Studenti fi snin differenti li qeghdin isegwu il-kors tal-Inginerija fl-Università ta’ Malta qed jithallew bla lectures f’zewg oqsma importanti tal-kors taghhom, jinsab infurmat KullHadd.
L-istudenti li tkellmu maghna qalu li ilhom snin jilmentaw dwar in-nuqqas ta’ lecturers fil-qasam tat-Teorija Elettromanjetika u fl-Instrumentation and Measurement.
Dwar dan in-nuqqas ta’ ghalliema fil-Fakultà tkellem din il-gimgha wkoll il-Kelliem Laburista ghall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fil-Parlament fejn staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina tghid x’qed isir u x’se jsir biex jigu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet.
Bi twegiba, Cristina kkonfermat li l-Università ta’ Malta ghandha nuqqas ta’ rizorsi umani fil-qasam tal-Inginerija u qalet li ppubblikat sejha ghall-ghalliema part-time. Hija qalet li wara din is-sejha baqghu ma nstabux ghalliema fil-qasam koncernat u ghalhekk is-suggetti kellhom jigu kkancellati.
Bhala rimedju ghal dan in-nuqqas, Cristina qalet li fil-bidu tas-sena skolastika, l-istudenti gew offruti suggetti ohra u b’hekk, skont hi, qeghdin jinghataw it-taghlim kollu li ghandhom bzonn ghall-programm ta’ studji koncernati fl-inginerija.

| < Prev | Next > |
|---|








