimmagina kemm kien hemm hsieb rigward caqliq tat-taghmir tat-Tarzna u l-uzu tal-eks Boiler Wharf innifsu.

Il-Gvern m’huwiex car fil-pjanijiet li suppost ghandu dwar l-uzu ta’  Baciri Numru 1 u 2. Jista’ jkun li fil-verità ghad m’ghandu l-ebda pjan. Il-weghdi u l-kontradizzjonijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ Bacir Numru 1 jistghu jixhdu dan.

Sakemm xejn ghadu ma gie konkluz b’mod finali mal-ebda wiehed mill-offerenti, wiehed ma jistax jghid kif il-privatizzazzjoni se tincidi ezattament fuq l-operat tat-Tarzna fl-erbgha taqsimiet taghha li se jghaddu ghand il-privat.  Hemmhekk wiehed ikun jista’ jara jekk il-prattici tax-xoghol fit-Tarzna, ladarba tigi privatizzata, humiex se jkomplu jrewhu u jippompjaw ix-xoghol prekarju f’pajjizna. Nistennew u naraw.

Xoghol ikkaratterizzat minn nuqqas ta’ kundizzjonijiet tajba tax-xoghol, haddiema b’kuntratti ghal perjodi qosra ta’ zmien u diversi sistemi ohra li hafna mis-sidien draw juzaw biex b’ingann jghaddu mit-toqob tal-ligi tax-xoghol.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Mostly Sunny Mostly Sunny Sunny / Wind
24C 31C 32C 30C 29C
Mon Tue Wed Thu Fri

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura