Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

"Gibtuna pajjiz tas-second hand" Maurice Mizzi lil Lawrence Gonzi

E-mail Print PDF
gonzi5F’laqgha tahraq li saret gewwa Kastilja nhar il-Hamis li ghadda bejn l-Assocjazzjoni tal-Karozzi Godda impurtati (ACIM) u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru Tonio Fenech, f’intervent li ghamel Maurice Mizzi imprenditur ewlieni f’Malta hin minnhom qal lil Gonzi “gibtuna pajjiz  tas-second-hand”. Maurice Mizzi jaf hafna mill-qrib lil Lawrence Gonzi tul il-bosta snin li Dr. Gonzi kien jokkupa pozizzjoni gholja fil-Mizzi Group li tieghu Maurice Mizzi huwa wiehed mill-proprjetarji. 

Is-Sur Mizzi semma wkoll kif il-gvern tal-PN kien jikkritika lill-amministrazzjoni ta’ qabel ghax kienu jimpurtaw is-second-hand ghall-pajjiz, imma issa gejna hafna aghar milli konna qabel.

L-ACIM qed thossha diskriminata mill-Gvern ghax mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, komplew rahsu it-taxxi tar-registrazzjoni fuq karozzi second-hand impurtati mill-Ewropa. Dan a skapitu ta’ karozzi godda impurtati li fuqhom it-taxxa baqghet l-istess. Propju ghalhekk ir-rapprezentanti kollha tal-importaturi koncernati iltaqghu ma’ Dr. Gonzi u Tonio Fenech fejn tawh proposta li jekk il-gvern irid isalva dan is-settur li jhaddem madwar 750 ruh, irid minnufih inehhi t-taxxa tar-registrazzjoni biex inkunu fuq l-istess livell mal-pajjizi l-ohrajn kollha tal-Unjoni Ewropea.

Matul l-istess laqgha imprendituri ohra maghrufa fosthom Joe Gasan, Michael Attard, l-ahwa Mizzi, Ninu Fenech, Gatt Baldacchino, Debono, John u Francesca Mamo, Joe Zammit ta’ Karistu u l-ahwa Kinds hargu qatta’ bla habel kontra l-gvern ghall-mod kif baxxa t-taxxi tas-second-hand impurtati u l-godda hallihom gholjin. Sahansitra kien hemm min irrimarka li kienu qed jigu mbaghbsa c-cifri fuq il-valur tas-second-hand ghax filwaqt li t-taxxa tar-registrazzjoni fuq il-karozzi godda hija abbazi tal-livell tal-emissjonijiet, dik tas-second-hand hija fuq il-valur tal-flus tas-suq ikkalkolat f’Malta.
“Bl-Ewropa morna aghar”


Hekk kif Dr. Gonzi beda jghid li ma kellux kontroll fuq din il-materja ghax din hi xi haga tal-UE, qam agha shih fost dawk li attendew ghax kollha bdew jghidulu li “allura bl-Ewropa spiccajna morna aghar.” Tant sahnet din il-laqgha li f’mument minnhom Tonio Fenech qal li biex jagevolaw lill-ACIM, fil-bagit ta’ sentejn ilu kienu ghollew il-licenzji tal-karozzi li kienu ilhom jigu misjuqa fit-toroq taghna u kull min beda jhallas licenzja gholja, kollha bdew jghidu “haqq Gonzi”. Hawnhekk regghu intervjenew l-imprendituri li qalulu li llum in-nies kollha li qed ihallsu il-kontijiet gholjin tad-dawl u l-ilma qed jghidu “haqq Gonzi”.


F’intervent li ghamel Joe Gasan waqt l-istess laqgha, dan qal li issa anki dawk il-garaxxijiet tas-self-drive li tnehhilhom il-vantagg tal-K-Plate, se jibdew jimpurtaw karozzi mill-Ewropa u mhux se jibqghu jixtru l-gdid ghat-turisti. Fil-veru sens tal-kelma gejna tas-second division ghax anki fit-turizmu qed inwaqqghu il-prodott.


Fl-istess laqgha kien hemm ukoll min qal li jekk is-sitwazzjoni mhux se titranga, se jitkeccew il-haddiema u b’dan giet avzata wkoll il-GWU. L-ACIM qed issostni li wara hafna snin ta’ nvestimenti li ghamlu dawn l-imprendituri fejn mhux biss investew fil-bini, garaxxijiet, showrooms sbieh u hwienet tal-ispare-parts moderni imma investew l-iktar fir-rizors uman fejn hafna mechanics, technicians u foremen intbghatu barra biex jitghallmu u jkunu fost l-aqwa fl-Ewropa.


Malta centru tal-pollution


Kien hemm ukoll min irrimarka li Malta qed issir centru tal-“pollution” ghax mhux biss se jkollna u ghandna power stations idahhnu, izda b’dawn il-kwantità kbira ta’ karozzi second-hand li hafna minnhom huma mimlija sadid u li jdahhnu wkoll, il-foga fil-pajjiz qed tikber.


Il-laqgha ntemmet wara tlett sighat ta’ diskussjoni tahraq u gie miftiehem li jiltaqghu zewg kumitati teknicci miz-zewg nahat biex jaraw x’jista’ jsir.


Kumment li hadna minghand diversi imprendituri kien li xorta huma xettici dwar x’jista’ jaghmel dan il-gvern biex iwaqqaf dan l-influss ta’ karozzi second-hand u jinkoraggixxi lic-cittadin jixtri l-gdid bi prezz kompetittiv.

Matul l-istess laqgha imprendituri ohra maghrufa fosthom Joe Gasan, Michael Attard, l-ahwa Mizzi, Ninu Fenech, Gatt Baldacchino, Debono, John u Francesca Mamo, Joe Zammit ta’ Karistu u l-ahwa Kinds hargu qatta’ bla habel kontra l-gvern ghall-mod kif baxxa t-taxxi tas-second-hand impurtati u l-godda hallihom gholjin.

Sahansitra kien hemm min      irrimarka li kienu qed jigu mbaghbsa c-cifri fuq il-valur tas-second-hand ghax filwaqt li t-taxxa tar-registrazzjoni fuq         il-karozzi godda hija abbazi tal-livell tal-emissjonijiet, dik         tas-second-hand hija fuq il-valur tal-flus tas-suq ikkalkolat f’Malta.

Hekk kif Dr. Gonzi beda jghid li ma kellux kontroll fuq din il-materja ghax din hi xi haga tal-UE, qam agha shih fost dawk li attendew ghax kollha bdew jghidulu li “allura bl-Ewropa spiccajna morna aghar.”

Tant sahnet din il-laqgha li f’mument minnhom Tonio Fenech qal li biex jagevolaw lill-ACIM, fil-bagit ta’ sentejn ilu kienu ghollew il-licenzji tal-karozzi li kienu ilhom jigu        misjuqa fit-toroq taghna u kull min beda jhallas licenzja gholja, kollha bdew jghidu “haqq Gonzi”.

Hawnhekk regghu intervjenew l-imprendituri li qalulu li llum in-nies kollha li qed ihallsu il-kontijiet gholjin tad-dawl u l-ilma qed jghidu “haqq Gonzi”.

F’intervent li ghamel Joe Gasan waqt l-istess laqgha, dan qal li issa anki dawk il-garaxxijiet tas-self-drive li tnehhilhom il-vantagg tal-K-Plate, se jibdew jimpurtaw karozzi mill-Ewropa u mhux       se jibqghu jixtru l-gdid ghat-turisti.

Fil-veru sens tal-kelma gejna tas-second division ghax anki fit-turizmu qed inwaqqghu il-prodott.

Fl-istess laqgha kien hemm ukoll min qal li jekk is-sitwazzjoni mhux se titranga, se jitkeccew il-haddiema u b’dan giet avzata wkoll il-GWU. L-ACIM qed issostni li wara hafna snin ta’ nvestimenti li ghamlu dawn l-imprendituri fejn mhux biss investew fil-bini, garaxxijiet, showrooms sbieh u hwienet tal-ispare-parts moderni imma investew l-iktar fir-rizors uman fejn hafna mechanics, technicians u foremen intbghatu barra biex jitghallmu u jkunu fost l-aqwa fl-Ewropa.

Malta centru tal-pollution

Kien hemm ukoll min irrimarka li Malta qed issir centru tal-“pollution” ghax mhux biss se jkollna u ghandna power stations idahhnu, izda b’dawn il-kwantità kbira ta’ karozzi second-hand li hafna minnhom huma mimlija sadid u li jdahhnu wkoll, il-foga fil-pajjiz qed tikber.

Il-laqgha ntemmet wara tlett sighat ta’ diskussjoni tahraq u gie miftiehem li jiltaqghu zewg kumitati teknicci miz-zewg nahat biex jaraw x’jista’ jsir.

Kumment li hadna minghand diversi imprendituri kien li xorta huma xettici dwar x’jista’ jaghmel dan il-gvern biex iwaqqaf dan l-influss ta’ karozzi second-hand u jinkoraggixxi lic-cittadin jixtri l-gdid bi prezz kompetittiv.

Kummenti (1)Add Comment
Pajjiz tas-second hand
Minn paul sammut, February 07, 2010
Gheziez,
Jien ma naghtix tort lin-nies jixtru s-second hand. Jien ukoll nixtieq nixtri l-gdid izda biex tixtri karozza ta` certu livell trid tohrod mijiet kbar. Bl-istess ammont ta` flus li tixtri karozza barra minn Malta m`ghandek l-ebda cans tixtri l-istess karozza f`Malta. Mhux ta b`xejn Malta sirna pajjiz tas-second hand u jekk mhux se timbidel din il-policy u jittiehdu mizuri godda, insiru pajjiz tat-third hand. Huwa inutli li l-gvern qed jgholli l-licenzji skond l-eta` tal-vetturi.......dan mhux se jnaqqas milli l-Maltin jixtru karozzi second hand. Jekk il-gvern verament irid li l-flotta tal-vetturi tkun aktar moderna milli hi u b`hekk forsi l-emmissjonijiet jonqsu irid bilfors irahhas t-taxxa tar-registrazzjoni. Ghandhom ragun l-importaturi tal-vetturi jghidu li sirna pajjiz tas-second hand.
report abuse
vote down
vote up
Votes: +1

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo