Il-qtugh tas-servizz tal-elettriku mill-Enemalta
Waqt li matul l-ewwel ghaxar xhur tas-sena li ghaddiet il-Korporazzjoni Enemalta qatghet is-servizz tal-elettriku lil 2,148 familja Maltija u Ghawdxija u 459 negozju ghax waqghu lura fil-hlasijiet tal-kontijiet taghhom, mhux l-istess gara fil-kaz ta’ haten ic-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter fejn ma ttiehdu l-ebda passi biex jinqata’ s-servizz, minkejja li akkumula kont ta’ ‘l fuq minn €90,000.
Kien dan il-gurnal li ftit tal-gimghat ilu zvela li haten ic-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter ghandu kont pendenti ta’ €90,824 u li ghal ragunijiet mhux maghrufa, l-Enemalta ma hadet l-ebda passi biex taqta’ s-servizz li Mark Sammut, haten Tranter, ghandu fin-negozju tieghu f’Tas-Sliema.
Interessanti l-fatt li waqt li s-sena li ghaddiet il-kont tal-elettriku ta’ haten Tranter kien qieghed jakkumula bl-eluf, l-Enemalta ordnat li jinqata’ d-dawl ta’ 2,148 dar u 459 negozju wara li nhargitilhom l-Electricity Suspension Form.
Kif ghandu l-provi f’idejh KullHadd, din l-formula harget diversi drabi wkoll lil haten ic-Chairman tal-Enemalta, izda ghal ragunijiet qatt spjegati minn Alex Tranter, li meta kkuntattjat qal li ma kienx jaf bil-kaz, l-Enemalta qatt ma ssospendietlu s-servizz tal-elettriku hekk kif ghamlet ma’ eluf ta’ klijenti f’dawn l-ahhar snin.
Kien biss wara li dan il-gurnal zvela l-ammont pendenti li ghandu jhallas haten ic-Chairman li l-Enemalta bdiet tiehu xi forma ta’ azzjoni biex tigbor il-hlasijiet dovuti minn Mark Sammut.
Meta mistoqsija x’kienet ir-raguni li ghaliha l-Enemalta ma ssospendietlux is-servizz tal-elettriku minkejja li l-kont tela’ ghal ‘l fuq minn 90,000, l-Enemalta wiegbet li bhal ma hija l-prassi f’dawn il-kazi, il-klijent dahal ghal kuntratt li jorbtu jhallas l-arretrati flimkien mal-imghaxijiet dovuti fuq perijodu ta’ zmien lill-Korporazzjoni Enemalta. “Peress li l-klijent qabel ma’ programm ta’ hlasijiet, ma giex sospiz is-servizz tieghu qalet il-kelliema tal-Enemalta.
Meta KullHadd staqsa lill-Enemalta tikkonfermax li l-ftehim li dahal ghalih haten ic-Chairman sehhx wara li zvelajna l-kaz u meta se jkun qed jinqata’ d-dejn li thalla jakkumula, l-Enemalta tenniet li f’dan il-kaz qed timxi skont il-prassi normali taghha, inkluz li d-dettalji specifici ta’ ftehim ma jinghatawx.
Fit-twegiba taghha l-Enemalta ma tatx raguni dwar kif haten ic-Chairman thalla jakkumula daqstant eluf ta’ arretrati f’kontijiet qabel beda jhallas. Dan meta f’dawn l-ahhar tliet snin, eluf ta’ familja u negozji zghar u ta’ daqs medju spiccaw bla dawl ghax waqghu lura fil-hlas tal-kont.
Dan kien ikkonfermat proprju din gimgha minn twegiba parlamentari tal-Ministru Austin Gatt fejn irrizulta li bejn Jannar 2005 u Ottubru 2009, 6,406 famlilja spiccaw bil-provista tal-elettriku maqtugha.
Apparti dawn matul l-ewwel ghaxar xhur tas-sena li ghaddiet, kien hemm 459 negozjant bhal mhu haten Alex Tranter li nqatghalhom id-dawl minhabba pendenzi fil-kontijiet.
(Dwar din l-istorja ara wkoll l-Editorjal).

| < Prev | Next > |
|---|








