Saturday
Jul 31st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Effiong jibbrilla ghal Qormi

E-mail Print PDF

img_4782_1_copyQormi 3
Msida SJ 0

Qormi sahhew posthom fl-ewwel post tal-klassifika b’rebha meritata minkejja li kienu ghal darb’ohra minghajr l-ahjar skorer tal-kampjonat Premier, Camilo. F’dan in-nuqqas ibbrilla l-attakkant Alfred Effiong li rega’ gieghel lil partitarji Qriema jghajjtu ismu kontinwament.  Effiong kien mghejun tajjeb minn J Farrugia u M Grima u ddomina ghal hafna hin il-kaxxa avversarja.  Msida ppruvaw jaghmlu reazzjoni izda rari kienu perikoluzi, bit-tim ta’ Qormi wkoll jitlef xi okkazjonijiet ta’ gowl. Filfatt huma damu ma ghalqu l-partita sat-80 minuta  meta skurjaw it-tieni gowl u Effiong kien ukoll wiehed mill-plejers Qriema li fallew li jaghlqu l-parita qabel.

Nistghu nghidu li l-partita bdiet bl-ewwel gowl meta wara hames minuti loghob minn freekick ta’ J Farrugia, l-ballun gie kklerjat hazin, gie ghand ALFRED EFFIONG li kkontrolla u spara fix-xibka biex ta vantagg kmieni lil Qormi.

Fit-13-il minuta harba ta’ Effiong li qabez avversarju, dahal fil-kaxxa izda xxuttja gholi.  Zewg minuti wara pass ta’ Effiong lejn Deguara izda dan ukoll ixxuttja gholi.  Fl-20 minuta pass preciz ta’ Bondin gab lil Effiong wahdu quddiem Bartolo izda dan ixxuttja dritt fuq il-gowler meta kien hiereg jaghlaq.

Fit-32 minuta pass ta’ Grima lejn Effiong li b’daqqa ta’ ras gheleb lil gowler Bartolo u bil-ballun destinat ghal gewwa, T Farrugia f’tentattiv qalbieni tajjar bir-ras biex evita gowl cert.

Fit-33 minuta Msida kellhom attakk rari meta freekick ta’ Ciantar gie ppancjat  mil-gowler M Farrugia.

It-tieni taqsima bdiet bi freekick ta’ Msida moghti minn A Farrugia li izda ghadda gholi. Madankollu dan ukoll kien attakk rari u fl-54 minuta Qormi baqghu ghaddejjin. Clearance qasir mid-difiza ta’ Msida, ballun ghand Fenech li ra x-xutt tieghu salvat minn Bartolo.

Zewg minuti wara pass ta’ J Farrugia lejn Effiong, li qabez difensur mal-linja tal-korner qrib il-lasta izda xxuttja barra minn angolu maghluq.

Fil-75 minuta pass ta’ Grima lejn Bondin li wahdu quddiem il-gowler qabzu ukoll izda gie angolat wisq u ghalhekk qassam lura lejn Chetcuti li xxuttja bil-gowler Bartolo jsalva.

Fid-79 minuta freekick ta’ T Farrugia ghal Msida St Joseph ghadda ftit gholi.

Fit-80 minuta pass ta’ Chetcuti lejn ALFRED EFFIONG li dahal fil-kaxxa u b’xutt b’sahhtu rdoppa ghal Qormi. F’reazzjoni immedjata Msida kellhom xutt ta’ T Farrugia ikun salvat f’korner mil-gowler M Farrugia.

Fil-91 minuta Fenech ta pass preciz lil ALFRED EFFIONG li dahal fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx akkwista hat trick personali u t-tielet gowl wkoll ghal Qormi.

Skurjaw: Alfred Effiong (Q) (5 min, 80 min, 91 min).

QORMI: M Farrugia, Sammut, Dos Santos, Grima, Fenech, Effiong, J Farrugia (Buttigieg 84), Mejlaq (Chetcuti 21), Deguara (Spiteri 82), Bondin, Wellman.
MSIDA SJ: Bartolo, Micallef (Formosa 63), Baldacchino, Borda, T Farrugia, Spiteri, Grima, A Farrugia (Curmi 86), Gabriels, Lattes, Ciantar.
REFEREE: Adrian Azzopardi.
PLEJER TAL-LOGHBA: Massimo Grima Qormi

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
24C 31C 31C 31C 32C
Sat Sun Mon Tue Wed

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo