Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tarxien Rainbows jirbhu b’penalty

E-mail Print PDF
img_6151_1 Rebha misthoqqa ghal Tarxien Rainbows miksuba b’penalty fil-hin mizjud tal-ewwel taqsima.  Rainbows kienu dejjem l-ahjar dment li kellhom lill-general Denni Rocha Dos Santos fil-grawnd.  Dan il-bravu plejer laqat il-lasta, rebah penalty u skurjah u dan minbarra li kien ta’ ugieh ta’ ras kontinwu ghall-avversarji tul il-50 minuta li laghab sakemm wegga’ u nbidel ma’ Calabretto.

Hibernians ghamlu reazzjoni pjuttost fjakka, u l-attakkanti qatt ma kellhom okkazjoni facli quddiem il-lasta tar-Rainbows.  Id-difiza ta’ Tarxien kienet immexxija tajjeb minn Pereira li rari zbalja tul il-partita kollha.  Fin-nuqqas ta’ Dos Santos  deher imexxi t-tim tar-Rainbows David Camilleri, plejer importanti ta’ nofs il-grawnd.  Hibs kienu f’burdata fqira u ma kien haqqhom xejn ghajr it-telfa li hadu.

Matul l-ewwel taqsima ma kien hemm xejn denju ta’ nota min-naha tal-Pawlisti u kienu biss il-girien minn Hal Tarxien li attakkaw.  Fit-tmien minuta pass mill-ewwel ta’ Ribeiro lil Tanti li xxuttja gholi.  Minuta wara C Caruana d-difensur tal-Hibs ma kkontrollax tajjeb bil-ballun imur ghand Camilleri li xxuttja u l-gowler Muscat laqa’.


Fil-25 minuta xutt ta’ Grioli mil-lemin jerga’ jsalva Muscat.  Ghaxar minuti wara xutt minn barra l-kaxxa ta’ Dos Santos li hasad lil gowler Muscat bil-ballun jistampa mal-lasta l-mimduda.


Fl-44 minuta pass fit-tul lejn Ribeiro, ballun qabez id-difiza, dahal wahdu Ribeiro izda kkontrolla hazin u Muscat salva.
Zewg minuti fil-hin mizjud DENNI ROCHA DOS SANTOS dahal bil-girja fil-kaxxa, twaqqa’ minn C Camilleri u mil-penalty b’ballun fil-baxx fuq il-lemin gheleb lil Muscat ghal dak li kellu jkun il-gowl tar-rebha tar-Rainbows.


Wara l-mistrieh Hibernians kienu ahjar  specjalment wara li wegga’ Dos Santos izda sfortunatament ghalihom ma rnexxielhomx jiskurjaw.  Fid-49 minuta harba mil-lemin ta’ Grioli ghal Tarxien, izda x-xutt ghadda ftit gholi.

Fl-54 minuta freekick ta’ C Caruana ghal Hibs bil-gowler tar-Rainbows jippancja kif seta’ biex bieghed il-periklu.
Fis-57 minuta freekick ta’ Camilleri din id-darba ghal Tarxien u l-gowler Muscat isalva f’darbtejn.  Fil-61 minuta harga hazina tal-gowler Curmi fuq kross ta’ Barbara, izda Grioli kien pront tajjar il-ballun f’korner.

Fis-77 minuta kross ta’ Y Cauchi u daqqa ta’ ras ta’ Cohen tghaddi ftit barra.  Fil-hin barrani korner ta’ C Caruana u  l-gowler Curmi jsalva d-daqqa ta’ ras ta’ Lopez Depina.

HIBS: Muscat, J Caruana, Herrera (Y Cauchi 46), Pulis, Pearson, T Caruana, Morelato (B Camilleri 72), Barbara, Cohen, Lopez Depina, C Camilleri (E Cauchi 46).
TARXIEN R: Curmi, Sadowski, Caruana (Magro 69), Camilleri, Pereira, Ribeiro, Tanti (Vella Critien 80), Decesare, Dos Santos (Calabretto 50), Mintoff, Grioli.
REFEREE: Marco Borg.  PLEJER TAL-LOGHBA: David Camilleri Tarxien Rainbows.
Skurjaw: Denni Rocha Dos Santos (T) (45+2 min).

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo