Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Zidiet qawwija fil-licenzji tal-kummerc

E-mail Print PDF

printing_pressGhadd ta’ sidien ta’ postijiet kummercjali uzati ghall-manifattura, jinsabu ddizappunti ghaz-zidiet li gew imposti fuqhom minn din is-sena f’dawk li huma hlasijiet ghal-licenzja tal-kummerc.


Bil-kundizzjoni tal-anonimità, sid ta’ stamperija zghira qalilna li waqt li fl-2009 l-licenzja tieghu kienet ta’ madwar €50, din is-sena ntalab ihallas €1,164 biex tiggeddidlu l-licenzja tal-kummerc, jigifieri zieda ta’ madwar €1,100 fis-sena.

Filfatt skont ir-revizjoni li saret fir-rati tal-licenzji, dawk il-postijiet uzati ghall-manifattura kellhom il-licenzja taghhom mahduma fuq il-valur tal-kera. Skont din ir-revizjoni, dawk li ghandhom postijiet kummercjali uzati ghall-manifattura f’Malta ntalbu jhallsu 5% tal-valur tal-kera. Fejn l-ammont irrizulta f’inqas minn €1,164.49, il-gvern applika din ir-rata bhala l-minimu li jista’ jithallas.


Sid ta’ stamperija zghira li tkellem maghna sostna li d-decizjoni tal-gvern li jgholli dawn it-tariffi b’dal-mod qawwi, tikkontradixxi kliem il-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta jsostni li l-prijorità tieghu hi li jsalva l-impjiegi.


“Kif tista’ tghid li qed issalva l-impjiegi meta qed tkompi tghabbi s-settur tal-manifattura b’aktar pizijiet burokratici,” argumenta dan is-sid.


“Dawn ir-rati se jkomplu jghaddsu specjalment lin-negozjanti zghar fis-settur tal-manifattura. F’din is-sitwazzjoni ekonomika, konna nistennew li l-gvern jghin lis-settur tal-manifattura biex johrog mill-krizi li jinsab fiha u mhux ikompli jghabbina b’aktar pizijiet. Iz-zidiet qawwija fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma bizzejjed biex jitfghuk fuq sieq wahda u jtellfulek mill-kompetittività tieghek. L-inqas li konna qed nistennew zieda burokratika ohra fil-licenzji tal-kummerc,” temm jghid maghna n-negozjant.


Bid-decizjoni tieghu l-gvern injora ghal kollox l-appell li l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat ghamel fid-diskors tieghu b’risposta ghall-bagit 2010.


Fost hafna proposti ohra dak in-nhar Muscat ippropona li “tiddahhal friza fuq it-tariffi amministrattivi tal-gvern bhal-licenzj u tariffi li jdahhal il-gvern matul is-sena.”


Din il-proposta ntlaqghet tajjeb hafna mill-poplu Malti izda l-Prim Ministru Gonzi njoraha.


Minflok, f’dawn is-snin difficli ghall-ekonomija l-gvern ta’ Lawrence Gonzi ssokta bil-politika tieghu li jimponi pizijiet fuq min f’pajjizna jinvesti u johloq l-impjiegi, bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkunu deskritti  minn dawk fin-negozju bhala l-ikbar daqqa.


Sahansitra il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista u Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia qal li bhala konsegwenza diretta tat-tariffi li ntroduca l-gvern ta’ Lawrence Gonzi, jistghu jintilfu bejn 500 u 1000 mpjieg.


Intant fl-edizzjoni ta’ nhar il-Hadd li ghadda KullHadd irrapporta wkoll kif fl-ewwel disa’ xhur tas-sena li ghaddiet 234 negozju ddecidew li jaghlqu l-hwienet u/jew in-negozju taghhom, waqt li 212-il negozju iehor iddeciedew li jittrasferixxu l-licenzja taghhom lil haddiehor.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo