Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

B’wiehed flok hamsa

E-mail Print PDF

3980873682_3ef400486cF’dawn l-ahhar sentejn rajna l-Oppozizzjoni tuza l-Parlament b’mod aktar haj u effettiv. Rajna mumenti fejn il-Gvern kellu jdawwar ir-rotta biex ma jaffaccjax vot fil-Parlament. U rajna mumenti ohrajn fejn kienu l-istess membri parlamentari tan-naha tal-Gvern li hammrulu wiccu.
Fuq kollox l-Oppozizzjoni qeghda tinhass ghax qed tuza l-ghodda parlamentari kollha disponibbli ghaliha, biex f’wicc l-ilma jitla’ dak kollu li l-coterie (kelma ohra ghall-klikka ta’ gewwa fil-Gvern uzata minn wiehed mid-deputati Nazzjonalisti dissidenti), ma jridux li jara d-dawl tax-xemx.

Is-sitwazzjoni fil-Parlament f’din il-legislatura hija ferm differenti minn dik ta’ bejn l-2003 u l-2008. Issa zgur il-Ministru Austin Gatt ma jistax jghid li l-Gvern “ghandu maggoranza ta’ hamsa u jirbah il-vot zgur”, bhalma kien qal f’Mejju tal-2006 meta l-Oppozizzjoni gib-det l-attenzjoni lill-Gvern li kien obbligat jghaddi rizoluzzjoni fil-Parlament biex tigi trasferita l-bicca art kbira fil-Qawra li kellha l-Maltacom lil TECOM Investments.

B’Kabinett izghar u numru mdaqqas ta’ backbenchers “imqarbin”, is-sitwazzjoni prezenti hija ferm delikata ghall-Gvern. Tibdil fil-Kabinett  bqajna ma rajniex.

Jidher li Gonzi xtaq ibiddel aktar, bhal nghidu ahna jaghmel lil Giovanna Debono Ministru tal-Edukazzjoni, izda jidher bic-car li l-vapur m’ghandux il-kaptan bil-par idejn “sodi” li l-magna tal-propaganda Nazzjonalista kienet tat x’tifhem li se jkollna qabel l-elezzjoni. Il-kobba tant thabblet ghall-Prim Ministru, li bhalissa jinhass li qieghed f’labirint li biex johrog minnu qed isibha difficli ferm.

Ordni Permanenti 13

Ghodda uzata fil-Parlament biex tigi sospiza l-agenda tal-gurnata, biex minflok tkun tista’ tigi diskussa tema ta’ importanza pubblika urgenti hija l-Ordni Permanenti Numru 13. Tentattiv biex isir uzu minn din l-Ordni kien sar f’Set-tembru tal-2008, min-naha tal-Oppozizzjoni, dwar “rapporti mhux michuda li fil-Malta Information and Training Services (MITTS) [il- lum MITA] qed issir investigazzjoni fuq diversi persuni minhabba l-fatt li dawn… illijkjaw informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva….”.

Dakinhar l-iSpeaker hass li ghalkemm il-kaz kien jimmeritah l-urgenza, kien iddecida li ma kienx ikun jaqbel li jkun diskuss min-habba li kien ghad hemm investigazzjonijiet pendenti dwar il-kaz.

Imma fis-27 ta’ Jannar li ghadda, l-Ispeaker Louis Galea hasibha mod iehor ghaliex accetta talba tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat biex ikunu sospizi l-ordnijiet tal-gurnata biex tigi diskussa l-kwistjoni tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara u l-htiega li Dr. Gonzi u l-MEPA jipposponu l-laqgha li kelllha ssir l-ghada fejn eventwalment inhareg il-permess ghall-bini tal-estensjoni tal-Power Station f’Delimara. L-iSpeaker accetta din it-talba tal-Oppozizzjoni u alloka siegha ghal dan id-dibattitu ghaliex hass li t-tema kienet wahda ta’ importanza pubblika urgenti, avolja nsista li fuq dan id-dibattitu ma kellux jittiehed vot.

Mozzjonijiet

F’din il-hdax il-legislatura kienu diversi l-mozzjonijiet li poggew pressjoni fuq il-Gvern, min-naha tal-Oppozizzjoni. Il-progett li kien mahsub li jsir fl-Annex tal-Katidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta, huwa ezempju car ta’ dan. Permezz ta’ mozzjoni Parlamentari, f’Jannar 2009, l-Oppozizzjoni talbet biex “il-Gvern jintervjeni immedjatament biex jirrevoka l-appogg tieghu lill-imsemmi progett kif prezentat, u minflok jippromwovi l-ghazla ta' bini jew binjiet ohra fil-Belt Valletta biex jigu restawrati ghall-iskop ta' estensjoni jew estensjonijiet tal-Muzew tal-Kon-Kattidral...”.

Permezz tal-pressjoni maghmula minn ghaqdiet tas-socjetà civili, u anki bil-pozizzjoni li kien ha d-Deputat Nazzjonalista, Jeffrey Pullicino Orlando, il-Gvern kien beza’ jmur ghall-vot b’maggoranza ta’ siggu wiehed. Dakinhar stess li kellha tkun diskussa l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni, kienet inharget stqarrija kongunta bejn l-Arcisqof Cremona u l-PM Gonzi li biha kien gie irtirat dan il-progett.

Kaz simili ghal dan tal-Katidral kien meta l-Oppozizzjoni, f’Jannar li ghadda, ressqet mozzjoni biex Artiklu 355A tal-Kodici Kriminali li jaghti d-dritt lill-persuni arrestati li jikkonsultaw mal-avukat taghhom qabel ma jibda l-interrogatorju mill-Pulizija, jidhol fis-sehh permezz ta’ avviz legali fi zmien 30 gurnata. Ftit sighat wara li giet ipprezentata l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni, il-Gvern mill-ewwel hareg jghid li kien sejjer jaghmel dan fl-10 ta’ Frar wara li kien ilu seba’ snin jahsibha. Sintendi r-raguni vera ghal dan kienet li Dr. Gonzi ma riedx li din il-kwistjoni tmur quddiem il-Parlament u d-Deputat Nazzjonalista l-Avukat Franco Debono jispicca jaqbel mal-mozzjoni tal-Oppozizzjoni.


L-imqarbin tan-naha ta’ wara

Fil-klassijiet tal-iskola hemm il-fama li min joqghod fil-bankijiet ta’ wara jkun imqareb. Aktar ma jghaddi z-zmien minn fuq din il-legislatura, aktar qed naraw backbenchers tan-naha tal-Gvern igibu ruhhom ta’ “imqarbin” fil-Parlament u barra minnu. L-aktar imqareb fost l-imqarbin jidher li huwa d-Deputat Franco Debono. Kontinwament bhal donnu irid jaghti sinjal li bhala deputat parlamentari, l-akbar rabta li ghandu hija lejn dawk li tellghuh fil-Parlament u mhux lejn il-partit li gej minnu u li tela’ f’ismu.

Debono gej minn naha ta’ Malta tahraq bhalissa, zona ta’ Malta fejn id-dhahen m’humiex neqsin u dal-gvern irid li jkompli jzidhom bi 11,315 tunellata ta’ skart tossiku fis-sena mill-estensjoni tal-power station ta’ Delimara. Dil-gimgha stess fil-Parlament Debono qal li “hadd m’hu se jaghlaqli halqi”. Din is-sitwazzjoni qed tinholoq minhabba li l-interessi tal-partit fil-Gvern qed imorru kontra l-interessi tan-nies, u deputati bhal Debono qed ihossu li l-kostitwenti taghhom jigu qabel l-interessi tal-klikek. Ovvjament, qatt ma jonqos l-element ta’ protagonizmu li fil-politika issibu dejjem, u jaf ifisser l-binja tal-istatura tal-politiku nnifsu jew inkella it-tkissir tieghu.

Ohrajn li tkellmu b’qawwa kontra l-mod kif qed jagixxi l-Gvern taghhom stess kienu Jesmond Mugliett dwar il-kwistjoni tat-trab l-iswed li qed tolqot ukoll lir-residenti tan-nofsinhar ta’ Malta, u aktar recenti kien it-tabib tal-familja Jean Pierre Farrugia li fil-Parlament wera li l-qasam tas-Sahha mhux qed jittiehed bis-serjetà bizzejjed quddiem ir-realtajiet li ghaddejjin minnhom il-familji.

Il-Parlament huwa il-Poplu

Din hija legislatura iebsa ghall-partit fil-Gvern. Michael Falzon, eks-Ministru Nazzjonalista stqarr dan l-ahhar li “qisu wara li l-pajjiz dahal fl-Unjoni Ewropea, waqfu l-aspirazzjonijiet kollha…” ghal dan il-Gvern. Jinhass li dan il-Gvern m’ghandux raguni ghalfejn jezisti.

Interessanti wiehed jara kif se jizvolgu l-affarijiet wara l-protesta li se tittella’ mill-GWU u l-Forum Unions Maltin, nhar il-Hadd 28 ta’ Frar, hekk kif fil-bidu ta’ Marzu se jkun qed jittiehed vot fil-Parlament dwar it-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma. Ta’ min wiehed jara jekk hux se jkun hemm xi tip ta’ konvergenza bejn dak li qed ihambqu fuqu l-korpi kostitwiti u t-triq li se jkun qed jiehu l-Gvern. Jidher li dan hu li jista’ jkun se jiddetermina jekk l-“imqarbin” fil-Parlament joqoghdux kwieti, jew inkella jsirux imqarbin izjed.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo