Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Hatriet Konferenza Generali PL 2010

E-mail Print PDF

L-ebda kariga fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista m’hi se tkun kontestata. Dan sar maghruf wara li l-bierah ghalqu n-nominazzjonijiet ghall-amministrazzjoni u l-Ezekuttiv Nazzjonali tal-PL.

In-nomini huma dawn li gejjin:
President: Dr Stefan Zrinzo Azzopardi,
Vici-President: Louis Gatt
Segretarju Organizzattiv: Ray Azzopardi,
Segretarju Internazzjonali: Alex Sceberras Trigona.

Matul l-ewwel laqgha tal-Ezekuttiv wara l-Konferenza Generali mistennija jinhatru persuni biex jimlew il-karigi ta’ Segretarju tal-Ezekuttiv (wara l-approvazzjoni tal-emendi tal-Istatut mill-Konferenza), Chairman tal-Fondazzjoni IDEAT u ta’ Amministrattur Finanzjarju. Flimkien ma’ dawn fl-Amministrazzjoni jkun hemm il-Whip tal-Grupp Parlamentari u l-President tas-Sezzjoni Kunsilliera.


L-Ezekuttiv se jintalab ukoll, wara l-approvazzjoni ta’ emendi ghall-Istatut, jahtar zewg ufficjali godda fl-Ezekuttiv, l-Ufficjal ghal Opportunitajiet Indaqs I-Kordinatur tal-Kumitati Lokali.


Ghall-Ezzekuttiv Nazzjonali applikaw 17-il persuna. Dawn huma:
Frans Agius, Mario Azzopardi, Jonathan Brimmer, Gerlene Camilleri, Maria Camilleri, Krista Caruana, Guza Cassar, Nettu Farrugia, Alfred Grixti, Brian Hansford, Stanley Mifsud, Alexander Muscat, Alex Sciberras, Salvu Seychell, Antoinette Vassallo, Nikita Zammit Alamango u Alison Zerafa.


Skont l-Istatut il-gdid tal-PL il-Konferenza issa se jkollha d-dritt telegi 12 u mhux 10 membri kif kienet taghmel qabel. Mill-inqas erba’ minn dawn ikunu nisa u tnejn ikunu zghazagh ta’ taht –il 35 sena. B’hekk qed jizdied awtomatikament in-numru ta’ zghazagh u nisa fl-Ezekuttiv Nazzjonali. Il-kandidatura toffri tahlita ta’ energija u esperjenza. 41% tal-kandidati huma nisa u 41% huma zghazagh taht –il 35 sena.
Il-kandidati jinkludu nies b’esperjenza fl-attivizmu lokali tal-PL, persuni b’esperjenza fil-politika nazzjonali u persuni li qed jixirfu fil-politika ghall-ewwel darba.
Il-kandidati ghall-Ezekuttiv tal-PL ivarjaw minn studenti ghal persuni li jahdmu ghal rashom, minn haddiema tal-id ghal professjonisti, minn ommijiet tal-familja sa nisa ta’ karriera.
L-izghar kandidata ghandha ghoxrin sena, filwaqt li l-iktar kandidat anzjan ghadu 66 sena. L-età medja hija ta’ 41 sena.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo