Minn gimgha ghall-ohra jien indur hafna assocjazzjonijiet sportivi u nara l-isforz u s-sagrificcji ta’ hafna volontarji sabiex l-isport taghhom jimxi ‘l quddiem. Hemm ohrajn min-naha taghhom li bl-iskuza li Malta zghira dejjem joqghodu pass lura u jaqtghu qalbhom. Wiehed mill-isport li dejjem gab successi kbar ghal Malta fix-xena internazzjonali bla dubju huwa l-isport tal-Bowling. Sport li ghalkemm jinkludi xi ftit spejjez biex tilghabu, xorta ghandu hafna plejers jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Assocjazzjoni Maltija. Nhar il-gimgha li ghaddiet kont mistieden ghall-prezentazzjoni annwali tat-trofew tal-istagun, bqajt impressjonat bin-numru ta’ plejers li temmew l-stagun b’success. Minn Sue Abela li bla dubju ta’ xejn hija wahda mill-aktar atleti li gabu successi ghal Malta, ghall-izghar atleta. Rajt fihom kollha determinazzjoni biex is-sena 2010 tkun ahjar.
Wiehed pero` jrid jifhem id-diffikultajiet li sport bhal dan hawn Malta jgib mieghu. Bla dubju ta’ xejn id-diffikulta principali hija n-nuqqas ta’ facilitajiet. Minhabba li ghandna post wiehed biss li jakkomoda livell gholi, liema post huwa privat, biex wiehed jitharreg ikollu jhallas rati kummercjali. Barra dak ta’ Paceville, hemm ukoll zewg centri izghar, wiehed fit-tramuntana ta’ Malta u l-iehor f’Ghawdex. Nemmen li wasal iz-zmien li f’Malta jkollna wkoll centru apposta tal-Federazzjoni biex jigu mrawma tfal u zghazagh ghal dan l-isport. Dawn ic-centri ssibhom fil-pajjizi kollha Ewropej, inkluz dawk meqjusa nferjuri minnha fir-rizultati. Centru ta’ livell jiswa l-flus u fis-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Malta nahseb li huwa progett ambizzjuz li jigi ffinanzjat biss mill-Gvern, izda meta tkellimt ma’ whud min-nies prezenti li ftit minnhom huma wkoll fin-negozju, qaluli li hemm hafna li huma lesti jinvestu fi progett simili taht il-kappa tal-Federazzjoni. Jekk il-fondi fl-isport huma limitati, allura wiehed ghandu jahseb iktar biex issir amalgamazzjoni mal-privat biex progetti simili jirnexxu. Mhux ghall-bowling biss, izda ninnota hafna assocjazzjonijiet sportivi li m’ghandhomx fejn jittrenjaw, anke jekk fil-passat xorta ksibna success ghal Malta. Per ezempju fl-2009 kellna l-exploit tal-Ginnastika fejn ghall-ewwel darba fl-istorja, Malta rebhet l-ewwel medalji femminili u bhala tim, fil-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar. Izda kontu tafu li l-Federazzjoni Maltija tal-Ginnastika m’ghandhiex centru fejn jittrenjaw l-Atleti? Kienet biss ghall-generozita` tal-klabb Gymstars u tas-sid tal-klabb Sandra Borg li offriet il-post u l-kowcis taghha biex jittrenjaw mhux biss l-atleti tal-klabb izda anke tat-tim nazzjonali. Kontu tafu li fl-isport tal-Bocci, li fil-Loghob tal-Mediterran wasal fir-raba post, Malta m’ghandhiex facilita` ghat-tahrig? Biex inkun ezatt, il-gvern kien pjanta facilita` fil-kottonera, li izda issa qed tigi uzata ghal kollox barra ghall-Bocci. Kif qed insemmi dan l-isport, hemm kategorija ohra, dik tal-lawn bowls, li fih ghandna hafna Maltin Awstraljani ta’ livell. Hawnhekk, l-unika raguni ghalfejn Malta ma tistax tizviluppa hija dik li m’hawnx post fejn jsir tahrig. Barra dawn l-isports hemm ohrajn bhall-Judo, Taekwando, u Tennis fost l-ohrajn, li kollha m’ghandhomx fejn jittrenjaw u allura qed ikollhom jirrikorru ghall-privat biex jaghmlu dan. Wasal iz-zmien li min huwa responsabbli, mill-gvern l-isfel mhux biss ihares lejn ghajnuna finanzjarja diretta, li hija importanti, izda jhares ukoll lejn progetti ambizzjuzi b’partnership mal-privat ghall-gid ta’ l-isport Malti.
Nhar il-Hadd li ghadda rajt artiklu fuq dan il-gurnal fejn l-artikolista staqsa ghaliex il-Malta Amatuer Athletic Association qed timponi mizata biex wiehed jidhol fit- track jew biex jimxi jew jigri. Wiehed jifhem li f’dan il-pajjiz ma tantx hawn postijiet fejn timxi u tigri, izda nahseb li hadd ma jiehu pjacir jekk xi hadd jidhol fir-residenza privata tieghu, jiekol u jixrob u jiltaq ‘il barra. Dan il-post tiehu hsiebu L-MAAA u mhux il-Gvern. Hija thallas l-ispejjez kollha li jsiru fih, il-manutenzjoni ta’ kull ma jinkiser, u anke l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Wiehed jifhem ghalhekk li kull min juza dan il-post irid jaghmel hekk bi hlas. Naf ukoll li l-hlas huwa minimu u ferm izghar minn meta wiehed juza gym, jew il-pixxina nazzjonali. Barra minn hekk wiehed rid jirrifletti u jara li l-art tat-track mhix tajba ghall-mixi izda tajba ghall-giri u ghalhekk kull min qed jimxi fit-track qed jaghmel hsara lilu nnifsu. F’pajjizna fejn, kif tkellimna aktar qabel, wiehed ma jridx jistenna kollox gej mis-sema, hemm bzonn iktar dixxiplina mill-pubbliku ingenerali biex dan isir.
Nghaddi ghall-futbol fejn hmistax ilu kien hemm triangolari fejn spikkat il-loghba bejn Ferencvaros u Hamrun Spartans. Ninsab infurmat li kien hemm incident bejn il-plejers taz-zewg nahat, u t-tim Ungeriz telaq ‘il barra. Wiehed ma jiehux pjacir li f’partita ta’ hbiberija jigru dawn l-affarijiet specjalment fejn jidhlu l-barranin, u ghalhekk episodji simili tikkundannhom. Izda fis-sahna tal-mument jista’ jigri kollox. L-incident propju effettwa lil Hamrun b’Rupert Mangion u Ian Zammit jitilfu l-loghba tal-bierah kontra l-belt. Kienu diversi nies li staqsewni dwar dan u ma kontx naf inwiegeb. Ghaliex dawn il-plejers ma wehlux kontra Qormi izda kontra Valletta? Il-plejers tkeccew jew inkella gew irrapurtati mir-referee? L-Ungerizi gew ippenalizzati ghax qabdu u telqu mill-grawnd, fil-kampjonat rispettiv taghhom? Nghidilkom il-verita` jien ghal dawn il-mistoqsijiet m’ghandix twegiba u nispera li xi hadd ikun jista’ jilluminana!
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|








