1. Qalbom tajba
Kemm saru qalbom tajba l-prim Gonzi (Lawrence mhux Kate), u dawk kollha li ghandhom x’jaqsmu mal-partit tieghu, inkluzi l-gurnalisti.
Ma saritx tghaddi gimgha wahda, (biex ma nghidx gurnata wahda) li minn fomm xi hadd minnhom ma johrogx xi parir lil Joseph Muscat jew lill-Partit Laburista dwar kif ghandhom jagixxu, dwar kif ghandhom imexxu, u dwar ma nafx xiex izjed.
Nghid ghalija ma nistax nifhem kif Joseph Muscat u shabu ma jiehdu l-ebda parir milli jaghtuhom. Jista’ jkun li ghax huma konvinti mill-qawl Malti ‘hadd ma jghidlek biex tahsel wiccek biex tkun ahjar minnu’.
Jekk inhu hekk, min-naha tieghi infakkarhom li dak il-qawl sirna nafuh ferm u ferm qabel mill-qawl “flimkien kollox possibbli”.
2. Is-sewwa jirbah
L-ilsna hziena tas-soltu tghidx kemm qalu kontra Joe Farrugia tal-Malta Employers Association wara li dan, naturalment f’isem shabu, ressaq proposta fl-MCESD li tixbah hafna, jekk mhux ezatt, il-proposta li ghamel Joseph Muscat, dwar il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.
Jien m’ghandi l-ebda dubju li Joe Farrugia ma ressaqx din il-proposta biex jagevola lil Joseph Muscat jew lil shabu tal-Labour, u ghalhekk ma nistax nifhem ghalfejn dawn l-ilsna hziena haduha daqshekk kontrih.
Jista’ jkun li haduha daqshekk kontrih ghas-semplici raguni li dawn insew qawl iehor modern, jigifieri qawl li ma tantx ilu maghna, u li jghid “is-sewwa jirbah zgur”.
Jekk ma nsewhx ghax dan il-qawl issa qieghed juzah Joseph Muscat.
3. Mhux ta’ hekk
Skont siehbi Toni l-Ghawdxi, Gejtu Vella tal-UHM qieghed jaghti palata lill-gvern biex inaqqas is-servizzi li jinghataw fl-isptar Mater Dei u allura mbaghad, min ikollu bzonnhom, ikollu jhallas ghalihom.
Toni l-Ghawdxi wasal ghal din il-konkluzjoni ghax kellu bzonn jimla’ darsa u minhabba azzjonijiet industrijali moghtija mill-UHM, l-isptar qalulu li dan is-servizz m’huwiex jinghata.... u ilu ma jinghata minn Novembru li ghadda.
Jien ma nafx jekk jezistux dawn l-azzjonijiet industrijali min-naha tal-UHM. Li nista’ nghid li Gejtu mhux ta’ hekk, u kieku kellu xi tilwima mal-gvern u l-gvern ma cedilux, kieku hareg lin-nies fit-toroq.
4. Appell
Illum se jkollu naghmel appell mhux tas-soltu, appell li m’ghandi l-ebda dubju mhu se jinghogob assolutament xejn lilkom li ssegwu din ir-rokna.
L-appell tieghi huwa lill-membri parlamentari kollha, kemm dawk tan-naha tal-gvern, u kemm dawk tan-naha tal-oppozizzjoni.
U dan l-appell, lil kull wiehed u wahda minnhom, huwa biex hadd ma jazzarda jaghmel xi haga li tista’ twassal ghal elezzjoni bikrija.
Qieghed naghmel dan l-appell ghax jekk issir elezzjoni issa, se tkun qieghda ssir b’karti tal-identità li ilhom skaduti ma nafx kemm; u aktar serja minhekk, m’ghandniex fejn jinghaddu l-voti.

| < Prev | Next > |
|---|








