Il-personalità tal-lum nista’ nghid li laqqaghni maghha Deo Grech. Gieli kont inzertajtha tahdem f’xi dramm televiziv, u gieli smajtha fuq ir-radju. Dan l-ahhar stednitni wkoll ghal intervista fuq il-programm tar-radju taghha. Hadt gost hafna, ghax ghall-ewwel darba tieghi, nista’ nghid li gejt intervistata fuq ir-radju bis-sahha taghha. Ghamilt kuntatt maghha, u ftehmna li niltaqghu d-dar taghha fil-Birgu, propju ghal din l-intervista. Qed nirreferi ghal Angela Coleiro – vuci mahbuba wisq mas-semmiegha taghha fuq Radju Super 1.
Angela ghandha 42 sena, tghix il-Birgu u hija single. Missierha Malti, ommha Ingliza u nannuha Belgjan – mhux ta’ b’xejn Angela ghandha dehra gingrija!!! Thobb tirrecta, tpingi, issajjar u tikteb ukoll xi scripts ta’ plays u poeziji. Dilettanta tal-festi kollha, inkluz il-Milied bit-tizjin li jgib mieghu u l-festi pubblici kollha. Angela jdejjquha persuni negattivi u li jithassru lilhom infushom. “Jiena ghaddejt minn hafna affarijiet f’hajjti, u nista’ nghid li bqajt nissielet. Naghzel li nkun f’kumpanija ta’ nies pozittivi”, bdiet tghidli dwarha Angela.
Tipprezenta fuq ir-radju
Fil-prezent Angela taghti kontribut fuq Radju Super 1 bil-programm taghha. B’kollox ilha tahdem fuq ir-radju ghal dawn l-ahhar 14-il sena. “Bdejt ma’ Radju Malta fejn kont nipprezenta programm taz-zghazagh peress li dak iz-zmien kont ghadni zaghzugha”, infurmatni b’dahqa Angela. Ftit snin wara kien fetah Radju Super 1 u hekk bdiet l-avventura taghha fuq dan l-istess radju sal-gurnata tal-lum.
Il-programm taghha igib l-isem “Mill-Qrib”. Jittratta intervisti ma’ diversi personalitajiet, fejn Angela tidhol hafna fil-qrib taghhom bid-domandi taghha. Jixxandar live ta’ kull nhar ta’ Tlieta fuq Radju Super 1 bejn 10pm u 12am.
Mitluba tiddeskrivi lilha nnifisha, Angela sostniet li hija persuna pozittiva u li thossha nbiddlet minn mindu qabzet l-erbghin. “Sirt niehu l-hajja aktar kif inhi, sirt aktar kalma u spontanja. Fis-sens jekk inkun rieqda u jfettili nistenbah xis-saghtejn ta’ filghodu u jkolli aptit xi kafe’ ma’ xi hadd, naqbad incempel lil shabi li nkun naf li ghadhom imqajjmin u nohrog ‘il barra”, spjegatli Angela biex iggibli ezempju ta’ kemm vera hija spontanja u li r-rutina ddejjaqha. Hawnhekk fil-fatt ghamlitieli cara li r-rutina zzommha biss ghall-programm taghha fuq ir-radju.
Kompliet tghidli li saret timxi bl-età, fejn tghallmet hafna minn nies stess. “Meta kont izghar kont nibki. Meta ftit zmien ilu kien miet missieri ma kontx bkejt. Propjament ghax kont ghadni minix nemmen li halliena. Xi tlett xhur wara kont bkejt bikja tajba u strihajt ghax emmint li l-hajja tkompli”.
Iddiskutejt ma’ Angela dwar id-drama. Fil-fatt studjajt mal-MTADA ghal erba’ snin u stqarret li hadet sehem f’diversi kummiedji, kemm ghat-televizjoni u ankifuq il-palk. Hadmet ukoll f’wiehed mill-films ta’ Elio Lombardi.
Minn sorsi nfurmati sew, kont naf li Angela hija habiba kbira tal-kantant Renato. B’hekk tlabtha tikkonfermali dan filwaqt li tghidli aktar dwar il-hbiberija taghhom. “Lil Renato ili nafu minn mindu kelli 17-il sena. Tant ahna hbieb li jahsbuna li ghandna relazzjoni flimkien. Inhobbu hafna, però m’hemm xejn hlief hbiberija specjali. Filfatt nifhmu hafna lil xulxin, li anki nghidu certu affarijiet personali lil xulxin. Mhux l-ewwel darba li nsajjru flimkien, tant li kull nhar ta’ Hadd dejjem inkun mistiedna ghall-ikel id-dar tieghu u ta’ Alison”.
Telqet minn Malta
Ta’ min jghid li Angela kienet ghamlet xi zmien tghix barra minn Malta. B’hekk tlabtha tirrakkuntali aktar fuq din l-avventura taghha.
“Meta kelli kwazi tmintax-il sena, kont inhossni zaghzugha go gagga f’Malta. Ma kont nara l-ebda opportunità u ridt avventura. Kelli xi hbieb Maltin jghixu Amsterdam u kont ftehmt li nitla’ hdejhom ghal hmistax, u gara li tant ghogbitni l-hajja li geddidt is-safra tieghi ghal sentejn. Kull ma kont tellajt mieghi dak iz-zmien kienu mitejn lira Maltin. B’hekk ridt insib xoghol sabiex inkun nista’ nghix. Shabi kienu accettawni maghhom sakemm insib fejn noqghod. Fil-fatt kont sibt xoghol fejn kont nahsel il-platti, imbaghad waitress, u anki kont ghamilt zmien nahdem f’diskoteka nzomm il-bookings ta’ kantanti u zeffiena. Wara xi sentejn nghix l-Olanda, kien avvicinani persuna li offrili kuntratt ta’ xoghol ghal erba’ xhur fi Spanja. Kont accettajt, u b’hekk mill-Olanda sibt ruhi nahdem Spanja. Wara li kienu ghaddew l-erba’ xhur, ergajt kont mort l-Olanda ghal ftit xhur ohra. Lura Malta, kont ergajt iltqajt ma’ habib tieghi Amerikan u li mieghu kienet nibtet imhabba. Wara li kien skadilu z-zmien li joqghod Malta, kellu jerga jmur lura pajjizu f’Gaeta – post vicin Napli. Konna nikkomunikaw bl-ittri u t-telefon. Wara kont ghamilt xi xahrejn nghix mieghu. Gara li l-vapur li kien jahdem mieghu kellu jmur l-Amerka u b’hekk kelli nivvjagga mieghu, fejn kont domt xi sena u nofs nghix l-Amerka”, irrakkontatli Angela filwaqt li dawritni dawra mad-dinja bir-rakkonti taghha.
Illum il-gurnata gieli jiguha tentazzjonijiet biex titlaq tghix l-Ingilterra. Tghid li d-diversità u l-ideat ta’ pajjizi ohra joghgbuha hafna. Ta’ min jghid li Angela taf titkellem sew bl-Olandiz, ghar-raguni li semmejt ftit qabel – peress li kienet tghix ghal xi zmien l-Olanda. Ma marret tistudjah imkien, hlief mill-prattika taghha ma’ shabha u xi kollegi Olandizi.
Matul din l-intervista tieghi ma’ Angela, stajt ninnota li hija persuna energetika hafna. Madankollu hija stqarret li n-nies jahsbuha mferrfxa, izda filfatt hija persuna mimlija energija, ghalkemm issostni li hija persuna misthija hafna.
Iddiskutejt maghha t-teknologija, u skoprejt li fid-dar taghha m’ghandix kompjuter. “Il-kompjuter naf nuzah, izda d-dar m’ghandix. Nemmen li sar jghin hafna, izda fl-istess hin huwa anti-socjali. Ma nisthix nghid li l-anqas naf x’inhu facebook, propjament l-anqas jinteressani. Jiena persuna tan-nies, mhux tat-teknologija”, sahqet Angela.
L-ghajdut kollu dwar Angela
Mit-teknologija, naqleb is-suggett dwar l-ghajdut. Angela tinfexx tidhak. “Nisma’ hafna, fosthom li jahsbu li jiena l-girlfriend ta’ Renato, jew li jahsbu li ghandi tifla ta’ seba’ snin. Nifhem li la jiena esponejt ruhi fil-pubbliku, rrid naccetta kull kumment. Ma niddejjaq xejn, anzi nghid li sinjal li n-nies qed isegwuni”.
Fuq l-istess nota, dwar l-ghajdut, semmejtilha l-kummenti li kien jintqal dwarha li mhix mara u li kienet ragel. Ghal darb’ohra Angela regghet infexxet tidhaq, filwaqt li wiegbet, “Min jaf hux…..hahahaha!!! Tajba din!”.
Fl-ahharnett tlabtha ttini l-opinjoni taghha dwar zwieg bejn l-istess sess. “Ma naqbilx fuq dan it-tip ta’ zwieg, ghalkemm naqbel mas-civil partnership. Izda minix kontra li koppja gay jaddottaw lit-tfal. Jiena nemmen li la single parent kapaci trabbi tajjeb hafna lit-tfal, tant iehor ma nara l-ebda differenza fuq persuna gay li tixtieq trabbi tfal. Minflok l-istess tfal jispiccaw f’istitut, tajjeb li jsibu l-imhabba minghand xi hadd li lest jrabbihom b’imhabba tajba xorta wahda”, temmet l-intervista mieghi Angela, filwaqt li marret tippreparali t-tieni kafà taghna flimkien.

Minn dominic zammit, February 21, 2010
| < Prev |
|---|








