Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Fl-ewwel disa’xhur tal-2009 234 negozju jaghlqu l-bibien

E-mail Print PDF

Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena li ghaddiet 234 negozju ddeciedew li jaghlqu l-hwienet u/jew in-negozju taghhom, waqt li 212-il negozju iehor iddeciedew li jittrasferixxu l-licenzja taghhom.

Dan hareg minn twegiba li l-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech ta din il-gimgha fil-Parlament lid-deputat Laburista Anthony Aguis Decelis meta staqsa specifikament kemm ghalqu negozju fl-ewwel disa’ xhur tas-sena li ghaddiet u f’liema mestier kienu.

Mil-lista li giet ipprezentata fil-Parlament, irrizulta wkoll li l-akbar ghadd ta’ negozji li ghalqu s-sena li ghaddiet kienu dawk fil-kategorija maghrufa bhala ‘Old Trade Licences”, fejn jirrizulta li gew ikkancellati 130 licenzja.


Dawn jinkludu fost ohrajn hwienet tal-merca (grocers u greengrocers), hwienet tal-hwejjeg, hwienet tal-agrikoltura u s-sajd, fran, ironmongeries u ghadd ta’ negozji ohrajn mhux specifikati ghas-servizz li kienu jipprovdu.


Kategoriji ohrajn li raw tnaqqis bejn Jannar u Settembru tal-2009 kienu dawk tal-bejjiegha fit-toroq u l-bejjiegha tal-monti fejn ghalqu 15 u 11 rispettivament.


Negozji ohrajn kienu jinkludu agenti tal-proprjetà u agenziji ohrajn, hwienet tal-appliances, hi-fi u spares u office equipment, hairdressing salons, bejjiegha bl-ingrossa u bl-imnut fi hwienet specjalizzati u importaturi u wholesalers.


L-aktar ghadd ta’ licenzji trasferiti, 128 licenzja, kienu wkoll fil-kategorija tal-‘Old Trade Licences.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo