Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kaz tat-tifel li “seraq” biex jiekol

E-mail Print PDF

“Li wiehed verament ma jkollux x’jiekol, u ma jkunx tort tieghu, jistaqsi biex jiekol u ma jtuhx, u jiehu minn ta’ haddiehor, dak m’huwa jaghmel xejn hazin anki moralment,” qal is-socjologu Fr Charles Tabone meta mistoqsi minn KullHadd dwar il-kaz tat-tifel li wehel tliet snin probation wara li “seraq” xi affarijiet zghar tal-ikel biex seta’ jiekol.
Kien proprju fil-gimgha tal-Milied li sar maghruf fil-Qorti l-kaz ta’ tifel li ghax ma kellux ghaxja ta’ lejla, spicca “jisraq” xi oggetti tal-ikel, fosthom bicca cikkulata biex isostni lilu nnifsu. Wara li tilef lil missieru, ommu ma setghetx trabbih hi u spicca f’istitut tat-tfal. Eventwalment dan it-tifel lehaq l-età li ma setax jibqa’ aktar fl-istitut fejn kien ghal diversi snin, u spicca jiggerra barra t-triq.

Fil-Qorti l-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnauld qal li t-tifel ghamel diversi serqiet ghax kien wahdu fit-toroq u kien bil-guh.

It-tifel kien abbandunat minn ommu wara li missieru miet ftit tas-snin ilu fejn spicca f’istitut u aktar tard beda jaghmilha ma’ kumpannija hazina.

Fil-Qorti l-ispettur qal li t-tifel ghadda xi zmien jghix fit-triq u sahansitra “seraq” bicciet tac-cikkulata biex ikun jista’ jiekol xi haga.

It-tifel ammetta li seraq minn erbat ihwienet, minn sit ta’ kostruzzjoni u li ha xi ikel minn fuq dghajsa tal-Captain Morgan li kienet trakkata f’Tas-Sliema bejn Mejju u Gunju li ghadda.

Qabel ma qara s-sentenza, il-Magistrat Lawrence Quintano qal li qies il-fatt li t-tifel ghen lill-pulizija bl-investigazzjoni taghhom u anki ammetta li seraq affarijiet li tant kienu zghar fil-valur li l-vittmi lanqas biss intebhu li kienu naqqsulhom.

Dan il-kaz qajjem diskussjoni shiha f’diversi siti elettonici, fejn kienu bosta li appellaw b’mod imqanqal lill-awtoritajiet ikkoncernati biex jghinu lit-tifel johrog mill-mizerja li kien u x’aktar ghadu qed jghix fiha.

Ohrajn staqsew kemm kien jaghmel sens li dan it-tifel spicca tressaq il-Qorti fuq “reat” ta’ dix-xorta, minflok ma kien irreferut lil  agenziji governattivi biex jinghata l-ghajnuna kollha mehtiega.

Dwar dan il-punt, Fr Charles Tabone qalilna li bilfors irid jitressaq il-Qorti. “Hu qal li seraq biex jiekol u dik trid tivverifikaha. Izda li wiehed verament ma jkollux x’jiekol, u ma jkunx tort tieghu, jistaqsi biex jiekol u ma jtuhx, u jiehu minn ta’ hadiehor, dak m’huwa jaghmel xejn hazin, anki moralment,” qal Fr Charles.

Huwa sostna li l-principju huwa li l-gid tad-dinja huwa ta’ kulhadd u jrid jiddisponi minnu kulhadd biex jghix. Zied jghid li l-proprjetà privata mhix dritt assolut u fil-fatt anki l-gvern jista’ jmissha ghall-gid komuni jew ghall-gid pubbliku.

“Jekk jien f’estremità, m’ghandix x’niekol u niehu minn dak ta’ haddiehor biex niekol, fil-verità ma nkunx qed niehu minn dak li hu ta’ haddiehor, imma dak li jien ukoll ghandi dritt ghalih, ghax jien ghandi dritt nghix, u dmir li niehu hsieb li ma mmutx bil-guh,” qal is-socjologu Fr Charles Tabone.

Huwa sahaq li din trid tipprovaha, “ghalhekk nifimha li jittella’ l-qorti, biex din tigi vverifikata ghax kulhadd jista’ jghid “jien sraqt biex niekol.”

Dwar dan il-kaz KullHadd baghat ukoll sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Kummissarju tal-Pulizija fejn staqsejna x’sar minnu dan it-tifel u jekk il-Pulizija rriferitux ghal xi agenzija governattiva bil-ghan li jinghata l-ghajnuna mehtiega u ma jergax jikkometti serq simili biex ikun jista’ jitrejjaq.

Staqsejna wkoll jekk kazijiet bhal dawn ghandhiex il-Pulizija tirreferihom direttament lil dawn l-agenziji minflok jitressqu l-Qorti bil-konsegwenza li bhal ma sehh f’dan il-kaz, it-tifel spicca ghal hajtu kollha bil-kondotta mcappsa.

Sfortunatament sakemm morna ghall-istampa tard il-bierah fil-ghaxija, konna ghadna ma rcevejna l-ebda twegiba min-naha tal-Pulizija.

Tkellimna wkoll ma’ Joe Gerada (ritratt) eks kap ezekuttiv tal-Agenzija Appogg fejn staqsejna jekk agenziji governattivi ghandhomx l-obbligu li jsegwu kazijiet bhal dawn. “Iva, dazgur. Nittama li dan il-kaz kien riferut lill-Appogg qabel ma tressaq il-Qorti biex anki f’dak l-istadju s-social workers jaraw kif jistghu jghinu lit-tifel la huwa minorenni. Jigifieri kemm qabel u iktar u iktar issa,” qal Gerada waqt li ma dahalx fil-mertu tal-kaz peress li ma kellux informazzjoni dwar  x’azzjoni hadu l-awtoritajiet koncernati.

Huwa qal li dawn huma obbligati li jidhlu u jsegwu dan il-kaz, “ghax qeghdin nitkellmu fuq minorenni, qed nitkellmu fuq kaz serju fejn tifel spicca seraq biex jiekol. Jigifieri  din hija wake up call ghal hafna nies li jahsbu li f’pajjizna m’hawnx faqar. Wake up call ohra ghal dawk li jahsbu li t-tfal qeghdin f’xalata,” qal is-Sur Gerada.

Huwa ssotanzja l-argument tieghu billi stqarr li iktar minn wiehed minn kull hamest itfal f’Malta qeghdin f’riskju ta’ faqar. “Dan huwa kaz serju hafna ghax it-tifel kellu jaghmel att kriminali biex jiekol. Certament dan ghandu jirrenkja fil-gholi tal-prijoritajiet tal-agenziji socjali biex jaghtu sigurtà lil dan it-tifel. Jekk mhux se jsir intervent issa fl-immedjat biex dan it-tifel ikollu x’jiekol tajjeb, jilbes u min jiehu hsiebu u jedukah, qeghdin nistiednu li jghaddu s-snin u mbaghad is-socjetà tkun trid thallas ghall-atti li dan it-tifel jista’ jaghmel ghax ma jkunx protett minn kmieni,” temm jghidilna Joe Gerada.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo